This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2013_308_R_NS0002
2013/536/EU: Decision of the European Parliament of 17 April 2013 on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2011, Section II — European Council and Council#Resolution of the European Parliament of 17 April 2013 with observations forming an integral part of the Decision on discharge for implementation of the European Union general budget for the financial year 2011, Section II — European Council and Council
2013/536/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
2013/536/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 20–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 2–2
(HR)
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/20 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
(2013/536/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0226/2012) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0061/2013), |
1. |
Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2011; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Id-Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0226/2012) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0061/2013), |
A. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ottubru 2012 rrimarkaw li “l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika […] għandhom jiġu esplorati aktar”; |
B. |
billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament qiegħed għall-ewwel darba janalizza l-implimentazzjoni u l-ġestjoni, mill-Kunsill Ewropew, tal-baġit amministrattiv tiegħu; |
C. |
billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
1. |
Jinnota b’sodisfazzjon li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali; |
2. |
Jirrimarka li fir-rapport annwali tal-2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta’ akkwist relatati mas-servizzi tat-tindif u x-xiri ta’ uniformijiet u żraben, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għażla u ta’ aġġudikazzjoni; |
3. |
Jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri tal-akkwist permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda wkoll applikazzjoni aktar stretta tar-regoli tal-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw; |
4. |
Jinnota li fl-2011, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom approprjazzjonijiet ta’ impenn għal livell ta’ EUR 506 842 003,08 (EUR 642 000 000 fl-2010) disponibbli, b’rata ta’ użu ta’ 90 %, li kienet iktar baxxa milli fl-2010; huwa mħasseb li r-rata ta’ sottoeżekuzzjoni għoliet u baqgħet għolja; jitlob li r-rata ta’ sottoeżekuzzjoni tittejjeb u biex il-bidliet li saru jiġu mmonitorjati, u jissuġġerixxi li jiġu żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fl-aktar oqsma kritiċi, bħall-paketti tal-ivvjaġġar tad-delegati, il-loġistika u l-interpretazzjoni; |
5. |
Jenfasizza r-rwol li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja; |
6. |
Iqis li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinqasam biex jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u biex jitjieb l-għoti ta’ rendikont miż-żewġ istituzzjonijiet; |
7. |
Jinnota li, għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-Kunsill, ma hemm l-ebda “ftehim bejn l-irġiel” fir-rigward tal-kwittanza għall-Kunsill; |
8. |
Itenni t-tama tiegħu li l-Parlament jirċievi r-rapport annwali tal-attività komplet, inkluża ħarsa ġenerali komprensiva lejn ir-riżorsi umani kollha mqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, iċ-ċittadinanza u t-taħriġ vokazzjonali; jirrimarka li s-servizz legali tal-Parlament, kif ukoll esperti legali indipendenti, jaqblu li l-Parlament għandu dritt ta’ informazzjoni; |
9. |
Jittama li l-Parlament se jirċievi d-deċiżjonijiet tal-baġit interni tal-Kunsill; |
10. |
Jieħu nota speċjali u juri tħassib fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern għas-sena 2011 fir-rigward tal-kuntratti ta’ konsulenza fil-qasam tal-IT u l-kuntratti tas-sigurtà, fejn għadhom jeżistu dgħufijiet fil-ġestjoni finanzjarja u fil-proċeduri tal-akkwist; |
11. |
Huwa mħasseb dwar is-segwitu mogħti lill-awditjar finanzjarju mwettaq qabel l-2010, li fil-kuntest tiegħu għadhom ma ġewx implimentati xi rakkomandazzjonijiet relatati mal-programmi ta’ ħidma tal-2007, tal-2008 u tal-2009; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu miżuri konkreti biex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet; |
12. |
Jieħu nota tal-fatt li l-Kunsill ħa miżuri biex itejjeb il-prestazzjoni tal-proġett immobiljari “Ewropa”, u b’mod partikolari talli waqqaf tim permanenti biex isegwi t-twettiq tal-proġett flimkien mal-pjan ta’ rappurtar u l-ħolqien ta’ pjattaforma għad-dokumenti; |
13. |
Jistieden lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dettaljata dwar l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom ittieħdu dawk l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s’issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini, u dan mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2013; |
14. |
Jieħu nota tal-bidliet fundamentali għall-baġit għas-sena 2011, bil-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u t-tnaqqis tal-infiq previst għall-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill; |
15. |
Huwa diżappuntat ħafna li l-ħolqien tas-SEAE ma ġiex antiċipat fl-abbozz tal-baġit għall-2011; jieħu nota li kienet meħtieġa żieda fl-approprjazzjonijiet biex isiru l-preparamenti għall-adeżjoni tal-Kroazja u biex jissaħħaħ l-uffiċċju tal-President tal-Kunsill Ewropew; |
16. |
Jistieden lill-Kunsill jippreżenta informazzjoni dettaljata dwar il-Ftehimiet tal-Livell tas-Servizz stabbiliti mas-SEAE u l-miżuri konkreti meħuda biex tiġi promossal-modernizzazzjoni amministrattiva; huwa tal-fehma li l-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kunsill ma kinitx effiċjenti biżżejjed; |
17. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qed jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Parlament u jqis li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi li l-Kunsill ikun lest ikollu djalogu miftuħ u formali mal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit; jenfasizza l-ħtieġa li ż-żewġ istituzzjonijiet ikollhom kooperazzjoni sodisfaċenti; |
18. |
Itenni li l-Parlament għadu qed jistenna t-tweġiba tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet u t-talba għal dokumenti li jinsabu fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (9); jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza, tweġibiet bil-miktub komprensivi għal dawn il-mistoqsijiet; |
19. |
Itenni li l-infiq tal-Kunsill għandu jiġi skrutinizzat bl-istess mod kif jiġi skrutinizzat l-infiq ta’ istituzzjonijiet oħra; huwa tal-fehma li l-elementi fundamentali ta’ tali skrutinju huma stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 (10); |
20. |
Jiddispjaċih minħabba d-diffikultajiet fil-proċeduri ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet mogħtija fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (11), tal-25 ta’ Ottubru 2011 (12), tal-10 ta’ Mejju 2012 (13) u tat-23 ta’ Ottubru 2012 (14); |
21. |
Ifakkar li matul in-negozjati dwar Regolament Finanzjarju ġdid, ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim dwar modi kif il-proċedura ta’ kwittanza tista’ tittejjeb; jemmen li jekk il-Kunsill ikompli jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ikun kostrett li jagħmel lill-Kummisjoni l-mistoqsijiet u t-talbiet tiegħu għal informazzjoni rigward il-baġit tal-Kunsill; |
22. |
Itenni li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta’ Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tgħid li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jirrifjuta li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra – inkluż il-Kunsill – kif kien il-każ s’issa; |
23. |
Iqis li huwa mixtieq li l-Parlament jeżerċita s-setgħa tiegħu li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b’mod individwali biex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tat-taxxa tal-Unjoni; |
24. |
Jistmerr il-fatt li l-Kunsill mhuwiex trasparenti biżżejjed u jenfasizza li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom id-dmir li jirrispettaw l-istess standards fir-rigward tat-trasparenza; huwa konvint li l-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, għandhom japplikaw l-istess standards ta’ trasparenza u jistieden lill-Kunsill itejjeb il-prestazzjoni tiegħu f’dan il-qasam mingħajr dewmien. |
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(10) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(11) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(12) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.