Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_334_R_0120_01

    2007/824/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi
    Skambju ta' l-Ittri
    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża

    ĠU L 334, 19.12.2007, p. 120–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 334/120


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta’ Novembru 2007

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

    (2007/824/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i) u (ii), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    BILLI:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim mar-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi;

    (2)

    Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea, fit-18 ta’ Settembru 2007, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, skond Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fit-18 ta’ Settembru 2007.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

    (4)

    Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li jista’ jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura semplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ.

    (5)

    Skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

    (6)

    Skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

    It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 14(1) tal-Ftehim (2).

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 12 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu skond l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 8 ta' Novembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. PEREIRA


    (1)  1. Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  1. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


    SKAMBJU TA' L-ITTRI

    Brussels, 18 September 2007

    Ms. Gordana Jankulovska,

    Minister of Interior of the former

    Yugoslav Republic of Macedonia.

    Dear Minister,

    We have the honour to propose that, if it is acceptable to your Government, this letter and your confirmation shall together take the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on the facilitation of the issuance of visas.

    The text of the aforementioned Agreement, herewith annexed, has been approved for signature by a decision of the Council of the European Union of today's date.

    Please accept, Minister, the assurance of our highest consideration.

    For the European Community

    Image Image

    Courtesy translation

    Brussels, 18 September 2007

    Dear Sirs,

    On behalf of the Government of the Republic of Macedonia I have the honour to acknowledge receipt of your letter dated 18th September 2007 regarding the signature of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Community on the facilitation of the issuance of visas, together with the attached text of the Agreement.

    I hereby declare that the Government of the Republic of Macedonia agrees with the provisions of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Community on the facilitation of the issuance of visas and considers the Agreement as being signed with this Exchange of Letters.

    However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the above-referred documents, having in view that the constitutional name of my country is the Republic of Macedonia.

    Please accept, Sirs, the assurances of my highest consideration.

    Gordana Jankuloska

    Dr. Rui Carlos Pereira

    Minister of Internal Administration of the Republic of Portugal

    Council of the European Union

    Mr. Franco Frattini

    Vice-president of the European Commission

    BRUSSELS

    Брисел, 18 септември 2007 година

    Почитувани Господа,

    Во името на Владата на Република Македонија имам чест да го потврдам приемот на Вашето писмо датирано на 18 септемвpи 2007 година, кое се однесува на потпишувањето на Спогодбата помеѓу Република Македониja и Европсkата Заедница за олеснување на издавањето визи, заедно со приложениот тeкст на Спогодбата.

    Изjавувам дека Владата на Република Македониjа е согласна со одредбите на Спогодбата помеѓу Република Македонија и Европската Заедница за олеснување на издавањето визи и смета дека со оваа размена на писма Спогодбата е потпишана.

    Сепак, изјавувам дека Република Македонија не ја прифаќа деноминацијата употребена за мојата земја во погоре наведените документи, имајќи предвид дека уставното име на мојата земја е Република Мakедонија.

    Пpимете ги Господа, изразите на моето највисоко почитување.

    Image

    Гордана Јанкулоска

    Г-дин Руи Карлос Переира

    Министеp за внатрешната администрација на Република

    Португалија Совет на Европската унија

    Г-дин Франко Фратини

    Потпретседател hа Европската комисија

    БРИСЕЛ

    Brussels, 18 September 2007

    Ms. Gordana Jankulovska,

    Minister of Interior of the former

    Yuogoslav Republic of Macedonia.

    Dear Minister,

    We have the honour to acknowledge receipt of your letter of today's date.

    The European Community notes that the Exchange of Letters between the European Community and the Former Yugoslav Republic of Macedonia, which takes the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on the facilitation of the issuance of visas, has been accomplished and that this cannot be interpreted as acceptance or recognition by the European Community in whatever form or content of a denomination other than the “former Yugoslav Republic of Macedonia”.

    Please accept, Minister, the assurance of our highest consideration.

    For the European Community

    Image Image


    FTEHIM

    bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Komunità”;

    u

    L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Partijiet;

    FILWAQT LI KKUNSIDRAW id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2005 li jagħti lill-exRepubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-istat ta’ pajjiż kandidat;

    FILWAQT LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA — Stabilisation and Association Agreement) bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li ġie ffirmat f’April 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2004 u li bħalissa jirregola r-relazzjonijiet ma’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    FILWAQT LI AFFERMAW mill-ġdid l-intenzjoni li jikkooperaw mill-qrib fil-qafas ta’ l-istrutturi futuri ta’ l-SAA għal-liberalizzazzjoni tas-sistema tal-viżi bejn l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Unjoni Ewropea, skond il-konklużjonijiet tas-Summit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Tessaloniki fil-21 ta’ Ġunju 2003;

    FILWAQT LI JAGĦRFU l-progress li għamlet l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tal-Ġustizzja, tal-libertà u tas-sigurtà u, b’mod partikolari dwar il-migrazzjoni, il-politika dwar il-viża, il-ġestjoni tal-fruntieri u dwar is-sikurezza tad-dokumenti;

    FILWAQT LI JIXTIEQU, bħala l-ewwel pass konkret lejn is-sistema ta’ l-ivvjaġġar mingħajr viża, jiffaċilitaw il-kuntatti bejn il-persuni bħala kondizzjoni importanti għal żvilupp kostanti ta’ rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, billi jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi lil persuni ta’ nazzjonalità ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    FILWAQT LI JIFTAKRU li ċ-ċittadini kollha ta’ l-UE huma eżenti mir-rekwiżit ta’ viża meta jivvjaġġaw lejn l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal żmien mhux itwal minn 90 jum jew jagħmlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    FILWAQT LI JAGĦRFU LI jekk l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kellha terġa’ tintroduċi r-rekwiżit għaċ-ċittadini ta’ l-UE, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-ftehim liċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja japplikaw awtomatikament, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, għaċ-ċittadini ta’ l-UE;

    FILWAQT LI JAGĦRFU LI l-faċilitazzjoni tal-viża m’għandhiex twassal għall-migrazzjoni illegali u u b’attenzjoni speċjali għas-sigurtà u l-ammissjoni mill-ġdid;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    L-Artikolu 1

    L-ghan u l-ambitu ta’ l-applikazzjoni

    1.   L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal żjara ta’ mhux aktar minn 90 jum matul perjodu ta’ 180 jum liċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    2.   Jekk l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja terġa’ tintroduċi r-rekwiżit ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ l-UE jew għal xi kategoriji ta’ ċittadini ta’ l-UE, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-ftehim liċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja awtomatikament, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini ta’ l-UE kkonċernati.

    L-Artikolu 2

    Il-klawżola ġenerali

    1.   Il-faċilitazzjonijiet tal-viża provduti f’dan il-Ftehim għandhom japplikaw għal ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biss sa fejn mhumiex eżentati mir-rekwiżiti ta’ viża skondi l-liġijiet u r-regolamenti tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri, dan il-ftehim jew ftehimiet oħrajn internazzjonali.

    2.   Il-liġi nazzjonali ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ta’ l-Istati Membri jew tal-Komunità għandha tgħodd għall-ħarġiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, l-għarfien ta’ dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, prova ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza u r-rifjut tad-dħul u l-miżuri ta’ tkeċċija.

    L-Artikolu 3

    Id-definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ l-Irlanda u r-Renju Unit;

    (b)

    Ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea” tfisser persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru kif iddefinit fil-punt (a);

    (ċ)

    Ċittadin ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”: tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    (d)

    Viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat li hija meħtieġa għal skopijiet ta’:

    dħul għal żjara ppjanata f’dak l-Istat Membru jew f’bosta Stati Membri għal żmien mhux aktar minn 90 jum,

    dħul għal tranżitu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew bosta Stati Membri.

    (e)

    persuna li tirrisjedi legalment” tfisser ċittadin ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja awtorizzat jew intitolat jbqa’ aktar minn 90 jum fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq bażi ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali.

    L-Artikolu 4

    L-evidenza dokumentarja dwar l-għan tal-vjaġġ

    1.   Għal dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dawn id-dokumenti li ġejjin huma suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

    (a)

    Tfal ta’ l-iskola, studenti ta’ l-iskola post-sekondarja u ta’ l-università, l-istudenti fil-livell post-universitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħrajn edukazzjonali jew relatati ma’ l-iskola:

    talba bil-miktub jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mill-università, kulleġġ jew skola li qed jospitaw, jew karti ta’ l-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li se jattendu għalihom;

    (b)

    Persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju:

    talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem f’dawk l-attivitajiet;

    (ċ)

    Rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta’ taħriġ edukazzjonali, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju:

    talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita, li tikkonferma li l-persuna qed tirrappreżenta lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta’ din l-organizzazzjoni mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità ta’ l-Istat skond il-liġi nazzjonali;

    (d)

    Ġurnalisti:

    ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ mill-organizzazzjoni professjonali, li jipprova li l-persuna kkonċernata hija ġurnalista kkwalifikata u dokument maħruġ minn min iħaddimha li jgħid li l-għan tal-vjaġġ huwa li jwettaq xogħol ġurnalistiku;

    (e)

    Parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:

    talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita: awtoritajiet kompetenti, Federazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-isport jew il-Kumitati Nazzjonali Olimipċi ta’ l-Istati Membri;

    (f)

    Persuni fin-negozju u għar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kummerċjali:

    talba bil-miktub minn persuna legali, kumpanija jew organizzazzjoni li qed tospita, jew uffiċċju jew fergħa ta’ din il-persuna legali jew kumpanija, l-awtoritajiet ta’ l-istat jew lokali ta’ l-Istati Membri jew il-kumitati ta’ l-organizzazzjoni tal-wirijiet kummerċjali u industrijali, konferenzi u simpożji organizzati fit-territorji ta’ l-Istati Membri,

    (g)

    Membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri:

    talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;

    (h)

    Parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati:

    talba bil-miktub mill-Kap ta’ l-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta’ dawn l-ibliet;

    (i)

    Sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja:

    talba bil-miktub minn kumpannija nazzjonali jew assoċjazzjoni ta’ trasportaturi ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tipprovdi għat-trasport internazzjonali fuq l-art, li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

    (j)

    Membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri:

    talba bil-miktub mill-kumpannija kompetenti ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

    (k)

    Qraba — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), nanniet u neputijiet — li jżuru lil ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrisjedu legalment fit-territorji ta’ l-Istati Membri:

    talba bil-miktub mill-persuna li tospita;

    (l)

    Rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi:

    talba bil-miktub mill-kap tal-komunità reliġjuża rreġistrata fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

    (m)

    Persuni li jżuru għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom:

    dokument uffiċjali ta’ l-istituzjoni medika li tikkonferma l-ħtieġa tal-kura medika f’din l-istituzzjoni, il-ħtieġa ta’ l-akkumpanjament, u l-prova ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti biex isir ħlas għat-trattament mediku;

    (n)

    Persuni li jżuru ċeremonji tad-dfin:

    dokument uffiċjali li jikkonferma l-fatt tal-mewt kif ukoll konferma tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna li ser tindifen;

    (o)

    Membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:

    ittra maħruġa minn awtorità ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tikkonferma li l-applikant huwa membru ta’ delegazzjoni tagħha li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex jipparteċipa f’dawn il-avvenimenti imsemmija, flimkien ma’ kopja ta’ l-istedina uffiċjali

    (p)

    Persuni li jivvjaġġaw għat-turiżmu:

    ċertifikat jew kupun mill-aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew operatur turistiku akkreditat mill-Istati Membri fil-qafas tal-kooperazzjoni konsulari lokali li jikkonferma l-prenotazzjoni ta’ vjaġġ organizzat;

    (q)

    għal żjarat f’ċimiterji militari u ċivili:

    dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll ir-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna;

    2.   It-talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih dawn il-partikolaritajiet:

    (a)

    għall-persuna mistiedna — l-isem u l-kunjom, id-data tat-twelid, is-sess, iċ-ċittadinanza, in-numru tad-dokument ta’ l-identità, iż-żmien u l-għan tal-vjaġġ, in-numru ta’ dħul u fejn rilevanti, isem il-konjuġi jew it-tfal li jakkumpanjaw lill-persuna mistiedna;

    (b)

    għall-persuna li tistieden — isem, kunjom u indirizz; u

    (ċ)

    għall-persuna legali, kumpanija jew organizzazzjoni li tistieden — l-isem sħiħ u l-indirizz u

    jekk it-talba hija maħruġa minn organizzazzjoni, l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna li tiffirma t-talba,

    jekk il-persuna li tistieden hija persuna legali jew kumpanija jew uffiċċju jew fergħa ta’ din il-persuna legali jew kumpanija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, in-numru tar-reġistrazzjoni kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

    3.   Għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, il-kategoriji kollha ta’ viża huma maħruġa skond il-proċedura semplifikata mingħajr bżonn ta’ xi ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra dwar l-għan tal-vjaġġ, provduta fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri.

    L-Artikolu 5

    Il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu

    1.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu l-viżi għal dħul multiplu b’terminu ta’ validità sa ħames snin lil dawn il-kategoriji ta’ persuni:

    (a)

    Membri tal-gvern nazzjonali, tal-Parlament, tal-Qorti Kostituzzjonali, tal-Qorti Suprema, tal-Kunsill Ġudizzjarju u tal-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi, fil-każ li mhumiex eżentati mir-rekwiżit ta’ viża permezz ta’ dan il-ftehim, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’terminu ta’ validità limitat għat-terminu tal-ħatra tagħhom jekk dan huwa ta’ inqas minn ħames snin;

    (b)

    Membri permanenti tad-delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

    (ċ)

    Konjuġi, ulied (inklużi adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), ta’ età taħt il-21 sena jew li huma dipendenti jew u l-ġenituri li jżuru liċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri b’terminu ta’ validità limitat għat-terminu tal-validità ta’ l-awtorizzazzjoni tagħhom għar-residenza legali;

    (d)

    Persuni fin-negozju u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kummerċjali li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

    (e)

    Ġurnalisti;

    (f)

    Rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi rreġistrati fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri.

    2.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu viżi b’terminu ta’ validità sa sena lil dawn il-kategoriji ta’ persuni, kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu għall-inqas viża waħda, użawha skond il-liġijiet dwar id-dħul u l-waqfien ta’ l-Istat fejn saret iż-żjara u li hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu:

    (a)

    Studenti u studenti fil-livell ta’ wara l-università li jagħmlu vjaġġi regolari għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju,

    (b)

    Persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

    (ċ)

    Parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

    (d)

    Membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

    (e)

    Rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ taħriġ edukazzjonali, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

    (f)

    Parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati.

    (g)

    Sindki u membri tal-kunsilli muniċipali

    (h)

    Sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    (i)

    Membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri;

    (j)

    Persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom.

    (k)

    Membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom jipparteċipaw b’mod regolari fil-laqgħat, fil-konsultazzjonijiet, fin-negozjati jew fil-programmi ta’ skambju, kif ukoll bħal f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

    3.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu l-viżi għal dħul multiplu b’terminu ta’ validità ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux aktar minn ħames snin lill-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u lil persuni oħrajn kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel għamlu użu mill-viża waħda għal dħul multiplu skond il-liġijiet dwar id-dħul u l-waqfien ta’ l-Istat fejn saret iż-żjara u li r-raġunijiet biex tintalab viża ta’ dħul aktar minn darba għadhom validi.

    4.   Il-perjodu totali taż-żjara tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux ikun itwal minn 90 jum ghal kull perjodu ta’ 180 jum fit-territorju ta’ l-Istati Membri.

    L-Artikolu 6

    Il-ħlasijiet biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal viża

    1.   Il-ħlas biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal viża taċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu jammonta għal €35.

    Dan l-ammont jista’ jiġi rivedut skond il-proċedura kkontemplata fl-Artikolu 14(4).

    Jekk l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja terġa’ tintroduċi r-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta’ l-UE, il-ħlas tal-viża li għandha titlob l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja m’għandux ikun aktar minn €35 jew l-ammont miftiehem jekk il-ħlas jiġi rivedut skond il-proċedura kkontemplata fl-Artikolu 14(4).

    2.   Mhux dovut ħlas biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal viża magħmula minn dawn il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

    (a)

    qraba — konjuġi, tfal (inklużi adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), nanniet u neputijiet li jżuru lil ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

    (b)

    membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lil l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi;

    (ċ)

    membri tal-gvern nazzjonali, tal-Parlament, tal-Qorti Kostituzzjonali, tal-Qorti Suprema, tal-Kunsill Ġudizzjarju u tal-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi, fil-każ li mhumiex eżentati mir-rekwiżit ta’ viża permezz ta’ dan il-ftehim;

    (d)

    sindki u membri tal-kunsilli muniċipali;

    (e)

    persuni b’diżabilità u l-persuna li takkumpanjahom, jekk meħtieġ;

    (f)

    persuni li ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta’ qarib, jew biex iżuru qarib li għandu mard serju;

    (g)

    parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

    (h)

    persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju;

    (i)

    parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati;

    (j)

    ġurnalisti;

    (k)

    pensjonanti;

    (l)

    sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    (m)

    membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri;

    (n)

    rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, meta jivvjaġġaw biex jattendu laqgħat, seminars, programmi ta’ skambju jew korsijiet ta’ taħriġ;

    (o)

    rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi rreġistrati fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    (p)

    membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri.

    (q)

    tfal ta’ l-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell post-universitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali, including inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju, kif ukoll attivitajiet oħrajn edukazzjonali jew li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskola:

    (r)

    tfal taħt l-età ta’ 6 snin.

    3.   B’deroga mill-paragrafu 1 hawn fuq, il-Bulgarija u r-Rumanija li huma marbuta mill-acquis ta’ Schengen iżda li għadhom ma joħorġux viżi ta’ Schengen, jistgħu jirrinunzjaw għall-ħlas biex jipproċessaw applikazzjonijiet nazzjonali għal żjajjar qosra għaċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sal-jum li għandu jiġi ddeterminat b’Deċiżjoni tal-Kunsill għall-implimentazzjoni sħiħa minnhom ta’ l-acquis ta’ Schengen.

    L-Artikolu 7

    It-tul tal-proċeduri biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal viża

    1.   Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-talba biex tinħareġ viża fi żmien 10 jiem tal-kalendarju mid-data minn meta jirċievu l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tinħareġ il-viża.

    2.   Il-perjodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jiġi estiż sa mhux aktar minn 30 jum tal-kalendarju f’każijiet individwali, b’mod partikolari meta hija meħtieġa analiżi ulterjuri ta’ l-applikazzjoni.

    3.   Il-perjodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jitnaqqas għal 3 ijiem jew inqas f’każijiet urġenti.

    L-Artikolu 8

    It-tluq fil-każ ta’ dokumenti mitlufa jew misruqa

    Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tilfu d-dokumenti ta’ l-identità tagħhom, jew li nsterqu mingħandhom dawn id-dokumenti waqt li kienu fit-territorju ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ l-Istati Membri, jistgħu jitilqu minn dak it-territorju fuq bażi ta’ dokumenti ta’ l-identità validi li jintitolawhom jaqsmu l-fruntiera maħruġa mill-missjonijiet diplomatiċi jew il-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri jew ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mingħajr ebda viża jew awtorizzazzjoni oħra.

    L-Artikolu 9

    L-estensjoni tal-viża f’ċirkostanzi eċċezzjonali

    Iċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li m’għandhomx possibbiltà jitilqu mit-territorju ta’ l-Istati Membri fiż-żmien indikat fil-viża tagħhom għal raġunijiet ta’ force majeure, umanitarji, okkupazzjonali gravi jew personali, għandu jkollhom it-terminu tal-viża tagħhom estiż mingħajr ħlas skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa’, għall-perjodu meħtieġ biex imorru lura fl-Istat tar-residenza tagħhom.

    L-Artikolu 10

    Il-passaporti diplomatiċi

    1.   Iċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għandhom passaport diplomatiku validu jistgħu jidħlu, joħorġu jew jagħmlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istati Membri mingħajr viża.

    2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorju ta’ l-Istati Membri għal perjodu mhux itwal minn 90 jum ghal kull perjodu ta’ 180 jum.

    L-Artikolu 11

    Il-validità territorjali tal-viżi

    Bla ħsara għar-regoli u r-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà nazzjonali ta’ l-Istati Membri u bla ħsara għar-regoli ta’ l-UE dwar il-viżi li għandhom validità territorjali limitata, iċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom ikunu intitolati jivvjaġġaw fit-territorju ta’ l-Istati Membri fuq bażi ugwali maċ-ċittadini ta’ l-UE.

    L-Artikolu 12

    Il-Kumitat Konġunt għall-Ġestjoni tal-Ftehim

    1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta’ esperti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”), kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, assistita minn esperti mill-Istati Membri.

    2.   Il-Kumitat għandu, b’mod partikolari, jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, (skambju regolari ta’ l-informazzjoni, inkluża data dwar l-għadd ta’ viżi maħruġa, applikazzjonijiet sottomessi u dawk miċħuda);

    (b)

    jissuġġerixxi emendi jew żjiediet għal dan il-Ftehim;

    (ċ)

    jirriżolvi t-tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    3.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ kull fejn huwa meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f’sena.

    4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

    5.   Il-Kumitat għandu jgħarraf lill-organizzazzjonijiet rilevanti stabbiliti taħt il-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u perjodikament jipprovdi data dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    L-Artikolu 13

    Ir-Relazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma’ Ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    1.   Sa minn meta jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stati Membri individwali u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim.

    2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri individwali u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmati qabel l-1 ta’ Jannar 2007 li jipprovdu għall-eżenzjoni lid-detenturi ta’ passaporti tas-servizz mir-rekwiżit ta’ viża, għandhom ikomplu jgħoddu għal perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali matul dan il-perjodu ta’ 5 snin.

    L-Artikolu 14

    Il-klawżoli finali

    1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn taħt tlestew.

    2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ammissjoni mill-ġdid tal-persuni jekk din id-data hija wara d-data provduta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    3.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit, kemm-il darba ma jintemmx skond il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

    4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim bil-miktub tal-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-iskop.

    5.   Kull Parti tista’ tissospendi dan il-Ftehim kollu, jew partijiet minnu, għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra ladarba r-raġunijiet għas-sospensjoni m’għadhomx japplikaw.

    6.   Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ 90 jum wara d-data ta’ dan l-avviż. Magħmul fi Brussell fit-tmintax-il jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u sebgħa f’żewġ oriġinali, f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, u kull wieħed minn dawn it-testijiet huwa ugwalment awtentiku.

    ANNESS

    IL-PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM DWAR L-ISTATI MEMBRI LI MA JIMPLIMENTAWX GĦALL-KOLLOX L-ACQUIS TA’ SCHENGEN

    Dawk l-Istati Membri li huma marbuta mill-acquis ta’ Schengen iżda li għadhom ma joħorġux il-viżi ta’ Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill f’dan is-sens, għandhom joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom hija limitata għat-territorju tagħhom stess.

    Dawn l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu unilateralment il-viżi ta’ Schengen u l-permessi ta’ residenza għat-tranżitu mit-territorju tagħhom, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2006/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006.

    Ladarba d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2006/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 ma jgħoddx għar-Rumanija u l-Bulgarija, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi dispożizzjonijiet simili biex dawn il-pajjiżi jistgħu jirrikonoxxu unilateralment il-viżi u l-permessi tar-residenza ta’ Schengen u dokumenti oħrajn simili maħruġa minn Stati Membri oħrajn li għadhom mhux integrati għal kollox fiż-żona ta’ Schengen għall-iskopijiet ta’ tranżitu mit-territorju tagħhom.

    DIKJARAZZJONI DWAR IL-PERSPETTIVA DWAR SISTEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR MINGĦAJR VIŻA

    Skond il-konklużjonijiet tas-Summit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Thessaloniki fil-21 ta’ Ġunju 2003 il-faċilitazzjonijiet tal-viża provduti taħt dan il-Ftehim għandhom jirrappreżentaw fażi tranżitorja lejn sistema ta’ l-ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    Is-sistema ta’ l-ivvjaġġar mingħajr viża se tiġi introdotta għaċ-ċittadini ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq bażi ta’ evalwazzjoni pożittiva tal-kisbiet tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tar-riformi rilevanti u skond il-proċeduri u l-kriterji provduti fir-Regolament tal-Kunsill 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001.

    ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAD-DANIMARKA

    Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għall-proċeduri tal-ħruġ ta’ viżi minn missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari tar-Renju tad-Danimarka.

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tad-Danimarka u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehim bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’termini simili bħall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAR-RENJU UNIT U L-IRLANDA

    Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-terrritorju tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda.

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit, ta’ l-Irlanda u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jikkonkludu bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi.

    ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TA’ L-ISLANDA U N-NORVEĠJA

    Il-Partijiet jinnutaw ir-relazzjoni qrib bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja u l-Islanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen.

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, ta’ l-Islanda u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’termini simili bħall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

    (jekk meħtieġ)

    Jekk il-Ftehim bejn l-UE, il-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen u l-Protokolli ta’ dan il-Ftehim dwar il-Liechtenstein jkun daħal fis-seħħ saż-żmien li jiġu konklużi n-negozjati ma’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, issir ukoll dikjarazzjoni simili fir-rigward ta’ l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

    ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ĦLASIJIET GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ L-APPLIKAZZJONIJIET TAL-VIŻA

    Il-Komunita Ewropea tqis it-tħassib imqajjem mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-fatt li ċ-ċittadini tagħha jinħarġilhom viżi tax-Schengen b’ validita’ territorjali limitata għal wieħed jew bosta Stati Membri. Il-Komunità Ewropea tqis ukoll it-talba mressqa mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li ċ-ċittadini tagħha jkollhom viżi tax-Schengen b’ validita’ territorjali limitata għal wieħed jew bosta Stati Membri u li dawn ikunu jeħtieġu jivjaġġaw, fil-perijodu ta’ validita’ ta’ dik il-viża, m’ għandhomx jiġu mitluba jħallsu ħlas ta’ proċessar għat-tieni applikazzjoni għal viża.

    Il-Partijiet jikkunsidraw li l-kwistjoni għandħa tiġi eżaminata mill-ġdid, bi prijorita’ mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12, ġialadarba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu adottat il-Kodiċi Komunitarju dwar il-viża, li l-abbozz tiegħu jitratta din il-kwistjoni.

    ID-DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR IR-REVIŻJONI TAR-REKWIŻIT TAL-VIŻA GĦAL DAWK LI GĦANDHOM PASSAPORTI TAS-SERVIZZ

    Ladarba l-eżenzjoni tad-detenturi ta’ passaporti tas-servizz mir-rekwiżit ta’ viża mir-rekwiżit ta’ viża provduta fi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri individwali u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li ġew iffirmati qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għandhom jgħoddu biss għal 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali matul dan il-perjodu ta’ 5 snin, il-Komunità Ewropea se terġa’ tevalwa s-sitwazzjoni tad-detenturi tal-passaporti tas-servizz mhux aktar tard minn sentejn wara li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, bl-għan ta’ possibbli emenda tal-Ftehim f’dak is-sens skond il-proċedura kkontemplata fl-Artikolu 14(4).

    ID-DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-AĊĊESS TA’ L-APPLIKANTI GĦAL VIŻA U L-ARMONIZZAZZJONI TA’ L-INFORMAZZJONI DWAR IL-PROĊEDURI GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI GĦAL ŻJAJJAR QOSRA U D-DOKUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU SOTTOMESSI META SSIR APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻI GĦAL ŻJAJJAR QOSRA

    Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza tat-trasparenza għall-applikanti għal viża, il-Komunità Ewropea tfakkar li l-proposta leġiżlattiva dwar il-kitba mill-bixra ġdida ta’ l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ġiet adottata fid-19 ta’ Lulju 2006 mill-Kummissjoni Ewropea u bħalissa taħt diskussjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tindirizza l-kwistjoni tal-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess mill-applikanti għal viża, għall-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri.

    Dwar l-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-applikanti għal viża, il-Komunità Ewropea tqis li għandhom jittieħdu miżuri xierqa:

    B’mod ġenerali, biex titfassal l-informazzjoni bażika għall-applikanti dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet biex issir l-applikazzjoni għal viża u dwar il-validità tagħhom.

    Il-Komunità Ewropea ser tniedi lista ta’ rekwiżiti minimi sabiex tiżgura li l-applikanti mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u huma meħtieġħa jissottomettu, bħala prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ.

    L-informazzjoni msemmija hawn fuq, inkluża l-lista ta’ aġenziji ta’ l-ivvjaġġar u operaturi turistiċi akkreditati fil-qafas tal-kooperazzjoni konsulari lokali għandha tiġi mxerrda b’mod wiesa’ (fuq it-tabelli ta’ tagħrif tal-konsulati, fil-fuljetti, fuq siti web, eċċ.)

    Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jorganizzaw ruħhom b’tali mod li appuntament għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għal viża u d-dokumenti rilevanti ta’ sostenn jista’ jiġi żgurat fi żmien raġonevoli.

    Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltajiet eżistenti taħt l-acquis ta’ Schengen għall-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’kull każ għalih.

    DIKJARAZZJONI POLITIKA MILL-BULGARIJA DWAR IT-TRAFFIKU LOKALI FIL-FRUNTIERI

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara li hija ppreparata tidħol f’negozjati ta’ ftehimiet bilaterali ma’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bl-għan li timplimenta s-sistema tat-traffiku lokali fil-fruntieri stabbilita mir-Regolament KE Nru 1931/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali fil-fruntieri fil-fruntieri esterni fuq l-art ta’ l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.

    ID-DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR IL-FAĊILITAZZJONIJIET GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA

    Il-Komunità Ewropea tinnota s-suġġeriment tar-Repubblika ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tagħti definizzjoni usa’ tal-kunċett tal-membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjoni ta’ viża kif ukoll dwar l-importanza li tagħti r-Repubblika ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lis-semplifikazzjoni tal-moviment ta’ din il-kategorija ta’ persuni.

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità ta’ għadd estiż ta’ persuni li għandhom konnessjonijiet famlijarji (b'mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma’ ċittadini tar-Repubblika ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri, il-Komunità Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari ta’ l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fl-“acquis communautaire” biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ viżi lil din il-kategorija ta’ persuni, inkluż b’mod partikolari, is-semplifikazzjoni ta’ l-evidenza dokumentarja mitluba għall-applikanti, eżenzjonijiet mill-ħlas ta’ l-ipproċessar u fejn xieraq il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul aktar minn darba.


    Top