This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2012_286_R_0141_01
2012/562/EU: Decision of the European Parliament of 10 May 2012 on discharge in respect of the implementation of the budget of the Translation Centre for the Bodies of the European Union for the financial year 2010#Resolution of the European Parliament of 10 May 2012 with observations forming an integral part of its Decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the Translation Centre for the Bodies of the European Union for the financial year 2010
2012/562/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
2012/562/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
ĠU L 286, 17.10.2012, p. 141–146
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/141 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
(2012/562/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7—0051/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0125/2012), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn isfel; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 117.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7–0051/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0125/2012), |
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri affermat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari, |
B. |
billi fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2009 (5), u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament inter alia talab liċ-Ċentru:
|
C. |
billi l-baġit definittiv taċ-Ċentru għall-2010 kien ta’ EUR 55 928 077 meta mqabbel ma’ EUR 62 630 000 fl-2009, li jfisser tnaqqis ta’ 11,98 %, |
D. |
billi l-volum ta’ traduzzjonijiet fl-2010 kien l-ogħla minn meta twaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, li jfisser żieda ta’ 20,1 % tan-numru ta’ paġni tradotti meta mqabbel mal-2009, |
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jinnota, mir-Rapport ta’ Attività Annwali taċ-Ċentru u mir-Rendikont Finanzjarju Annwali għall-2010, li l-baġit oriġinali għall-2010, ta’ EUR 48 100 000, kien suġġett ta’ żewġ baġits ta’ emenda; jagħraf, b’mod partikolari, li l-aħħar żewġ baġits ta’ emenda kellhom żewġ skopijiet:
|
2. |
Jagħraf, mir-Rapport Annwali ta’ Attività taċ-Ċentru li, minħabba numru akbar ta’ paġni tradotti fl-2010, id-dħul taċ-Ċentru żdied għal EUR 51 200 000 fl-2010, żieda ta’ 13,71 % meta mqabbla mal-2009; jinnota wkoll minn dan ir-rapport li r-rata ta’ implimentazzjoni taċ-Ċentru għan-nefqa telgħet għal EUR 43 040 000, i.e. 86,79 % tal-approprjazzjonijiet, li tfisser żieda ta’ 18,27 % meta mqabbla mal-2009; |
3. |
Ifakkar li, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2965/94 dwar it-twaqqif tiegħu, id-dħul u l-infiq taċ-Ċentru li jidhru fil-baġit tiegħu għandhom ikunu bilanċjati; jinnota li għas-sena finanzjarja 2010 il-bilanċ favorevoli akkumulat taċ-Ċentru għall-2009 ammonta għal EUR 24 000 000; jieħu nota, madankollu, li prinċipalment permezz ta’ trasferimenti ta’ fondi għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni u r-rimborż lill-klijenti tiegħu, iċ-Ċentru rnexxielu jnaqqas dan il-bilanċ favorevoli għal EUR 9 200 000; jirrikonoxxi, barra minn hekk, miċ-Ċentru, li l-Bord ta’ Tmexxija fl-2011 ddeċieda li juża dawn id-EUR 9 200 000 biex joħloq riserva għal investiment eċċezzjonali (EUR 4 300 000) u riserva għall-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet (EUR 4 900 000); |
4. |
Jilqa’ r-riżoluzzjoni għat-tilwim li ilu għaddej bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni; |
5. |
Jilqa’ d-deċiżjoni fuq imsemmija tal-Bord ta’ Tmexxija, adottata fl-2011, biex joħloq riserva ta’ EUR 4 300 000 għal investimenti fil-programm CDT elettroniku li għandu jibda jiffunzjona matul is-snin 2012-2013 u riserva ta’ EUR 4 900 000 għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, sabiex ikun hemm kumpens għat-tnaqqis potenzjali tad-dħul tiegħu minħabba tnaqqis antiċipat ta’ talbiet għal traduzzjoni mill-klijenti tiegħu; |
6. |
Jilqa’ l-fatt li, wara t-talba tal-awtorità tal-kwittanza, il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 saru disponibbli pubblikament fuq il-websajt taċ-Ċentru; |
Il-proċeduri tal-akkwist
7. |
Jistieden liċ-Ċentru jassigura konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tiegħu billi jistabbilixxi deċiżjonijiet ta’ finanzjament għan-nefqa operattiva; jitlob liċ-Ċentru biex b’mod partikolari jistabbilixxi kontrolli aktar b’saħħithom fil-proċess ta’ ppjanar tal-akkwist; |
8. |
Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li ċ-Ċentru nieda żewġ proċeduri ġodda għall-għoti ta’ servizzi ta’ traduzzjoni/reviżjoni fil-qasam tal-ferrovija u dak marittimu; |
9. |
Jinnota wkoll li kienu ffirmati total ta’ 47 kuntratt qafas; |
Ir-Riżorsi Umani
10. |
Jirrikonoxxi li, minħabba li tmien membri tal-persunal li kellhom punti ogħla ma kienux promossi filwaqt li xi membri oħra fl-istess grad kienu promossi, l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal ma kienx rispettat, minħabba li attwalment ġew inkorporati elementi diskrezzjonali addizzjonali fid-deċiżjoni finali biex ingħatat il-promozzjoni; jinnota li, skont id-dikjarazzjoni taċ-Ċentru, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) irrikonoxxi li d-deċiżjonijiet dwar il-karriera u l-promozzjoni tal-uffiċjali u tal-persunal temporanju adottati mill-Bord tat-Tmexxija fis-7 ta’ Frar 2008 kienu suġġetti għal interpretazzjoni u li wara l-valutazzjoni finali tal-IAS dwar l-“Implimentazzjoni tal-promozzjoni tal-persunal” maħruġa mill-IAS f’Settembru 2010, iċ-Ċentru adatta l-interpretazzjoni tiegħu ma’ dik tal-IAS filwaqt li l-kriterji addizzjonali li ntużaw preċedentement għall-promozzjoni ġew abbandunati; |
11. |
Jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-osservazzjonijiet tar-Rapport Annwali tal-Attività li juru li ċ-Ċentru mexxa 22 proċedura ta’ selezzjoni għal persunal temporanju u kuntrattwali, kif ukoll żewġ kompetizzjonijiet biex jistabbilixxi l-gradi fl-2010; |
12. |
Jinnota li ċ-Ċentru implimenta servizz ta’ orjentazzjoni professjonali sabiex jidentifika possibilitajiet għall-persunal u jippermetti orjentazzjoni ta’ mobilità jew ta’ karriera; |
Ir-rendiment
13. |
Jilqa’ ż-żieda ta’ servizzi taċ-Ċentru, f’termini ta’ volum ta’ traduzzjoni, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta mqabbel mal-2009, u fosthom iż-żieda ta’ 20,1 % tan-numru ta’ dokumenti tradotti, filwaqt li l-baġit tnaqqas bi 11,98 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; |
14. |
Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li fl-2010 kien hemm sitt klijenti ġodda li magħhom ġie ffirmat ftehim, i.e. l-Impriżi Konġunti Artemis, ENIAC, IMI u FCH, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u ġew stabbiliti l-ewwel kuntatti mal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; |
15. |
Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li matul is-sena finanzjarja 2010 madwar 55 % tal-volum totali tal-paġni tradotti kien esternalizzat; jinnota barra minn hekk mir-rapport li ċ-Ċentru ħadem biex jikkonsolida t-tmexxija tal-ammont ta’ xogħol ta’ traduzzjoni tiegħu fl-2010 billi għaqqad flimkien is-sezzjonijiet tal-Ġestjoni tad-Domanda u l-Ġestjoni tal-Freelance; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li tlesta studju estern dwar il-validazzjoni tal-proporzjon bejn ix-xogħlijiet li saru internament u dawk li ġew esternalizzati u li l-mudell ta’ kalkolu użat miċ-Ċentru ġie validat; |
16. |
Jilqa’ l-isforzi taċ-Ċentru li jtejjeb il-kwalità tat-traduzzjoni; jenfasizza l-fatt li 17-il proġett tat-terminoloġija ġew finalizzati sal-aħħar tal-2010, li tejbu l-bażi tad-data tat-terminoloġija; jappoġġa ċ-Ċentru fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ għat-tradutturi tiegħu, ħaġa li tgħin biex titjieb il-produttività tagħhom; |
17. |
Jistieden liċ-Ċentru biex janalizza l-fluss tad-data attwali u tal-għodda użati biex jiġi ppjanat il-baġit u jiġu stabbiliti l-kontrolli; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-ippjanar tal-baġit taċ-Ċentru hu bbażat fuq għodda excel u manwali jew kontrolli bbażati fuq sistemi ta’ data li jistgħu jwasslu għal żbalji ta’ kalkolazzjoni u ppjanar tan-nefqa żbaljat, u finalment anke għal impatt negattiv fuq il-prezzijiet taċ-Ċentru; |
18. |
Jinkoraġġixxi liċ-Ċentru biex japplika rekwiżiti minimi għall-previżjoni tal-informazzjoni u jtejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju dwar it-tbassir ma’ klijenti magħżula, sabiex jiġu evitati stimi għolja tan-nefqa u tal-prezz; |
L-awditjar intern
19. |
Jinnota li 12-il rakkomandazzjoni “importanti ferm” mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) kienu għadhom miftuħa sal-31 ta’ Diċembru 2010; jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni ta’ 7 minn dawn ir-rakkomandazzjonjiet inżammet lura; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li dan id-dewmien jikkonċerna l-kwestjonijiet importanti li ġejjin:
jistieden għalhekk liċ-Ċentru biex jispjega dan id-dewmien lill-awtorità tal-kwittanza u biex jirrimedja s-sitwazzjoni; |
20. |
Jinnota li minn 12-il rakkomandazzjoni “importanti ferm” mill-IAS, iċ-Ċentru rrifjuta r-rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar finanzjarju; jitlob liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni; |
21. |
Josserva li l-IAS wettqet awditjar tal-“Ibbaġittjar tal-infiq”, iffinalizzat awditjar ta’ segwitu dwar “il-ġestjoni tar-Riżorsi Umani” u l-“implimentazzjoni tal-istandards tal-kontrolli interni”, kif ukoll wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-IT; |
22. |
Jinnota li mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru li r-rapport ta’ segwitu tal-awditjar finali wera li saru 41 rakkomandazzjoni, 29 minnhom għadhom ma twettqux, 10 ġew implimentati u 2 parzjalment aċċettati jew rifjutati; |
23. |
Jirrikonoxxi li l-Kapaċità ta’ Verifika Interna wettqet attivitajiet ta’ konsultazzjoni formali dwar l-oqsma li ġejjin:
|
24. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti dwar il-kwittanza preċedenti, kif stabbilit fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni; |
25. |
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (*) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 117.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 125.
(*) Testi adottati, P7_TA(2012)0164 (ara l-paġna 388 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW TA’ DAWN L-AĦĦAR SNIN
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea |
2006 |
2007 |
2008 |
2009 |
||||||||||||
Ir-rendiment |
n.a. |
|
|
Jistieden liċ-Ċentru biex jiżviluppa aktar il-valutazzjoni tar-rendiment tiegħu billi jtejjeb r-rabtiet bejn l-azzjonijiet strateġiċi u l-azzjonijiet previsti fil-Programm ta’ Ħidma tiegħu u billi jeżamina mill-ġdid l-indikaturi għall-monitoraġġ tar-rendiment tiegħu sabiex ikun konformi mal-kriterji SMART, |
||||||||||||
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja |
n.a. |
Il-Program għandu jkun ibbażat fuq rabta ċara u konsistenti bejn l-objettivi stabbiliti u l-implimentazzjoni tar-riżorsi baġitarji meħtieġa biex dawn jintlaħaqu |
|
|
||||||||||||
Riżorsi Umani |
|
n.a. |
|
|
||||||||||||
Il-Verifika Interna |
n.a. |
n.a. |
n.a. |
Jistieden liċ-Ċentru joħroġ proċedura komprensiva bil-miktub li tiddefinixxi r-rwoli, kalendarju u proċess tax-xogħol biex jiġu stabbiliti, validati u prenotati ordnijiet ta’ rkupru għal tranżazzjonijiet li saru għall-klijenti |