Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_048_R_0022_01

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Frar 2006 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll li jistipula l-possibiltajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill- 1 ta’ Awissu 2001 sal- 31 ta’ Lulju 2006

    ĠU L 48, 18.2.2006, p. 22–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 220–223 (MT)

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    220


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-14 ta’ Frar 2006

    dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll li jistipula l-possibiltajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006

    (2006/113/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll li jistipola l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja huwa applikabbli għall-perijodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 (1).

    (2)

    Meta jitqiesu l-opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qagħda tar-riżorsi fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Mawritanja u speċjalment ir-riżultati tar-raba’ u tal-ħames grupp ta’ ħidma ta’ l-Istitut tal-Mawritanja għar-Riċerka Oċeanografika u s-Sajd (IMROP) u tal-grupp ta’ ħidma xjentifiku konġunt, u meta jitqiesu l-konklużjonijiet li rriżultaw fil-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, iż-żewġ partijiet iddeċidew li jemendaw l-opportunitajiet attwali ta’ sajd.

    (3)

    Ir-riżultati ta’ dawn l-emendi ddaħħlu fl-iskambju ta’ ittri u jittrattaw tnaqqis temporanju ta’ l-attività tas-sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi (kategorija 5), l-iffissar tat-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ, iż-żieda ta' l-għadd ta’ bastimenti għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ (kategorija 8) u għall-kategorija tas-sajd minn bastimenti tas-sajd għal ħut pelaġiku bil-friża (kategorija 9).

    (4)

    Sabiex dawn l-emendi li jimmodifikaw l-opportunitajiet ta’ sajd japplikaw mill-iktar fis possibbli, jeħtieġ għalhekk li jiġi ffirmat ftehim fl-għamla ta' skambju ta’ ittri, suġġett għall-konklużjoni definittiva tiegħu mill-Kunsill.

    (5)

    Għandu jiġi kkonfermat it-tqassim fost l-Istati Membri tal-possibilitajiet ġodda ta’ sajd kif emendati,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll li jistipula l-possibiltajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 b'dan huwa approvat f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni ta' l-imsemmi ftehim.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Il-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri jiġi applikat mill-Komunità b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2005.

    Artikolu 4

    B'riżultat ta' l-emendi msemmija fl-iskambju ta’ ittri, l-opportunitajiet il-ġodda ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd “bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ” (fajl tekniku nru 8 tal-Protokoll) u għall-kategorija tas-sajd “bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku bil-friża” (fajl tekniku nru 9) huma mqassma fost l-Istati Membri kif ġej:

    Kategoriji tas-sajd

    Stat Membru

    Tunnellaġġ/Numru ta’ bastimenti li jistgħu jintużaw

    Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

    Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ (bastimenti)

    Spanja

    20 + 3 = 23

    Il-Portugall

    3 + 0 = 3

    Franza

    8 + 1 = 9

    Għall-ħut pelaġiku (bastimenti)

     

    15 + 10 = 25

    It-tnaqqis temporanju ta’ ħames (5) liċenzji għas-sajd għall-kategorji tas-sajd tal-ċefalopodi jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-mobilitazzjoni fil-ġejjieni ta’ dawn il-ħames (5) liċenzji se tiġi deċiża bi qbil komuni fi ħdan kummissjoni mħallta komposta mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Mawritani skond il-qagħda tar-riżorsa.

    Jekk il-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ Stat Membru ieħor.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-14 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K.-H. GRASSER


    (1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 128.


    FTEHIM

    Fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jemenda l-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-komunità ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006.

    A.   Ittra mill-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja

    Għażiż Sinjur,

    Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji l-opportunitajiet ta’ sajd fir-rigward tal-opportunitajiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar l-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

    Nibqa' nafulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.

    Dejjem tiegħek.

    Għall-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja

    B.   Ittra tal-Komunità Ewropea

    Għażiż Sinjur,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid kif ġej:

    “Għażiż Sinjur,

    Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontroparti finanzjarja pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal- u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji l-opportunitajiet ta’ sajd fir-rigward tal-opportunitajiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar l-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

    Nibqa' nafulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.”

    Għandni l-unur nikkonfermalek il-qbil tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.

    Dejjem tiegħek.

    F'isem il-Komunità Ewropea


    Top