Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2019)1815

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

C/2019/1815 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-ATT DELEGAT

Kuntest legali u politiku tal-proposta

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 (ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija) jistabbilixxi qafas ta’ tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija fil-livell tal-UE. It-tikkettar tal-enerġija huwa strument ewlieni ta’ politika tal-UE biex il-konsumaturi jiġu informati dwar ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u aspetti ambjentali oħra ta’ prodotti relatati mal-enerġija li jitqiegħdu fis-suq intern. It-tikketta tal-enerġija hija rikonoxxuta u tintuża minn 85 % tal-Ewropej 2 .

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 773 final 3 (pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn 2016-2019) tistabbilixxi lista ta’ prodotti li huma ta’ prijorità għall-miżuri ta’ implimentazzjoni, u li jintgħażlu fuq il-bażi tal-potenzjal tagħhom għal tnaqqis kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara proċess trasparenti bis-sħiħ li jilħaq il-qofol tiegħu fi pjanijiet ta’ ħidma li jiddeskrivu l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn 2016-2019 jinkludi apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bħala grupp ta’ prijorità, li fil-każ tiegħu għad hemm ħidma għaddejja.

Barra minn hekk, diversi inizjattivi ta’ politika ġodda jindikaw li l-politiki dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija huma rilevanti f’kuntest politiku usa’. L-inizjattivi ewlenin inkwistjoni huma:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment COM(2015) 80 final 4 (Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija), li tesiġi ekonomija sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u li ma tagħmilx ħsara lill-klima;

il-Ftehim ta’ Pariġi 5 , li jesiġi għal sforz ġdid fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju;

il-Protokoll ta’ Gothenburg 6 , li għandu l-għan li t-tniġġis tal-arja jiġi kkontrollat;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2015) 614 final 7  (pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari), li jenfasizza l-ħtieġa tal-inklużjoni ta’ riparabbiltà, riċiklabbiltà u durabbiltà fl-ekodisinn;

l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) 8 , li għandha l-għan li tikseb tnaqqis kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG). Il-GHG huma affettwati b’mod indirett mill-konsum tal-enerġija tal-prodotti elettriċi koperti fl-ambitu tal-politiki dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill COM(2014) 330 final 9 (Strateġija Ewropea għas-Sigurtà fl-Enerġija), li għandha l-għan li tiżgura provvista stabbli u abbundanti ta’ enerġija.

Kuntest ġenerali

Il-qafas leġiżlattiv tal-ekodisinn flimkien ma’ dak tat-tikkettar tal-enerġija jistabbilixxu mekkaniżmu tas-suq “ta’ spinta u ta’ attrazzjoni” bil-għan li jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju billi jiddetermina impatt kbir fuq l-għażliet li jagħmlu l-konsumaturi meta jixtru l-prodotti li jikkunsmaw l-enerġija.

Iż-żewġ oqfsa ta’ politika jgħinu prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-UE biex jagħmlu l-istess ammont ta’ xogħol bl-użu ta’ madwar għoxrin fil-mija inqas enerġija. Sal-2020, hu projettat li l-użu tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikketti tal-effiċjenza enerġetika iwassal għal iffrankar fl-enerġija ta’ madwar 165 Mtoe (ekwivalenti għal miljun tunnellata żejt) fl-UE, bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għall-konsum annwali tal-enerġija primarja fl-Italja. F’termini relattivi, dan jirrappreżenta ffrankar potenzjali fl-enerġija ta’ madwar 9 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE u tnaqqis potenzjali ta’ 7 % fl-emissjonijiet tal-karbonju. Fl-2030, hu projettat li l-iffrankar jiżdied għal 15 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE u 11 % tat-total tal-emissjonijiet tal-karbonju tagħha.

Apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (eż. kabinetti tas-supermarkets, coolers tax-xarbiet, freezers żgħar tal-ġelat, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u magni tal-bejgħ awtomatiċi) huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-kwalità tal-ikel fil-katina alimentari fl-Unjoni, u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b’oġġetti oħra tal-ikel li ma jiskadux, pereżempju xarbiet li normalment jiġu kkunsmati f’temperaturi taħt it-temperatura ambjentali. Madankollu, fit-twettiq ta’ din il-funzjoni, l-apparat juża ammonti sinifikanti ta’ enerġija u jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’konsum annwali ta’ madwar 65 TWh fl-EU-28, li hu ekwivalenti għal madwar 0,46 % tal-konsum finali totali tal-enerġija tal-UE.

Il-ħidma b’rabta ma’ dan il-grupp ta’ prodotti bdiet fl-2004-2005. L-ewwel studju ta’ tħejjija dwar l-ekodisinn għar-refriġerazzjoni kummerċjali tal-2007 identifika l-aspetti ambjentali rilevanti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, u analizza l-aspetti leġiżlattivi, tekniċi, ambjentali u ekonomiċi, kif ukoll l-aspetti relatati mal-imġiba b’rabta mar-refriġerazzjoni kummerċjali. Dan wera li kien hemm potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija. Fl-2013-2014, il-JRC aġġorna l-istudju preparatorju.

L-istudju preparatorju u l-aġġornament tiegħu ikkonfermaw potenzjal kosteffikaċi eżistenti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija. Għalhekk, l-għanijiet ta’ din il-proposta huma:

li tiġi introdotta tikketta tal-enerġija għar-refriġerazzjoni kummerċjali sabiex il-konsumaturi li jixtru l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikunu jistgħu jagħżlu tajjeb bejn l-apparat li jinsab fis-suq;

li jinħolqu inċentivi għall-produtturi biex dawn ikomplu jiżviluppaw u jqiegħdu fis-suq teknoloġiji u prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

li jiġi ġġenerat iffrankar tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin;

it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija medju tal-kabinetti ta’ refriġerazzjoni kummerċjali, u t-tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet ta’ GHG li, fil-każ tar-refriġerazzjoni kummerċjali, huwa prinċipalment relatat mal-konsum tal-enerġija, iżda wkoll mat-tnixxija tar-refriġeranti;

li ssir kontribuzzjoni lejn il-kompetittività tal-industrija tal-UE u lejn l-irwol minn ta’ quddiem tagħha fil-manifattura ta’ kwalità għolja;

li l-effiċjenza enerġetika tiġi promossa bħala kontribuzzjoni lejn is-sikurezza tal-provvista tal-enerġija fil-qafas tal-objettiv tal-Unjoni ta’ ffrankar ta’ 32,5 % tal-konsum tal-enerġija tal-UE sal-2030, billi tiżdied l-adozzjoni fis-suq ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett effiċjenti fl-użu tal-enerġija permezz tal-introduzzjoni ta’ tikketta tal-enerġija (flimkien mar-rekwiżiti proposti tal-ekodisinn);

l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ tmiem il-ħajja biex jiġu faċilitati ż-żarmar tal-kabinetti u l-ksib tal-objettivi tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10  (id-Direttiva WEEE).

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 11 jinkludi l-apparat refriġeranti għad-djar fl-ambitu tiegħu. Dan l-apparat refriġeranti jintuża prinċipalment f’ambjent domestiku. Dan ir-Regolament qed jiġi rivedut bħalissa. Il-proposta għal reviżjoni teżenta l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u għalhekk mhux se jkun hemm rekwiżiti ddupplikati.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 12 jinkludi kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali u kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida fl-ambitu tiegħu. Dan l-apparat huwa apparat refriġeranti li jintuża f’ambjenti professjonali (eż. ristoranti), iżda li mhuwiex maħsub għall-wiri jew għal aċċess mill-konsumaturi. Din il-proposta teżenta l-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Ekodisinn għar-refriġerazzjoni professjonali, u għalhekk mhux se jkun hemm dupplikazzjoni ta’ rekwiżiti.

Regolamenti dwar it-Tikkettar tal-Enerġija ta’ komponenti - Minbarra r-Regolamenti dwar it-Tikkettar tal-Enerġija tal-prodotti finali, ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar tal-enerġija jistgħu jkunu applikabbli għall-komponenti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. Bħalissa, hemm biss komponent wieħed li huwa regolat bit-tikkettar tal-enerġija, jiġifieri l-bozoz (ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 13 ).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ma ġiet identifikata l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-konsum tal-enerġija tar-refriġerazzjoni kummerċjali. Għar-refriġerazzjoni kummerċjali, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza, kemm dik mekkanika kif ukoll dik elettrika, u japplikaw ukoll standards. Leġiżlazzjoni oħra b’relevanza għal prodotti ta’ refriġerazzjoni kummerċjali fuq aspetti ambjentali tinkludi:

Id-Direttiva WEEE tistabbilixxi r-rekwiżiti għal, eż., l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-WEEE u mill-użu ta’ riżorsi. Id-Direttiva WEEE tapplika direttament għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Ekodisinn jistgħu jikkumplimentaw id-Direttiva WEEE billi jinkludu, eż., miżuri għall-effiċjenza tal-materjali, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-iskart, kif ukoll struzzjonijiet għall-assemblaġġ u ż-żarmar korrett, u b’hekk jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-iskart, u miżuri oħra;

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 (id-Direttiva RoHS) tillimita l-użu ta’ sitt materjali perikolużi speċifiċi u ta’ erba’ ftalati li jinsabu fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE). Id-Direttiva RoHS ma tapplikax b’mod espliċitu għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, iżda l-komponenti elettroniċi f’dan l-apparat huma mistennija li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-portafoll ġenerali tal-prodotti tal-fornituri. Ma hemm l-ebda rekwiżit idduplikat ma’ din il-proposta;

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 (ir-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra) jikkontrolla l-emissjonijiet minn gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (gassijiet F), inkluż l-idrofluworokarburi (HFCs). Ir-Regolament dwar il-gassijiet F japplika għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. F’din il-proposta ġie deċiż li ma jiġux inklużi rekwiżiti dwar gassijiet refriġeranti, għalhekk, mhux se jkun hemm rekwiżiti ddupplikati;

L-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) 16 tistabbilixxi limitu massimu għall-ammont totali ta’ ċerti gassijiet serra li jistgħu jiġu emessi minn installazzjonijiet. Dan il-limitu jonqos maż-żmien, sabiex l-emissjonijiet totali jonqsu. Fi ħdan dan il-limitu, il-kumpaniji jirċievu jew jixtru kwoti tal-emissjonijiet li huma jistgħu jinnegozjaw bejniethom kif meħtieġ. Jistgħu jixtru wkoll ammont limitat ta’ krediti internazzjonali. L-ETS ma tapplikax direttament għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, madankollu, tapplika għall-produzzjoni tal-elettriku. Dan iwassal jew għal prezzijiet tal-ETS aktar baxxi (li mbagħad jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-elettriku) jew għall-ħtieġa ta’ anqas tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi tal-ETS (miri aktar baxxi tal-enerġija rinnovabbli jew anqas tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-industrija).

2.Bażi Ġuridika, Sussidjarjetà u Proporzjonalità

Bażi Ġuridika

Ir-Regolament propost hu miżura delegata adottata skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 16 tiegħu. Il-bażi ġuridika għal azzjoni fil-livell tal-UE abbażi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ekodisinn u tar-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija hija l-Artikoli 114 u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) 17 . L-Artikolu 114 jikkonċerna “l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern”, filwaqt li l-Artikolu 194 jagħti, fost oħrajn, l-objettiv tal-UE “fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib tal-ambjent” sabiex “tassigura s-sigurtà tal-provvista tal-energija fl-Unjoni” u “tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli”.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-adozzjoni ta’ miżuri tat-tikkettar tal-enerġija għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri individwali twassal għal ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni. Għaldaqstant, miżuri ta’ dan it-tip għandu jkollhom l-istess kontenut fl-Unjoni kollha. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà 18 , huwa għalhekk xieraq li l-miżura inkwistjoni tiġi adottata fil-livell tal-Unjoni.

Il-laqgħa tal-Forum Konsultattiv tat-2 ta’ Lulju 2014 irriżultat f’appoġġ wiesa’ mill-Istati Membri għal miżuri ta’ implimentazzjoni fl-UE kollha għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. L-UE se tillimita ruħha biss biex tistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv. Sa fejn huma kkonċernati ċerti aspetti tal-implimentazzjoni, jiġifieri s-sorveljanza tas-suq u l-monitoraġġ, l-azzjoni tal-UE mhijiex meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi, billi l-Istati Membri jassumu dawn ir-responsabbiltajiet skont id-Direttiva Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija.

Proporzjonalità

Ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jinkludi test tal-proporzjonalità u tas-sinifikanza fl-Artikolu 16(2), li jipprevedi li l-atti delegati għandhom jispeċifikaw il-prodotti li jissodisfaw dawn il-kriterji:

(a)il-grupp tal-prodotti għandu jkollu potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta rilevanti, ta' riżorsi oħra;

(b)fil-grupp ta’ prodotti, mudelli b’funzjonalità ekwivalenti għandhom ivarjaw b’mod sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni rilevanti;

(c)m’għandux ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-grupp ta’ prodotti;

(d)l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal grupp ta’ prodotti ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott waqt li jkun qed jintuża.

Fil-valutazzjoni tal-impatt twettqet valutazzjoni tal-proposta fid-dawl ta’ dawn ir-rekwiżiti. Din ikkonkludiet li l-proposta tissodisfa dawn il-kriterji, filwaqt li tilħaq l-objettivi deskritti fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-miżura ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv, li huwa li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati dwar it-tikkettar tal-enerġija għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

Sommarju tal-azzjoni proposta

Twettqu żewġ valutazzjonijiet tal-impatt fil-perjodu 2008-2009 u fil-perjodu 2014-2015. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’kummenti fis-7 ta’ Lulju 2015. Fit-tieni studju ġew ivvalutati xenarji b’livelli differenti ta’ effiċjenza enerġetika, jiġifieri:

(a)xenarju ta’ żamma tal-istatus quo, fejn il-politiki u l-miżuri rilevanti l-oħra kollha jitqiesu li għadhom japplikaw;

(b)ftehim volontarju;

(c)rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn biss;

(d)rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettar tal-enerġija biss;

(e)id-dħul fis-seħħ, fi tliet settijiet ta’ rigorożità dejjem akbar, ta’ rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija;

(f)id-dħul fis-seħħ, f’żewġ settijiet ta’ rigorożità dejjem akbar, ta’ rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija.

Meta wieħed iħares lejn il-perjodu estiż bejn il-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni ta’ bejn is-servizzi, ir-rekwiżiti proposti fil-valutazzjoni tal-impatt ġew iċċekkjati u aġġornati fejn meħtieġ b’data tal-2017 għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett abbażi tal-kontribuzzjoni mill-industrija u b’kooperazzjoni mal-JRC.

Ix-xenarju bir-rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika f’żewġ livelli u b’tikketta tal-enerġija nżamm bħala x-xenarju preferut. Sal-2030, dan ix-xenarju mistenni jwassal għal:

iffrankar tal-elettriku ta’ 19 TWh/sena (48 TWh/y f’termini ta’ enerġija primarja) u ffrankar ta’ GHG ta’ 7,4 MtCO2ek./a;

iffrankar fuq l-ispejjeż annwali tal-utenti aħħarin ta’ EUR 2,9 biljun u dħul kummerċjali addizzjonali ta’ EUR 0,4 biljun fis-sena;

allinjament mal-progress teknoloġiku u rekwiżiti minimi tal-effiċjenza enerġetika globali f’ekonomiji oħra;

kontribuzzjoni għall-kompetittività tal-industrija tal-UE u l-irwol minn ta’ quddiem tagħha fil-manifattura ta’ kwalità għolja;

is-salvagwardja ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

It-tikketta tal-enerġija

Filwaqt li l-apparat refriġeranti domestiku u l-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali huma koperti minn regolamenti dwar it-tikkettar tal-enerġija, dan mhuwiex il-każ għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. Minkejja li dan huwa prodott minn negozju għal negozju, it-tikkettar tal-enerġija jkun għodda ta’ komunikazzjoni utli għad-dipartimenti tax-xiri, u jgħin biex il-konsum tal-enerġija jitqiegħed fiċ-ċentru ta’ korrispettivi għax-xiri. Barra minn hekk, rekwiżiti minimi weħidhom ma jistimolawx lis-suq jixtri apparat b’bibien, li hija waħda mill-aktar miżuri kosteffikaċi li jistgħu jittieħdu biex titjieb l-effiċjenza enerġetika. Għalhekk, qed tiġi proposta tikketta tal-enerġija biex tikkumplimenta r-rekwiżiti tal-ekodisinn.

Il-proposta tat-tikketta tal-enerġija se tapplika mill-1 ta’ Settembru 2020 ’il quddiem. Il-klassijiet tal-effiċjenza huma stipulati fit-tabella hawn taħt. Il-klassijiet tat-tikkettar tal-enerġija ġew stabbiliti biex tinstab distribuzzjoni ta’ punti tad-data simili għal distribuzzjoni normali tul il-klassijiet tal-enerġija differenti. Il-klassi A hija mistennija li tkun vojta fl-2020. Dan huwa skont ir-Regolament Qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija.

Il-proposta telenka l-parametri u informazzjoni oħra li għandha tiddaħħal, b’mod partikolari:

fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 (din il-parti tista’ tiġi stampata bħala l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott);

fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 (din hija parti mid-dokumentazzjoni teknika).

Il-lista tal-parametri li għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti tinkludi mhux biss informazzjoni relatata strettament mat-tikketta tal-enerġija u mal-verifika tagħha, iżda wkoll l-informazzjoni utli kollha għall-utenti finali u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jivverifikaw il-konformità mar-regolament tal-ekodisinn dwar is-sorsi tad-dawl, li qed jiġi abbozzat bħalissa.

Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li dan l-att għandu japplika mill-istess data bħad-data tal-att dwar l-ekodisinn li qed jiġi abbozzat bħalissa.

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)

A

EEI < 10

B

10 ≤ EEI < 20

C

20 ≤ EEI < 35

D

35 ≤ EEI < 50

E

50 ≤ EEI < 65

F

65 ≤ EEI < 80

G

EEI ≥ 80

3.Riżultati tal-Evalwazzjonijiet Ex Post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjoni tal-impatt

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati b’mod estensiv matul l-istudji preparatorji, kif ukoll qabel u wara ż-żewġ laqgħat tal-Forum Konsultattiv. Waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati nġabar u ġie analizzat ukoll parir espert estern.

L-istudju preparatorju segwa l-Metodoloġija għall-Ekodisinn ta’ Prodotti relatati tal-Enerġija (MEErP) 19 .

Dak l-istudju kopra r-refriġerazzjoni b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (kabinetti refriġerati kummerċjali) u inkluda analiżi teknika, ambjentali u ekonomika li tidentifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti u għażliet ta’ politika.

L-istudju preparatorju ġie żviluppat fi proċess miftuħ, fejn tqiesu l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, fosthom il-manifatturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u r-rappreżentanti tal-Istati Membri.

Biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, ġie stabbilit sit web dedikat għall-ewwel studju, li fuqu ġew ippubblikati r-riżultati interim u materjali rilevanti oħra. Matul dan l-istudju, saru żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni miftuħa biex jiġi diskuss l-istudju. Għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni miftuħa kienu preżenti firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi rappreżentanti tal-industrija, tal-NGOs u tal-Istati Membri.

F’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE 20 , ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati formalment permezz tal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn. L-ewwel Forum Konsultattiv dwar il-friġġijiet u l-freeżers kummerċjali sar fit-23 ta’ April 2010. Madankollu, il-ħidma ma wasslitx għal proposti għal miżuri minħabba li l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kienu diverġenti wisq, u ġiet mitluba analiżi addizzjonali.

Il-proċess tnieda mill-ġdid fl-2012. Biex jaġġorna l-ħidma preparatorja u l-formulazzjoni tal-għażliet tekniċi għall-miżuri ta’ implimentazzjoni, il-JRC ħadem b’mod intensiv mal-partijiet ikkonċernati fi Grupp ta’ Ħidma Tekniku (TWG).

It-TWG dwar ir-refriġerazzjoni kummerċjali kien magħmul minn esperti tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-industrija u tal-NGOs, u minn membri ta’ istituzzjonijiet akkademiċi. Huma kkollaboraw permezz tas-sit web tal-proġett 21 , u kkontribwew b’data, informazzjoni u/jew kummenti bil-miktub dwar l-abbozzi interim tal-istudju preparatorju. Ġew organizzati żewġ sessjonijiet ta’ ħidma, waħda fit-23 ta’ April 2013 f’Sevilja u oħra fl-10 ta’ Diċembru 2013 fi Brussell. Tqassmu tliet kwestjonarji lit-TWG, li fihom intalbu informazzjoni u aġġornamenti tad-data, u li fihom inġabru opinjonijiet dwar l-ambitu tal-leġiżlazzjoni, tad-definizzjonijiet u tal-konsum tal-enerġija. Il-partijiet ikkonċernati kienu involuti permezz ta’ għadd kbir ta’ laqgħat bilaterali u ta’ żjarat fuq il-post f’impjanti tal-manifattura, tal-ittestjar u taż-żarmar.

It-tieni laqgħa tal-Forum Konsultattiv saret fit-2 ta’ Lulju 2014, u qabilha tqassmu dokumenti ta’ ħidma aġġornati (noti ta’ spjegazzjoni, l-abbozz tar-Regolament dwar l-Ekodisinn, l-abbozz tar-Regolament dwar it-tikkettar tal-enerġija u l-abbozz tal-metodi tranżizzjonali).

Fil-ħin tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 22 , l-abbozz ta’ Regolament kien diġà lil hinn mill-istadju tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa, u għalhekk ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa.

Fil-perjodu 2017-2018 ġew organizzati xi laqgħat bilaterali mal-industrija u mal-JRC biex jiġu aġġornati d-data u r-rekwiżiti mill-valutazzjoni tal-impatt. L-abbozz ta’ proposta b’rekwiżiti aġġornati kien soġġett għal konsultazzjoni ta’ bejn is-servizzi li saret bejn Settembru u Ottubru 2018.

Feedback

Bħala parti mill- Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar , ġie stabbilit perjodu li fih seta’ jingħata feedback bil-għan li jinġabru opinjonijiet addizzjonali miċ-ċittadini u mill-partijiet ikkonċernati.

Waslu 9 feedbacks, 2 minn NGOs ambjentali, 6 minn kumpaniji/assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, u waħda minn awtorità pubblika (67 %, 22 % u 11 % tal-feedbacks rispettivament). Dawk li wieġbu kienu mill-Belġju (4), mill-Ġermanja (2), mill-Iżvizzera (2), min-Netherlands (1) u mill-Iżvezja (1). 7 minn dawk li wieġbu kienu SMEs (anke l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-NGOs kienu rreġistrati bħala SMEs, minkejja li jirrappreżentaw sehem kbir tal-industrija u tal-konsumaturi), u tnejn kienu kumpaniji kbar.

L-NGOs kienu prinċipalment imħassba dwar it-trasparenza tal-formula tal-effiċjenza enerġetika, li għandha tiġi ssimplifikata billi jitħassru l-fatturi ta’ korrezzjoni; il-livell ta’ ambizzjoni għall-freezers tal-ġelat, l-EEI għandu jkun ta’ 80 f’T1 u ta’ 50 f’T2; u r-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fir-riżorsi li għandhom jissaħħu aktar.

L-industrija kienet imħassba l-aktar dwar id-divrenzjar bejn il-gruppi ta’ prodotti, li għandu jiġi rfinut aktar; ir-rekwiżiti għall-kabinetti remoti u l-kabinetti plug-in, li għandhom isiru inqas stretti; il-ħtieġa li jiġi definit mudell ta’ referenza għall-ittestjar; allinjament mal-istandards; magni tal-bejgħ awtomatiċi b’unitajiet tal-wiri ċilindriċi refriġerati; u kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ, li għandhom jitneħħew mill-ambitu.

Valutazzjoni tal-impatt

Valutazzjoni tal-impatt hija meħtieġa jekk l-impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali mistennija tal-azzjoni tal-UE x’aktarx li jkunu sinifikanti. Il-valutazzjoni tal-impatt għar-regolament dwar l-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett twettqet fl-2014-2015.

Din kienet ibbażata fuq id-data miġbura fl-istudju preparatorju. Data u informazzjoni addizzjonali nġabret u ġiet diskussa mit-tim tal-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt flimkien mal-industrija u esperti, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri.

B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati kollha huma favur rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett. B’mod partikolari l-biċċa l-kbira tal-industrija Ewropea tappoġġa l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni malajr kemm jista’ jkun: huma jqisu li rekwiżiti ġodda għandhom jistimulaw l-innovazzjoni u jippermettu lill-industrija tippjana aħjar l-investimenti fi prodotti ġodda.

Għażla tal-istrument

Il-forma ta’ azzjoni proposta hija Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli direttament li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369.

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 11.3.2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE 23 , u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 16 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassifikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi oħra.

(2)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 773 final 24 (pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) stabbilita mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekosinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa fost il-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u għall-adozzjoni eventwali ta’ miżuri.

(3)Il-miżuri tal-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal stmat li jwasslu għal total ta’ aktar minn 260 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn, u huwa stmat li jista’ jwassal għal 48 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

(4)Il-Kummissjoni wettqet żewġ studji preparatorji li koprew l-karatteristiċi tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tipikament jintuża fl-Unjoni. L-istudji saru b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(5)L-istudji preparatorji kkonkludew li kien hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti dwar it-tikkettar tal-enerġija għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(6)L-istudji preparatorji identifikaw li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu huwa l-iktar aspett ambjentali sinifikanti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(7)L-istudji preparatorji wrew li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jkompli jitnaqqas b’mod sinifikanti b’miżura tat-tikkettar tal-enerġija li tkun iffokata fuq l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(8)Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ġej: kabinetti refriġeranti (freezers jew friġġijiet) tas-supermarkets, coolers tax-xarbiet, freezers żgħar tal-ġelat, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati.

(9)Il-minibars u l-apparat għall-ħżin tal-inbid b’funzjonijiet ta’ bejgħ ma għandhomx jitqiesu bħala apparat refriġeranti b’funzjonijiet ta’ bejgħ dirett, u għalhekk għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament, billi dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please enter the reference of Regulation C(2019)1806] 26 .

(10)Il-kabinetti vertikali tal-arja statika huma apparat refriġeranti professjonali u huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1095 27 . Għalhekk, dawn għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament.

(11)L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintwera fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollu t-tikketta tal-enerġija jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tkun qed titqiegħed fis-suq permezz tal-fiera.

(12)Il-parametri rilevanti tal-prodott għandhom jitkejlu bl-użu ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Dawn il-metodi għandhom iqisu l-metodi ta’ kejl tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti, inklużi, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(13)It-terminoloġija u l-metodi tal-ittestjar ta’ dan ir-Regolament huma konsistenti mat-terminoloġija u l-metodi ta’ ttestjar adottati f’EN 16901, EN 16902, EN 50597 u EN ISO 23953-2.

(14)Filwaqt li tiġi rikonoxxuta ż-żieda fil-bejgħ tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ pjattaformi ta’ hosting tal-internet, aktar milli direttament minn fuq is-siti web tal-fornituri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-internet għandhom ikunu responsabbli mill-wiri tat-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinformaw lin-negozjant dwar dan l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza jew mill-kontenut tat-tikketta u mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill 29 dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Il-fornituri li jbigħu direttament lill-utenti aħħarin permezz tas-sit web tagħhom stess għandhom l-obbligi tan-negozjanti ta’ bejgħ mill-bogħod imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(15)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mill-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Suġġett u ambitu

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem bil-mejns tal-elettriku, inkluż apparat li jinbiegħ għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti oħra għajr oġġetti tal-ikel.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;

(b)apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(c)il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;

(d)apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;

(e)apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;

(f)apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;

(g)friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(h)kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;

(i)apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(j)kabinetti għall-irkejjen;

(k)magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;

(l)kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ;

(m)kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(n)apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b'mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;

2.“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

3.“unità ta' kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b'mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f'apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma' evaporatur u ma' tagħmir ta' espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

4.“kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;

5.“apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat jew magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;

6.“volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm³) jew f’litri (L);

7.“volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm³) jew f’litri (L);

8.“ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;

(b)huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;

(c)jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

9.“saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b'bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

10.“kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;

11.“kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;

12.“temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;

13.“temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;

14.“magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjata biex taċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li tiddistribwixxi oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;

15.“kabinett għar-rokna” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża biex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jiffurmaw kurva. Kabinett għar-rokna ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss minn forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30 ° u 90 °;

16.“temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);

17.“kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;

18.“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX [OP – please enter the reference of Regulation C(2019)1806];

19.“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

20.“bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

21.“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

22.“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX[OP – please enter the reference of Regulation C(2019)1806];

23.“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett jitpoġġa għall-wiri jew jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtara bin-nifs;

24.“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali (%), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness IV.

Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri

1.Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu miegħu tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;

(b)il-paramatri tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, stabbiliti fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodott;

(c)jekk speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata;

(d)il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;

(e)kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(f)kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-internet, jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(g)tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(h)skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

2.Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għanda tkun ibbażata fuq l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika li jiġi kkalkulat skont l-Anness II.

Artikolu 4
Obbligi għan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a)kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, fil-punt tal-bejgħ tal-apparat, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollu t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, u li għall-apparat inkorporat t-tikketta tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar, u għall-apparat refriġeranti l-ieħor kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem jew ta’ fuq tal-apparat refriġeranti;

(b)fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

(c)kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż fuq l-internet, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(d)kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi tiegħu u jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII.

Artikolu 5
Obbligi fuq il-pjattaformi ta’ hosting tal-internet

Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq is-sit tal-internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu tad-displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.

Artikolu 6
Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IX meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

Artikolu 8
Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar minn [OP- please insert date: four years after its entry into force of the present regulation]. Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:

(a)il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika;

(b)il-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti relatati mal-ekonomija ċirkolari;

(c)il-fattibbiltà tal-irfinar tal-klassifikazzjoni tal-prodotti, inter alia billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti.

Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11.3.2019

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Jean-Claude JUNCKER

(1)     Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(2)     Study on the impact of the energy label – and potential changes to it – on consumer understanding and on purchase decisions - LE London Economics and IPSOS, Ottubru 2014.
(3)     Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Pjan ta’ ħidma dwar l-Ekodisinn (COM(2016)773 final, Brussell, it-30 ta’ Novembru 2016).
(4)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment. Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem (COM(2015) 80 final, Brussell, 25.02.2015).
(5)     https://unfccc.int/process/the-paris-agreement/what-is-the-paris-agreement.  
(6)    http://www.unece.org/env/lrtap/multi_h1.html .
(7)     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM/2015/614 final, Brussell 02.12.2015).
(8)     https://ec.europa.eu/clima/policies/ets_mt.
(9)     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, “Strateġija Ewropea għas-Sigurtà fl-Enerġija”, (COM(2014) 330 final, Brussell 25.8.2014).
(10)    Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.07.2012, p. 38).
(11)     Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).
(12)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1094 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 2).
(13)     Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).
(14)    Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(15)     Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
(16)    https://ec.europa.eu/clima/policies/ets_mt
(17)    Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).
(18)    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif definit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, huwa maħsub biex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin; l-Unjoni għandha tieħu azzjoni biss f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tagħha, u din ma għandhiex twassal għal azzjoni aktar effettiva jekk tittieħed fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.
(19)     Kemna, R.B.J., Methodology for the Ecodesign of Energy-related Products (MEErP) – Part 2, VHK for the European Commission, 2011 (MEErP).
(20)     Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(21)     http://susproc.jrc.ec.europa.eu/comrefrig/index.html .
(22)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.05.2016, p. 1).
(23)    ĠU L 198, 28.07.2017, p. 1.
(24)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 COM(2016) 773 final, 30.11.2012016.
(25)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(26)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP please enter the full OJ-L references of Regulation C(2019)1806]).
(27)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(29)    Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1).
Top

ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandha tapplika d-definizzjonijiet li ġejja:

(1)“cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jitħassrux, għajr l-inbid, mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti l-aċċess għax-xarbiet permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, permezz ta’ kexxun wieħed jew aktar, jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jitħassrux;

(2)“freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali magħluq maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bit-TDA ≥ 0,35 metru (m);

(3)“għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jgħatti mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba li jippermetti li minnu l-utent jara b’mod ċar l-oġġetti li hemm ġewwa;

(4)“erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ elementi oħra viżibbli, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m²);

(5)“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott;

(6)“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena) espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/sena), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness IV;

(7)“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily) tfisser l-enerġija li tintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);

(8)“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness IV;

(9)“M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(10)“koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;

(11)“fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun ġie ddisinjat l-apparat refriġeranti;

(12)“P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti;

(13)“kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrali li tinkorpora kompressur u unità ta’ kondensazzjoni;

(14)“kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti kif stipulat fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(15)“kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata;

(16)“kabinett semivertikali” tfisser kabinett vertikali b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata li l-għoli totali tiegħu ma jaqbiżx metru u nofs (1,5 m);

(17)“kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u orizzontali;

(18)“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. Coolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex meqjusa bħala kabinetti tas-supermarket;

(19)“friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura mkessħa operattiva fuq bażi kontinwa;

(20)“freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;

(21)“kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;

(22)“pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;

(23)“magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti;

(24)“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-internet lill-utenti;

(25)“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

(26)“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(27)“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi.

ANNESS II
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-EEI tiegħu kif stabbilit fit-Tabella 1.

Tabella 1: Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

EEI

A

EEI < 10

B

10 ≤ EEI < 20

C

20 ≤ EEI < 35

D

35 ≤ EEI < 50

E

50 ≤ EEI < 65

F

65 ≤ EEI < 80

G

EEI ≥ 80

L-EEI ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2 tal-Anness IV.

ANNESS III
Tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1.TIKKETTA GĦAL APPARAT REFRIĠERANTI B’FUNZJONI TA’ BEJGĦ DIRETT, GĦAJR GĦAL COOLERS TAX-XARBIET U FREEZERS TAL-ĠELAT

1.1.Tikketta:

1.2.It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.kodiċi QR;

II.isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b'funzjoni ta' bejgħ dirett: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress metri kwadri (m²) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa: il-pittogramma u l-valuri f’litri (L) jew metri kwadri (m²) f’VII jitħallew barra;

VIII.

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperatura operattiva mkessħa, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperatura operattiva mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkollux kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa, il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’VIII jenħtieġ li jitħallew barra;

IX.

għall-apparat refriġeranti kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’metri kwadri (m²) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri f’metri kwadri (m²) f’IX jitħallew barra;

X.

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperaturi tal-friża operattivi, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’X jitħallew barra;

XI.in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/XXX” [OP - please insert the number of this Regulation in this point and in the right corner of the energy label].



2.TIKKETTA GĦALL-COOLERS TAX-XARBIET

2.1.Tikketta:

2.2.It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.kodiċi QR;

II.isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.l-ammont totali tal-volumi gross tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII. l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 5;

IX. L-ogħla temperatura ambjentali, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 6;

XIII.in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/XXX” [OP - please insert the number of this Regulation in this point and in the right corner of the energy label].



3.TIKKETTA GĦALL-FREEZERS TAL-ĠELAT

3.1.Tikketta:



3.2.It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.kodiċi QR;

II.isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII.l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 7;

IX.it-temperatura ambjentali massima, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 8;

X.in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/XXX” [OP - please insert the number of this Regulation in this point and in the right corner of the energy label]



4.DISINNI TAT-TIKKETTA

4.1.Disinn tat-tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat:

4.2.Disinn tat-tikketta għall-coolers tax-xarbiet:

4.3.Disinn tat-tikketta għall-freezers tal-ġelat:



4.4.Fejn:

(a)It-tikketti għandhom ikunu wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

(b)L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

(c)It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

(d)Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinni tat-tikketta fil-punti 4.1 sa 4.3.

(e)Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(f)It-tikketti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):

il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

l-isfond: 100,80,0,0;

l-istilel: 0,0,100,0;

il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u b’tipa grassa Verdana, 9 pt;

l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 9 pt;

il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;

il-kuluri tal-vleġeġ tal-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu kif ġej:

·Klassi-A: 100,0,100,0;

·Klassi-B: 70,0,100,0;

·Klassi-C: 30,0,100,0;

·Klassi-D: 0,0,100,0;

·Klassi-E: 0,30,100,0;

·Klassi-F: 0,70,100,0;

·Klassi-G: 0,100,100,0;

id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt, u kulur 100 % iswed;

l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fil-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, li għandu jkun 100 % iswed;

il-valur tal-konsum tal-enerġija annwali għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 28 pt; “kWh/sena” għandha tkun b’tipa regolari Verdana, 18 pt. Għandhom ikunu ċċentrati u b’kulur 100 % iswed;

il-pittogrammi għandhom ikunu kif muri fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu bl-iswed 100 %;

in-numri ta’ taħt il-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 16 pt, u l-unitajiet b’tipa regolari Verdana, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;

Il-valuri tat-temperaturi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 12 pt, bil-karattru “°C” b’tipa Verdana Regolari 12 pt. Dawn għandhom jitqiegħdu fuq in-naħa tal-lemin tal-pittogramma tat-termometru jew ġewwa l-pittogramma li tirrappreżenta t-temperatura ambjentali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat: jekk l-apparat ikun fih kompartiment(i) tal-friża biss jew kompartiment(i) mhux tal-friża biss, għandhom jintwerew biss il-pittogrammi rilevanti, kif stabbilit fil-punti 1.2 VII, VIII, IX u X, u dawn għandhom jidhru u jkunu ċċentrati bejn id-diviżur intern taħt il-konsum annwali tal-enerġija u l-parti t’isfel tat-tikketta tal-enerġija;

in-numru tar-regolament għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 6 pt.

ANNESS IV
Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a)il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 2.

(b)meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura tat-tħaddim baxxa.

(c)magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura tat-tħaddim aġġustat għall-volum nett minimu tiegħu.

(d)għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifikata tat-tkessiħ għandha tkun skont il-ħin ta’ rkupru għal tagħbija mill-ġdid ta’ nofs it-tagħbija.

Tabella 2: Kundizzjonijiet ambjentali

Temperatura b’termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

Sett 1

25

60

16,7

12,0

Sett 2

30

55

20,0

14,8

2.Determinazzjoni tal-EEI:

(a)Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:

EEI = AE / SAE.

(b)L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

AE = 365 × Edaily;

fejn:

Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

(c)L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C;

Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet differenti tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

SAE = 365 × P × ∑nc=1 (M + N × Yc) × Cc;

fejn:

(1)“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.

(2)Il-valuri ta’ M u N jingħataw fit-Tabella 3.

Tabella 3: Valuri ta’ M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Coolers tax-xarbiet

2,1

0,006

Freezers tal-ġelat

2,0

0,009

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

4,1

0,004

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

25,0

30,400

Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

9,1

9,100

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

3,7

3,500

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

7,5

19,300

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

4,0

10,300

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021)

9,2

11,600

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023)

9,1

9,100

(3)Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 4.

Tabella 4: Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C

(a) Kabinetti tas-supermarkets

Kategorija

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun

(°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ

(°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

Kabinetti refriġeranti vertikali, ikkombinati tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ −1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ −1

m.a.

0,82

M1

≤ +5

≥ −1

m.a.

1,15

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ −1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ −1

m.a.

0,92

M1

≤ +5

≥ −1

m.a.

1,08

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

L1

≤ −15

m.a.

≤ −18

1,00

L2

≤ −12

m.a.

≤ −18

0,90

L3

≤ −12

m.a.

≤ −15

0,90

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

L1

≤ −15

m.a.

≤ −18

1,00

L2

≤ −12

m.a.

≤ −18

0,92

L3

≤ −12

m.a.

≤ −15

0,92

(b) Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun

(°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ

(°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

G1

-10

-14

m.a.

1,00

G2

-10

-16

m.a.

1,00

G3

-10

-18

m.a.

1,00

L1

-15

m.a.

-18

1,00

L2

-12

m.a.

-18

1,00

L3

-12

m.a.

-15

1,00

S

Klassifikazzjoni speċjali

1,00

(c) Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

Klassi tat-temperatura**

Temperatura massima mkejla tal-prodott (Tv)

(°C)

Valur għal C

Kategorija 1

7

1+(12-TV)/25

Kategorija 2

12

Kategorija 3

3

Kategorija 4

(TV1+TV2)/2*

Kategorija 6

(TV1+TV2)/2*

(d) apparat refriġeranti ieħor b'funzjoni ta' bejgħ dirett

Kategorija

Valur għal C

Apparat ieħor

1,00

Noti:

* Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’diversi temperaturi, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ).

** kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.

m.a. = mhux applikabbli

(4)Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)għal coolers tax-xarbiet:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veqc), ikkalkulat kif ġej:

Yc =Veqc =GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 5. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 6.

Tabella 5: Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

K1

+3,5

K2

+2,5

K3

−1,0

K4

+5,0

Tabella 6: Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC għal coolers tax-xarbiet

L-ogħla temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

CC

+25

60

1,00

+32

65

1,05

+40

75

1,10

(b)għal freezers tal-ġelat:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veqc), ikkalkulat kif ġej:

Yc =Veqc =NetVolume × ((12 – Tc)/30) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 7. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 8.

Tabella 7: Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C)

Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C)

-18

2

-18,0

-7

2

-7,0

Tabella 8: Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat

Minimu

Massimu

CC

Temperatura ambjentali (°C) 

Umdità ambjentali relattiva (%)

Temperatura ambjentali (°C) 

Umdità ambjentali relattiva (%)

Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,10

40

40

1,20

Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,04

40

40

1,10

(c)għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(d)għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b'funzjoni ta' bejgħ dirett:

Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(5)Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 9.

Tabella 9: Valuri P 

Tip ta’ kabinett

P

Kabinetti integrali tas-supermarkets

1,10

Apparat refriġeranti ieħor b'funzjoni ta' bejgħ dirett

1,00

ANNESS VL-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

F’konformità mal-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 10 fil-bażi tad-data tal-prodotti.

Tabella 10: L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

Indirizz tal-forniturb:

Identifikatur tal-mudell:

l-użu:

Wiri u bejgħ

Tip ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

[Coolers tax-xarbiet/ Freezers tal-ġelat/ Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat/ kabinett tas-supermarket/magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati]

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tip tal-kabinett, skont l-istandards armonizzati jew metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli skont l-Anness IV.

Pereżempju: [HC1/…/HC8], [VC1/…/VC4]

Parametri speċifiċi tal-prodotti

(Coolers tax-xarbiet: imla l-punt 1, freezers tal-ġelat: imla l-punt 2, Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat: imla l-punt 3, kabinett tas-supermarket: imla l-punt 4, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: imla l-punt 5. Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, jew kompartiment li jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, il-linji għandhom jiġu ripetuti għal kull kompartiment jew għal kull setting tat-temperatura):

1.Coolers tax-xarbiet:

Volum gross (dm³ jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 6)

L-ogħla temperatura (°C)

Umdità relattiva (%)

x

x

x

2.Freezer tal-ġelat b’għatu [trasparenti/mhux trasparenti]:

Volum nett (dm³ jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 8)

Medda tat-temperatura (°C)

Medda tal-umdità relattiva (%)

minimu

massimu

minimu

massimu

x

x

x

x

x

3.Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Erja totali tal-wiri (m²)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(b))

x,xx

[G1/ G2/ G3/ L1/ L2/ L3/ S]



4.[Integrali/Remot] [orizzontali/vertikali (għajr semivertikali)/semivertikali/ikkombinat] kabinett tas-supermarket, roll-in: [iva/le]:

Erja totali tal-wiri (m²)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(a))

x,xx

[friġġ: [M2/H1/H2/M1]/freezer:[L1/L2/L3]]

5.Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, [b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin/ refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ [għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks/ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru]/ b’diversi temperaturi [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]/ magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]]:

Volum (dm³ jew L)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(c))

x

kategorija [1/2/3/4/6]

Parametri ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)d

x,xx

Temperatura/i rakkomandata/i għall-aħjar ħżin tal-ikel (°C) (Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tat-temperatura stipulati fit-Tabella 4, 5 jew 6 tal-Anness IV, skont kif applikabbli)

x

EEI

x,x

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G]c

Parametri tas-sors ta’ dawla,b:

Tip tas-sors ta’ dawl

[tip]

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] c

Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-forniturb:

Informazzjoni addizzjonali:

Il-link tal-internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX 1 [OP-please insert the Regulation number of C(2019)2127]b:

a kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please insert Regulation number of C(2019)1805] 2 .

b il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

c jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

d jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu diversi kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, għandu jiġi pprovdut il-konsum annwali tal-enerġija tal-unità integrata. Jekk sistemi ta’ refriġerazzjoni separati jipprovdu t-tkessiħ għal kompartimenti separati tal-istess unità, fejn possibbli għandu jiġi pprovdut ukoll il-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ kull subsistema.

ANNESS VIDokumentazzjoni teknika

1.Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a)l-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness V;

(b)l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 11;

Tabella 11: Informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika

Deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li tkun suffiċjenti biex l-apparat jiġi identifikat bla dubji u faċilment:

Speċifikazzjonijiet tal-prodott

Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija annwali standard (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija kuljum (kWh/24h)

x,xxx

Kundizzjonijiet ambjentali

[Sett 1 / Sett 2]

M

x,x

N

x,xxx

Koeffiċjent tat-temperatura (C)

x,xx

Y

x,xx

P

x,xx

Fattur tal-klassi klimatika (CC)a

x,xx

Temperatura mira (Tc) (°C)a

x,x

Informazzjoni addizzjonali:

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati jew ta’ metodi oħra li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li ġew applikati:

Fejn ikun xieraq, l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur:

Lista ta’ mudelli ekwivalenti, li tinkludi l-identifikaturi tal-mudell:

a Għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat biss

2.Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

(b)permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, f’materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor, fil-bejgħ mill-bogħod, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-internet

1.Fir-reklami viżivi għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

2.Fil-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

3.Kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ibbażat fuq il-karti irid jindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

4.Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, permezz ta’:

(a)vleġġa, li jkun fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara;

(b)il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

(c)il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u

(d)id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt madwar il-vleġġa u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkun stampat b’mod monokromatiku, il-vleġġa tista’ tkun monokromatika f’dak ir-reklam viżiv, materjal promozzjonali tekniku, materjal promozzjonali ieħor jew bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti.

Figura 1: Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita / b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

5.Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu u bla ħlas għat-tikketta sħiħa u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web, jew billi jitlob kopja stampata.

6.Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott.

ANNESS VIII
Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-internet

1.It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 4 tal-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

2.L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

(a)tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

(b)tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa bl-abjad b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara; u

(c)turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d)ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli b’kulur 100 % iswed ippożizzjonata madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Figura 2: Eżempju tal-vleġġa lejn ix-xellug/lejn il-lemin ikkulurita, bil-firxa tal-klassijiet tal-enerġija indikata

3.Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha kif ġej:

(a)l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott;

(b)l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;

(c)it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

(d)it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f)it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs tat-tipa bħall-prezz, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, daqs tat-tipa viżibbli u li jinqara b’mod ċar.

4.L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodott, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq 

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikat f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

(1)L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

(2)Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

(b)il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri dikjarati; u

(c)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(3)Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(4)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

(5)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(6)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(7)Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 12 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 12, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 12: It-tolleranzi tal-verifika għall-parametri mkejla

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat a m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat.

Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat a m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat

It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat a m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %.

Edaily

Il-valur iddeterminat a m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %

AE

Il-valur iddeterminat a m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

a fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.

(1)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please enter the full OJ-L reference of Regulation C(2019)2127].
(2)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [OP – please insert the full OJ-L Regulation C(2019)1805]).
Top