Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:197:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 197, 5 ta' Lulju 2012


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-0987

    doi:10.3000/19770987.C_2012.197.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 197

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 55
    5 ta' Lulju 2012


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    II   Komunikazzjonijiet

     

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 197/01

    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6593 – Audi/Ducati Motor Holding) ( 1 )

    1

    2012/C 197/02

    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

    2

     

    IV   Informazzjoni

     

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 197/03

    Rata tal-kambju tal-euro

    7

    2012/C 197/04

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2012 li tikkonċerna l-finanzjament għas-sena 2012 ta' attivitajiet fil-qasam veterinarju li huma marbutin mal-politika tat-tagħrif tal-Unjoni Ewropea u s-sostenn ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, ma' għadd ta' miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u lejn proġett bi prova dwar Netwerk Ewropew ikkoordinat dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali

    8

     

    Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

    2012/C 197/05

    Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju għas-saħħa transkonfinali

    21

     

    INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

    2012/C 197/06

    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

    24

     

    INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

     

    Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

    2012/C 197/07

    Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rigward għajnuna potenzjali mogħtija lil Oslo Sporveier u AS Sporveisbussene fin-Norveġja

    25

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

     

    L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

    2012/C 197/08

    Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

    28

     

    ATTI OĦRAJN

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 197/09

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    29

     

    Rettifika

    2012/C 197/10

    Rettifika għan-notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' interessi ta' rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta' referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Lulju 2008 (ĠU C 166, 1.7.2008)

    33

     


     

    (1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

     

    (2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

    MT

     


    II Komunikazzjonijiet

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kummissjoni Ewropea

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/1


    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

    (Każ COMP/M.6593 – Audi/Ducati Motor Holding)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 197/01

    Fit-28 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6593. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/2


    Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

    Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

    2012/C 197/02

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    13.5.2011

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.32733 (11/NN)

    Stat Membru

    Il-Greċja

    Reġjun

    Attiki

    Oqsma mhux assistiti

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Μέτρα υπέρ των κτηνοτρόφων της Ανατολικής Αττικής, των οποίων οι βοσκήσιμες εκτάσεις καταστράφηκαν από πυρκαγιές κατά τη χρονική περίοδο Αυγούστου 2009

    Il-bażi legali

    ΝΟΜΟΣ3698/2008/ΕΛΟΓΑΚ(ΠΑΡ.4 του άρθρού 11)

    It-tip tal-miżura

    Skema

    L-għan

    Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit globali: EUR 0,06 miljun

     

    Baġit annwali: EUR 0,06 miljun

    L-intensità

    2,50 %

    It-tul ta' żmien

    9.10.2009-2.11.2009

    Setturi ekonomiċi

    Produzzjoni ta' annimali

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων

    Δ/νση Zωïκής παραγωγής και ΑΠΑ

    Βερανζέρου 46

    104 38 Τ.Κ.

    ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    9.11.2011

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.32904 (11/N)

    Stat Membru

    Il-Greċja

    Reġjun

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Αποκατάσταση δασοκομικού δυναμικού και εισαγωγή δράσεων πρόληψης

    Il-bażi legali

    Εκχώρηση αρμοδιοτήτων της Ειδικής Υπηρεσίας Διαχείρισης του Προγράμματος Αγροτικής Ανάπτυξης της Ελλάδας 2007-2013 (ΕΥΔ ΠΑΑ) στις Υπηρεσίες: Δ/νση Διαχείρισης Δασών και Δασικού Περιβάλλοντος, Δ/νση Αισθητικών Δασών, Δρυμών και Θήρας, Δ/νση Προστασίας Δασών και Φ.Π. και Δ/νση Αναδασώσεων και Ο.Υ. της Γενικής Δ/νσης Ανάπτυξης και Προστασίας Δασών και Φ.Π. της Ειδικής Γραμματείας Δασών του ΥΠΕΚΑ. (ΦΕΚ: 1492, τ.Β' 6.9.2010)

    It-tip tal-miżura

    Skema

    L-għan

    Forestrija

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: EUR 174 miljun

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    9.11.2011-31.12.2013

    Setturi ekonomiċi

    Agrikoltura, forestrija u sajd

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ειδική Υπηρεσία Διαχείρισης του Προγράμματος Αγροτικής Ανάπτυξης της Ελλάδας 2007-2013

    Λ. Αθηνων 58

    104 41 Αθήνα/Athens

    ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    16.5.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34152 (11/N)

    Stat Membru

    Ir-Repubblika Ċeka

    Reġjun

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Příspěvek na zpracování lesních hospodářských plánů

    Il-bażi legali

    1)

    Závazná pravidla poskytování finančních příspěvků na hospodaření v lesích a způsobu kontroly jejich využití (příloha zákona o státním rozpočtu České republiky)

    2)

    Zákon č. 289/1995 Sb., o lesích a o změně a doplnění některých zákonů (lesní zákon)

    3)

    Vyhláška č. 84/1996 Sb., o lesním hospodářském plánování

    It-tip tal-miżura

    Skema

    L-għan

    Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp Rurali (AGRI)

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit globali: CZK 280 miljun

     

    Baġit annwali: CZK 40 miljun

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    Sal 31.12.2018

    Setturi ekonomiċi

    Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Ministerstvo zemědělství

    Těšnov 17

    117 05 Praha 1

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    12.4.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34253 (12/NN)

    Stat Membru

    L-Olanda

    Reġjun

    Noord-Limburg

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Investeringssteun voor de vermindering van geuremissies van Knoops Lottum B.V. (varkenshouderij)

    Il-bażi legali

    Algemene subsidieverordening Horst aan de Maas 2011; Algemene Wet Bestuursrecht; Subsidieverordening inrichting landelijk gebied Limburg; Wet geurhinder en veehouderij; en Regeling geurhinder en veehouderij

    It-tip tal-miżura

    għajnuna individwali

    Knoops Lottum B.V., Oude Goorenweg 4, 5715 PH Lierop. Knoops Lottum B.V. beschikt over diverse bedrijfslocaties. Het adres waarop onderhavige steun betrekking heeft betreft de locatie: Zandterweg 39, 5973 RB Lottum.

    L-għan

    Investiment fl-intrapriżi agrikoli, Protezzjoni tal-Ambjent

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

    Baġit globali: EUR 0,09 miljun

    L-intensità

    60 %

    It-tul ta' żmien

    22.11.2011

    Setturi ekonomiċi

    Trobbija ta' majjali/annimali tal-istess speċi

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Gemeente Horst aan de Maas

    Wilhelminaplein 6

    5961 ES Horst

    NEDERLAND

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

    Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

    31.5.2012

    In-numru ta' referenza tal-għajnuna

    SA.34291 (12/N)

    Stat Membru

    Ir-Repubblika Ċeka

    Reġjun

    Moravskoslezko

    Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

    Dotační program Poskytování příspěvků na podporu hospodaření v lesích v Moravskoslezském kraji pro období let 2013–2019

    Il-bażi legali

    1)

    Dotační program Poskytování příspěvků na podporu hospodaření v lesích v Moravskoslezském kraji pro období let 2013–2019

    2)

    Zákon č. 129/2000 Sb., o krajích, ve znění pozdějších předpisů

    3)

    Zákon č. 289/1995 Sb., o lesích a o změně a doplnění některých zákonů (lesní zákon)

    It-tip tal-miżura

    Skema

    L-għan

    Forestrija

    Il-forma tal-għajnuna

    Għotja diretta

    L-estimi

     

    Baġit globali: CZK 350 miljun

     

    Baġit annwali: CZK 50 miljun

    L-intensità

    100 %

    It-tul ta' żmien

    1.1.2013-31.12.2019

    Setturi ekonomiċi

    Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

    Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

    Moravskoslezský kraj

    28. října 117

    702 18 Ostrava

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Aktar informazzjoni

    It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

    http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


    IV Informazzjoni

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kummissjoni Ewropea

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/7


    Rata tal-kambju tal-euro (1)

    L-4 ta’ Lulju 2012

    2012/C 197/03

    1 euro =


     

    Munita

    Rata tal-kambju

    USD

    Dollaru Amerikan

    1,2560

    JPY

    Yen Ġappuniż

    100,28

    DKK

    Krona Daniża

    7,4366

    GBP

    Lira Sterlina

    0,80320

    SEK

    Krona Żvediża

    8,6876

    CHF

    Frank Żvizzeru

    1,2013

    ISK

    Krona Iżlandiża

     

    NOK

    Krona Norveġiża

    7,5165

    BGN

    Lev Bulgaru

    1,9558

    CZK

    Krona Ċeka

    25,500

    HUF

    Forint Ungeriż

    285,36

    LTL

    Litas Litwan

    3,4528

    LVL

    Lats Latvjan

    0,6964

    PLN

    Zloty Pollakk

    4,2066

    RON

    Leu Rumen

    4,4764

    TRY

    Lira Turka

    2,2677

    AUD

    Dollaru Awstraljan

    1,2221

    CAD

    Dollaru Kanadiż

    1,2726

    HKD

    Dollaru ta' Hong Kong

    9,7397

    NZD

    Dollaru tan-New Zealand

    1,5635

    SGD

    Dollaru tas-Singapor

    1,5876

    KRW

    Won tal-Korea t'Isfel

    1 428,07

    ZAR

    Rand ta' l-Afrika t'Isfel

    10,2134

    CNY

    Yuan ren-min-bi Ċiniż

    7,9727

    HRK

    Kuna Kroata

    7,4933

    IDR

    Rupiah Indoneżjan

    11 748,77

    MYR

    Ringgit Malażjan

    3,9621

    PHP

    Peso Filippin

    52,275

    RUB

    Rouble Russu

    40,5534

    THB

    Baht Tajlandiż

    39,533

    BRL

    Real Brażiljan

    2,5362

    MXN

    Peso Messikan

    16,7927

    INR

    Rupi Indjan

    68,4360


    (1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/8


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta’ Lulju 2012

    li tikkonċerna l-finanzjament għas-sena 2012 ta' attivitajiet fil-qasam veterinarju li huma marbutin mal-politika tat-tagħrif tal-Unjoni Ewropea u s-sostenn ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, ma' għadd ta' miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u lejn proġett bi prova dwar Netwerk Ewropew ikkoordinat dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali

    2012/C 197/04

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”), u b'mod partikolari l-Artikoli 49(6)a u 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23 u 27 tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u tal-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (3) u partikolarment, l-Artikolu 66(1)(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    B’konformità mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu qablu deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi l-infiq u li hija adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li l-poteri tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli ta' Implimentazzjoni”), jidentifika l-grad ta' dettall li huwa meqjus li hu biżżejjed biex jiddeskrivi l-qafas stabbilit minn deċiżjoni ta' finanzjament.

    (3)

    Skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, għandu jiġi adottat programm ta’ ħidma annwali għall-għotjiet.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġi stabbilit programm ta' ħidma għall-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam veterinarju marbutin mal-politika ta' tagħrif, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji.

    (5)

    Peress li l-programm ta' ħidma fl-annessi huwa qafas dettaljat biżżejjed fis-sens tal-Artikolu 90(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għall-infiq previst fil-programm ta' ħidma għal għotjiet u akkwisti.

    (6)

    Skont l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-Unjoni tista' twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

    (7)

    L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jiddikjara li l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twaqqif ta’ politika ta’ tagħrif fil-qasam tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel fi prodotti li joriġinaw mill-annimali inkluż li jsiru studji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali.

    (8)

    Il-paragrafu (a)(i) tal-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprevedi li l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-ġbir u l-ħażna ta' kull tagħrif marbut mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tagħhom u s-sikurezza fl-ikel fi prodotti li joriġinaw mill-annimali.

    (9)

    Hi meħtieġa kontribuzzjoni finanzjarja biex issir il-bażi tad-dejta interattiva ta' leġiżlazzjoni veterinarja (Vetlex) oriġinarjament stabbilita għall-Pajjiżi Kandidati, il-Pajjiżi Kandidati potenzjali u l-pajjiżi fl-inizjattiva Politika Ewropea tal-Viċinat disponibbli għall-Istati Membri kollha.

    (10)

    Fis-snin ta’ qabel saru xi attivitajiet ta' komunikazzjoni biex jippromwovu kwistjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali lill-partijiet interessati, l-organizzazzjonijiet u s-soċjetà kollha kemm hi. Huwa xieraq li dawn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, inklużi dawk orizzontali, ikomplu fl-2012.

    (11)

    L-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE jistipula l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali ta' eradikazzjoni/sorveljanza. Skont dan l-istess Artikolu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawn il-programmi. Biex ikun hemm għodda addizzjonali, l-assistenza teknika esterna se twettaq prevalutazzjoni ta' dawn il-programmi mressqin għall-2013.

    (12)

    Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli mmirati, partikolarment, biex jipprevjenu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli r-riskji lill-bnedmin u lill-annimali, kemm direttament jew mill-ambjent jew billi jiggarantixxu prassi ġusta fil-kummerċ tal-għalf jew tal-ikel u jipproteġu l-interessi tal-konsumatur, inkluż it-tikkettjar tal-għalf u tal-ikel u forom oħra ta' tagħrif għall-konsumatur.

    (13)

    Skont l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-appropjazzjonijiet meħtieġa għall-iffinanzjar ta' miżuri oħrajn meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament għandhom jiġu awtorizzati kull sena fil-qafas tal-proċedura baġitarja. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 66 jinkludu partikolarment l-organizzazzjoni tal-istudji, il-pubblikazzjoni tat-tagħrif u l-organizzazzjoni ta' laqgħat u konferenzi.

    (14)

    Ir-rapporti tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju dwar l-ispezzjonijiet imwettqa fis-snin 2007 sal-2011 fuq il-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, indikaw xi nuqqasijiet. B'mod partikolari nstabu n-nuqqasijiet fil-kapaċità li jiġu rinfurzati r-rekwiżiti tas-sikurezza ġenerali u fil-prassi tajba tal-manifatturi f'dawk l-oqsma fejn ma hemmx adottati miżuri speċifiċi tal-UE (“oqsma mhux armonizzati”). Għaldaqstant huwa previst studju li għandu jitwettaq fl-2012 li jinvestiga sa liema grad ikunu meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-UE biex itejbu r-rinforzabbiltà tar-rekwiżiti tas-sikurezza ġenerali u biex jipprovdu d-dejta dwar l-impatti tagħhom ekonomiċi, soċjali u ambjentali (inkluż il-piż amministrattiv).

    (15)

    Il-komunikazzjoni dwar il-kontrolli fuq l-ikel u l-għalf ma tistax tkun dejjem marbuta ma' suġġett speċifiku. Għalhekk, jixraq li jiġu previsti xi riżorsi għall-attivitajiet ta' komunikazzjoni orizzontali marbutin magħha.

    (16)

    Tul il-katina alimentari hemm għadd ta' riskji li jipperikolaw il-provvediment ta' ikel li ma jipperikolax is-saħħa tal-konsumaturi Ewropej. Fl-2012 huwa previst studju biex jidentifika dawn ir-riskji mal-katina alimentari kollha, biex jiżviluppa u jivvaluta xenarji tal-futur u jiddefinixxi r-reazzjonijiet politiċi.

    (17)

    L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (5) jirrikjedi li, billi l-annimali huma kreaturi li jħossu, l-Unjoni u l-Istati Membri jagħtu każ bir-reqqa għal-ħtiġijiet tat-trattament xieraq tal-annimali fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' wħud mill-politiki tal-Unjoni. Għaldaqstant jixraq li jkun iffinanzjat proġett bi prova li jgħin lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati biex jimplimentaw ir-regoli tal-Unjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

    (18)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (6) fl-Artikolu 20 tiegħu jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw l-appoġġ xjentifiku biex jgħin lill-awtoritajiet kompetenti bl-għarfien espert xjentifiku, tekniku u edukattiv biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Jidher xieraq li jiġi żviluppat proġett ta' prova li jiżgura koordinazzjoni mtejba bejn l-appoġġi tekniċi nazzjonali li għandhom jiġu stabbiliti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 qabel l-2013.

    (19)

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (7) ukoll tipprevedi l-possibbiltà li jiġi stabbilit netwerk Ewropew ta' ċentri ta' referenza li l-għan tagħhom ikun li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu tagħrif tekniku koerenti u uniformi dwar kif għandha tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni tal-UE, partikolarment fil-kuntest ta' indikaturi dwar it-trattament xieraq tal-annimali bbażati fuq riżultati. Għalhekk huwa rilevanti li l-Unjoni tippromwovi proġett bi prova biex tivvaluta l-fattibbiltà u l-effiċjenza ta' dan in-netwerk qabel ma tipproponi leġiżlazzjoni futura.

    (20)

    Jixraq li jinżamm il-finanzjament mill-Unjoni għal dan il-proġett bi prova. Fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012, l-awtorità baġitarja allokat EUR 1 000 000 għal proġett bi prova fuq Netwerk Ewropew ikkoordinat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

    (21)

    Din id-deċiżjoni ta’ finanzjament tista’ tkopri wkoll il-ħlas tal-imgħax dovut għal ħlas tard abbażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju u 106(5) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

    (22)

    Għall-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, jixraq li jiġi ddefinit it-terminu “bidla sostanzjali”, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

    (23)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    TITOLU I

    Il-programm ta' ħidma li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

    Artikolu 1

    Il-programm ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20, 23, u 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE, kif stipulat fl-Anness I, huwa b'dan adottat.

    Artikolu 2

    Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'dan it-Titolu għall-implimentazzjoni tal-programm hija ta' EUR 3 254 600 u għandha tiġi ffinanzjata mil-Linja Baġitarja 17 04 02 01 tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012.

    Artikolu 3

    L-implimentazzjoni baġitarja ta' kompiti marbutin mal-punt 2. fl-Anness I tista' tiġi fdata f'idejn l-organizzazzjoni internazzjonali li ġejja, li tapplika standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati internazzjonalment fil-proċeduri ta' kontabilità, ta' awditjar, ta' kontrolli interni u ta' akkwisti: L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE)

    TITOLU II

    Il-programm ta' ħidma li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004

    Artikolu 4

    Il-programm ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 66(1)(c), kif stabbilit fl-Anness II, huwa b'dan adottat.

    Artikolu 5

    Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'dan it-Titolu għall-implimentazzjoni tal-programm hija ta' EUR 277 650 u għandha tiġi ffinanzjata mil-Linja Baġitarja 17 04 07 01 tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012.

    TITOLU III

    Proġett ta' prova ta' Netwerk Ewropew ikkoordinat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

    Artikolu 6

    Il-proġett bi prova, kif stipulat fl-Anness III huwa b'dan adottat.

    Artikolu 7

    Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'dan it-Titolu għall-implimentazzjoni tal-programm ta' prova hija ta' EUR 1 000 000 u għandha tiġi ffinanzjata mil-Linja Baġitarja 17 04 01 02 tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2012.

    TITOLU IV

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 8

    Il-programmi ta' ħidma msemmijin fit-Titoli I, II u III jikkostitwixxu deċiżjonijiet ta' finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 9

    1.   L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jadotta kwalunke bidliet għal kull wieħed mit-Titoli li ma jitqisux sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità.

    2.   Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet koperti mill-programm ta' ħidma li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikoli 2, 5 u 7 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programmi ta' ħidma.

    Artikolu 10

    L-aproprjazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2, 5 u 7 jistgħu jkopru wkoll l-imgħax li għandu jitħallas fuq ħlas b'lura.

    Artikolu 11

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni ddelegati.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. kif ikkoreġut mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

    (5)  ĠU C 83, 30.3.2010, p. 47.

    (6)  ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.

    (7)  COM(2012) 6 finali.


    ANNESS I

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23 u 27 tagħha – Programm ta’ Ħidma għall-2012

    1.   Introduzzjoni

    Dan il-programm fih 6 suġġetti ewlenin għas-sena 2012. Abbażi tal-għanijiet mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, id-distribuzzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

    għall-għotjiet implimentati b'ġestjoni konġunta (il-punt 2):

    Kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-organizzazzjoni ta' konferenzi dinjin dwar it-trattament xieraq tal-annimali, ir-reżistenza tal-mikrobi kontra mediċini antimikrobjali u korpi statutorji veterinarji, konferenza reġjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali u seminars reġjonali għad-delegati l-ġodda tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), punti fokali dwar il-prodotti veterinarji dwar it-trattament xieraq tal-annimali u dwar is-saħħa tal-annimali tal-ilma, sa massimu ta' EUR 660 000.

    għal akkwisti (implimentati f’amministrazzjoni ċentralizzata diretta) (il-punt 3):

    L-użu ta' sejħa għall-offerti fuq kontribuzzjoni li tippermetti l-aċċess għall-bażi tad-dejta Vetlex għall-amministraturi fl-Istati Membri: EUR 150 000 (il-punt 3.1).

    Kontribuzzjoni lejn il-komunikazzjoni orizzontali marbuta mal-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-annimali: EUR 49 600 (il-punt 3.2).

    Avvenimenti ta' appoġġ għall-politika kurrenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali u l-manutenzjoni tal-għodod ta' komunikazzjoni eżistenti: EUR 700 000 (il-punt 3.3).

    Pubblikazzjonijiet u tixrid ta’ tagħrif biex jippromwovu kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali EUR 1 595 000 (il-punt 3.4).

    Prevalutazzjoni esterna tal-programmi għall-eradikazzjoni/għas-sorveljanza tal-2013: EUR 100 000 (il-punt 3.5).

    2.   L-azzjoni taħt amministrazzjoni konġunta

    Konferenzi dinjin dwar it-trattament xieraq tal-annimali, ir-reżistenza tal-mikrobi għall-mediċini antimikrobjali, korpi statutorji veterinarji u mard tal-annimali selvaġġi; Konferenza Reġjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-Amerika ta' Isfel; u Seminars Reġjonali għad-Delegati l-ġodda tal-OIE, Punti Fokali dwar prodotti Veterinarji, dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali u dwar is-Saħħa tal-Annimali tal-Ilma fl-Ewropa.

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub 2012-2013.

    ENTITÀ TA' IMPLIMENTAZZJONI

    L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) hija organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja. Biex jittejjeb l-istatus tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja u għaldaqstant jitbaxxa r-riskju ta' mard mill-annimali fl-UE, huwa importanti li l-approċċ tal-UE għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali jitqassam mal-pajjiżi membri kollha tal-OIE u li l-UE tappoġġja b'mod attiv il-Konferenzi u s-seminars ta' taħriġ organizzati mill-OIE biex tiġi promossa l-politika ta' saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali tal-Unjoni f'din l-okkażjoni.

    Fis-7 ta' Ġunju 2010 l-Kummissjoni u l-OIE ffirmaw Ftehim Qafas fuq żmien twil li jistipula l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji għall-kooperazzjoni tagħhom (mehmuża hawnhekk), fejn “il-Ftehim ta' Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea ma' Organizzazzjoni Internazzjonali” (il-“Ftehim ta' Kontribuzzjoni Standard” jew “SCA”) japplika għal programmi dinjin, reġjonali jew nazzjonali u għal azzjonijiet amministrati mill-OIE u ffinanzjati jew ikkofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

    Valutazzjoni bir-reqqa u sħiħa tal-OIE kienet diġà saret preċedentement, permezz ta' “valutazzjoni fuq erba' pilastri” li stabbilixxiet li l-OIE applika, fil-proċeduri tal-kontabilità, tal-awditjar, tal-kontroll u tal-akkwist, standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati internazzjonalment.

    GĦANIJIET LI JRIDU JIĠU SODISFATTI U RIŻULTATI PREVISTI

    L-approċċ tal-UE għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali jkun kondiviż mal-membri kollha tal-OIE permezz tal-promozzjoni tal-politika tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali tal-Unjoni fl-okkażjoni tal-konferenzi u s-seminars ta' taħriġ organizzati mill-OIE. Eventwalment jittejbu l-istatus tas-saħħa, tat-trattament xieraq u tas-saħħa pubblika veterinarja madwar id-dinja kollha, u jitnaqqas ir-riskju fl-UE.

    DESKRIZZJONI U GĦANIJIET TAL-MIŻURA TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    Ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet differenti li jridu jiġu ffinanzjati taħt dan il-punt jinstabu fit-tabella ta' hawn taħt.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ġestjoni konġunta

    AMMONT MASSIMU TAL-KONTRIBUZZJONI

    EUR 660 000

    Taqsira tal-attivitajiet li jridu jiġu organizzati mill-OIE fl-2012-2013, kif imsemmi fil-punt 2

    Attività

    Post

    Ammont massimu f'EUR

    Dati indikattivi

    (2012-2013)

    1.   

    Konferenzi Dinjin

    1.1.

    It-tielet Konferenza Dinjija tal-OIE dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali “L-implimentazzjoni tal-Istandards tal-OIE – l-Indirizzar ta' aspettattivi Reġjonali”

    Kuala Lumpur (il-Malasja)

    100 000

    Miss-6 sat-8 ta’ Novembru 2012

    1.2.

    Konferenza Dinjija tal-OIE dwar l-Użu Bil-Għaqal tal-Aġenti Antimikrobjali għall-Annimali – Is-Solidarjetà Internazzjonali fil-Ġlieda kontra r-Reżistenza tal-Mikrobi għall-Mediċini Antimikrobjali

    Pariġi (Franza)

    100 000

    Mit-13 sal-15 ta’ Marzu 2013

    1.3.

    Korpi Statutorji Veterinarji (KSV) – It-tħejjija ta' programm ta' ġemellaġġ KSV

    Għad irid jiġi kkonfermat

    80 000

    It-tieni semestru 2013

    2.   

    Konferenzi u Seminars Reġjonali

    2.1.

    Konferenza Reġjonali għall-pajjiżi Amerikani dwar “Il-Kummerċ Dinji u l-Istandards tat-Trattament Xieraq tal-Annimali” (segwitu tal-konferenza tal-2009 fi Brussell)

    Pajjiż tal-Amerika ta' Isfel

    80 000

    Mill-14 sas-16 ta’ Ottubru 2013

    2.2.

    Seminar Reġjonali għad-Delegati l-ġodda għall-OIE tal-Ewropa

    Pajjiż Ewropew

    60 000

    Mid-19 ta’ Mejju 2012

    2.3.

    Seminar Reġjonali għall-Punti Fokali tal-OIE tal-Ewropa għall-prodotti veterinarji

    Pajjiż Ewropew

    80 000

    It-tieni semestru 2012

    2.4.

    Seminar Reġjonali għall-Punti Fokali tal-OIE tal-Ewropa għat-trattament xieraq tal-annimali

    Pajjiż Ewropew

    80 000

    L-ewwel semestru 2013

    2.5.

    Seminar Reġjonali għall-Punti Fokali tal-OIE tal-Ewropa għas-saħħa tal-annimali tal-ilma

    Pajjiż Ewropew

    80 000

    L-ewwel semestru 2013

    3.   Akkwisti

    L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti tal-akkwist fl-2012 jammonta għal EUR 2 594 600.

    3.1.   Id-disponibbiltà ta' Vetlex għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Kuntratt ta’ servizz wieħed.

    IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

    Il-bażi tad-dejta tal-Vetlex hija bażi tad-dejta interattiva eżistenti tal-leġiżlazzjoni veterinarja kollha amministrata minn kumpanija barranija. Il-bażi tad-dejta tiġi aġġornata fi żmien 24 siegħa mill-publikazzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida u fiha l-verżjonijiet ikkonsolidati tal-leġiżlazzjoni kkonċernata.

    Il-bażi tad-dejta kienet tkun aċċessibbli għall-Pajjiżi Kandidati, għall-Pajjiżi Kandidati potenzjali u għall-pajjiżi fl-inizjattiva tal-Politika Ewropea tal-Viċinat permezz ta' kuntratt bejn il-kumpanija u d-DĠ għat-Tkabbir tal-Kummissjoni Ewropea. Mhijiex disponibbli għall-Istati Membri

    Il-kontribuzzjoni prevista se tippermetti li l-Vetlex issir disponibbli għall-amministraturi fl-Istati Membri.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    It-tielet kwart tal-2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 150 000

    KUNTRATT SPEĊIFIKU (FEJN APPLIKABBLI)

    Mhux applikabbli

    3.2.   Kontribuzzjoni orizzontali lejn il-komunikazzjoni marbuta mal-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-annimali

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Kuntratti speċifiċi differenti li jużaw bosta kuntratti qafas.

    SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    Kontribuzzjoni orizzontali lejn il-komunikazzjoni marbuta mal-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-annimali:

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Matul l-2012

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 49 600

    KUNTRATT SPEĊIFIKU (FEJN APPLIKABBLI)

    Bosta kuntratti qafas tad-DĠ SANCO.

    3.3.   Avvenimenti ta' appoġġ għall-politika kurrenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali u l-manutenzjoni tal-għodod ta' komunikazzjoni eżistenti

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikoli 20 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Sitt kuntratti ta' servizz li jużaw kuntratt qafas u sejħa miftuħa għall-offerti.

    SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    (a)

    L-organizzazzjoni jew il-koorganizzazzjoni ta' massimu ta' tliet workshops għat-tobba veterinarji biex jippromwovu l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali tal-UE għal implimentazzjoni aħjar fl-UE u għal ftehim reċiproku barra l-UE; EUR 150 000.

    (b)

    Avvenimenti biex jippubbliċizzaw f'livelli lokali/reġjonali, il-websajts tat-trattament xieraq tal-annimali tal-Irziezet u s-sett ta' għodod għall-għalliema; EUR 100 000.

    (c)

    Il-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali (il-bullettin u fuljetti dwar it-trattament xieraq tal-annimali, pubblikazzjonijiet/materjali għall-avvenimenti eċċ.); EUR 50 000.

    (d)

    Studju dwar l-opportunità biex il-konsumaturi tal-UE jingħataw it-tagħrif rilevanti dwar l-isturdament tal-annimali; EUR 200 000.

    (e)

    Azzjonijiet ta' komunikazzjoni dwar l-annimali tax-xogħol; EUR 50 000.

    (f)

    Studju dwar l-attivitajiet ta' edukazzjoni u tagħrif dwar it-trattament xieraq tal-annimali – Dan l-istudju huwa segwitu tal-komunikazzjoni dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-annimali 2012-2015 (COM(2012) 6 finali) u se jkollu l-għan li jistabbilixxi l-ħtieġa għal attivitajiet ta' edukazzjoni u tagħrif għall-pubbliku ġenerali u għall-konsumaturi, u azzjonijiet possibbli li jistgħu jiżviluppaw minnu: EUR 150 000.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Mit-tieni kwart lejn it-tielet kwart tal-2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 700 000

    KUNTRATT SPEĊIFIKU (FEJN APPLIKABBLI)

    Konklużjoni ta' massimu ta' ħames kuntratti ta' servizz speċifiċi skont il-kuntratt qafas bir-referenza SANCO/2009/A1/005 Lot 1 u Lot 2.

    Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku wieħed skont il-kuntratt qafas bir-referenza SANCO/2009/B1/010.

    L-istudju li ssemma fil-punt (f) se jitnieda wara li jkun hemm sejħa miftuħa għall-offerti.

    3.4.   Pubblikazzjonijiet u tixrid ta’ tagħrif biex jippromwovu kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija tas-Saħħa tal-Annimali

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Il-konklużjoni ta' mill-inqas 10 kuntratti ta' servizz speċifiċi permezz ta' kuntratt qafas.

    SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    (a)

    biex issir sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u tal-professjoni veterinarja, se jiġu organizzati konferenza kbira fi Brussell dwar “l-Ekonomija tas-Saħħa tal-Annimali” (EUR 100 000) u seminar wieħed għall-istudenti (EUR 75 000).

    (b)

    biex tiżdied il-viżibbiltà tar-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fis-saħħa, fit-trattament xieraq u fis-sikurezza tal-ikel tal-annimali permezz ta' tliet fieri ewlenin (EUR 525 000) u żewġ fieri iżgħar (EUR 250 000) u l-appoġġ tekniku għall-fieri (EUR 200 000): Roskilde Dyrskue, 8-10 ta' Ġunju 2012; Salone del Gusto, 25-29 ta' Ottubru 2012; Good Food Show, 28 ta' Novembru-2 ta' Diċembru 2012; International Green Week, 18-27 ta' Jannar 2013; Salon International de l'Agriculture 23 ta' Frar-3 ta' Marzu 2013. Il-mira tal-parteċipazzjoni f'dawn il-fieri hija li jintlaħqu madwar żewġ miljun ċittadini, bl-għan li dawn isiru jafu bil-valur miżjud u l-benefiċċji għall-ħajja ta' kuljum tal-politika tagħna.

    (c)

    biex tintwera ħarsa ġenerali lejn il-benefiċċji tal-qafas regolatorju modern għas-saħħa tal-annimali fl-UE permezz ta' sħubija mal-Euronews (EUR 270 000). Iċ-ċifra prevista hija marbuta mal-produzzjoni ta' vidjo informattiv twil 90 sekonda, u sussegwentement id-distribuzzjoni tiegħu permezz tal-Euronews, dwar l-importanza ta' din il-leġiżlazzjoni għas-sikurezza tal-katina alimentari, dwar is-sostenibbiltà tar-riżorsi tagħna, kif ukoll dwar it-tkabbir tal-iżjed settur ekonomiku Ewropew importanti: l-agrikultura.

    (d)

    il-produzzjoni ta' pubblikazzjoni u ta' materjal promozzjonali dwar is-saħħa tal-annimali u għall-aġġornament tal-websajt (EUR 175 000). Dawn il-pubblikazzjonijiet u materjali promozzjonali se jservu biex jirrinfurzaw il-messaġġi tagħna dwar il-benefiċċji tas-saħħa tal-annimali għaċ-ċittadini (billi huma marbutin mas-sikurezza tal-ikel, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ekonomija), u biex isostnu l-attivitajiet li jippromwovu dawn il-messaġġi f'livell lokali.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Tul l-2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 1 595 000

    KUNTRATT SPEĊIFIKU (FEJN APPLIKABBLI)

    Il-konklużjoni ta’ bejn wieħed u ieħor 10 kuntratti ta’ servizzi speċifiċi skont il-kuntratt qafas SANCO/2009/A1/005.

    3.5.   Prevalutazzjoni esterna tal-programmi għall-eradikazzjoni/għas-sorveljanza tal-2013

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 02 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Il-konklużjoni ta' mill-inqas 20 kuntratt ta' servizzi speċifiċi.

    IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    Skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE, il-Kummissjoni se tivvaluta l-programmi li tressqu għall-2013. Jistgħu jitressqu programmi għal ħdax-il marda. L-għan hu li jkun hemm prevalutazzjoni ta' dawn il-programmi minn żewġ assisstenti tekniċi għal kull marda.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Minn Mejju sa Lulju 2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 100 000

    KUNTRATT SPEĊIFIKU (FEJN APPLIKABBLI)

    Il-konklużjoni ta' mill-inqas 20 kuntratt ta' servizzi speċifiċi.


    ANNESS II

    Il-programm ta’ ħidma għall-2012 – Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    1.   Introduzzjoni

    Dan il-programm jinkludi tliet miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sena 2012. Abbażi tal-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar l-iffinanzjar mill-Unjoni ta' miżuri oħra meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-tqassim tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma kif ġej:

    Għall-akkwist:

    Studju li jinvestiga l-impatt ta' stipulazzjonijiet possibbli li jtejbu r-rinforzabbiltà dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel: EUR 125 000 (il-punt 2.1).

    Kontribuzzjoni lejn il-komunikazzjoni orizzontali marbuta mal-kontroll fuq l-ikel u l-għalf: EUR 52 650 (il-punt 2.2).

    Studju tal-fattibbiltà dwar l-identifikazzjoni, il-kwantifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju ta' riskji mill-produzzjoni sal-konsum. EUR 100 000 (il-punt 2.3).

    2.   Akkwisti

    L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti tal-akkwist fl-2012 jammonta għal EUR 277 650.

    2.1.   Studju li jinvestiga l-impatt ta' stipulazzjonijiet possibbli li jtejbu r-rinforzabbiltà dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel

    IL-BAŻI LEGALI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c).

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 07 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Kuntratt wieħed.

    IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    Studju li jinvestiga l-impatt ta' stipulazzjonijiet possibbli dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel biex itejbu r-rinforzabbiltà tar-rekwiżiti eżistenti dwar is-sikurezza ġenerali.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL-PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Ittra ta' stedina bit-TOR għandha tinbagħat sa Settembru 2012; l-iffirmar tal-kuntratt f'Novembru 2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 125 000.

    KUNTRATT SPEĊIFIKU

    Kuntratt ta' servizz qafas: valutazzjoni, valutazzjoni tal-impatt u servizzi relatati SANCO/2008/01/055.

    2.2.   Kontribuzzjoni orizzontali lejn il-komunikazzjoni marbuta mal-kontroll fuq l-ikel u l-għalf, b'mod partikolari għall-aġġornament tal-partijiet rilevanti tal-websajts, u t-tfassil u l-ħolqien ta' materjal awdjoviżiv u stampat

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 07 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Kuntratt ta' servizz differenti li juża għadd ta' kuntratti ta' qafas.

    IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    Kontribuzzjoni orizzontali lejn il-komunikazzjoni marbuta mal-kontroll fuq l-ikel u l-għalf, b'mod partikolari għall-aġġornament tal-partijiet rilevanti tal-websajts, u t-tfassil u l-ħolqien ta' materjal awdjoviżiv u stampat.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    Ċentralizzata diretta

    IL-PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Matul l-2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 52 650.

    KUNTRATT SPEĊIFIKU

    Għadd ta' kuntratti qafas.

    2.3.   Studju dwar l-identifikazzjoni, il-kwantifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju mill-produzzjoni sal-konsum.

    IL-BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    IL-LINJA BAĠITARJA

    17 04 07 01

    IN-NUMRU INDIKATTIV U T-TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI

    Kuntratt wieħed.

    IS-SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (FEJN POSSIBBLI)

    Studju dwar l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-riskji, b'mod partikolari riskji ekonomiċi u tas-suq, riskji ambjentali, riskji għas-saħħa u għall-benessri mill-produzzjoni sal-konsum; żvilupp u valutazzjoni ta' xenarji ta' sfidi fil-ġejjieni; definizzjoni ta' reazzjonijiet politiċi.

    IL-PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWISTI

    Waqt it-tielet kwart tal-2012.

    AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

    EUR 100 000

    KUNTRATT SPEĊIFIKU

    Il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz skont il-kuntratt qafas SANCO/2009/A1/005/Lot 2.


    ANNESS III

    Proġett bi prova ta' Netwerk Ewropew ikkoordinat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

    Introduzzjoni

    Dan il-proġett bi prova fih miżura ta' implimentazzjoni waħda għall-2012.

    Abbażi tal-għanijiet imsemmijin fil-proġett bi prova, l-allokazzjoni tal-baġit hija għal għotja biex jiġi stabbilit u jitħaddem netwerk ikkoordinat Ewropew (li se jiġi implimentat b'ġestjoni diretta ċċentralizzata) għat-trattament xieraq tal-annimali u qiegħda ffissata għal: EUR 1 000 000.

    Għotja biex jiġi stabbilit u jitħaddem Netwerk Ikkoordinat Ewropew għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

    IL-BAŻI LEGALI

    Proġett bi prova skont it-tifsira tal-Artikolu 49(6)(a) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

    LINJA BAĠITARJA

    17 04 01 02

    IL-PRIJORITAJIET TAS-SENA, L-GĦANIJIET LI GĦANDHOM JINTLAĦQU U R-RIŻULTATI MISTENNIJA

    Din l-azzjoni hija maħsuba biex tkopri l-istabbiliment ta' netwerk Ewropew ikkoordinat għat-trattament xieraq tal-annimali, kif mitlub bir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni u l-istima tal-Pjan ta' Azzjoni 2006-2010 dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali (PE 430.922 v02-00, A7-0053/2010). Hija għandha twettaq il-ħidmiet imsemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar għażliet għat-tikkettjar tat-trattament xieraq tal-annimali u l-istabbiliment ta' Netwerk Ewropew ta' Ċentri ta' Referenza għall-protezzjoni u t-trattament xieraq tal-annimali (COM(2009) 0584).

    DESKRIZZJONI U GĦANIJIET TAL-MIŻURA TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    L-għan Nru 1– Li jiġi stabbilit netwerk ta' riżorsi tekniċi, xjentifiċi u edukattivi (edukazzjoni vokazzjonali) dwar it-trattament xieraq tal-annimali, li jkun indipendenti minn interessi speċifiċi, u li jirrifletti d-diversità ġeografika u kulturali tal-Unjoni.

    L-għan Nru 2– Li tinġabar u tiġi analizzata, abbażi ta' eżempji speċifiċi, id-dejta eżistenti biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni kurrenti tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'partijiet diversi tal-UE biex ikun hemm punt ta' riferiment dwar l-effikaċja tal-azzjonijiet previsti.

    L-għan Nru 3– Abbażi ta' eżempji speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jiġu żviluppati u implimentati strateġiji msejsin fuq it-trasferiment ta' tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti u lill-partijiet interessati biex jittejjeb il-livell ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

    L-għan Nru 4– Li jiġu ssorveljati, irrappurtati u analizzati l-effetti tal-istrateġiji diversi ta' tagħrif implimentati mill-proġett ta' prova u li jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-fattibbiltà u l-kundizzjonijiet possibbli li taħthom l-Unjoni tkun tista' ssostni netwerk ta' ċentri ta' referenza għat-trattament xieraq tal-annimali.

    L-IMPLIMENTAZZJONI

    L-implimentazzjoni għandha titwettaq b'ġestjoni diretta ċentralizzata.

    SKEDA TA’ ŻMIEN U AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA/SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI/GĦOTJA DIRETTA

    Għandha tiġi ppubblikata fit-tieni kwart tal-2012 talba waħda għall-proposti ta' EUR 1 000 000.

    Il-proġett bi prova se jitwettaq fi żmien 12-il xahar mid-data tal-iffirmar tal-ftehim dwar l-għotja.

    RATA MASSIMA POSSIBBLI TA’ KOFINANZJAMENT

    Il-kofinanzjament massimu tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni se jvarjaw skont l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti l-benefiċjarji:

    Għall-benefiċjarji rreġistrati fi Stati Membri b'PDG per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' mhux aktar minn 50 % tal-PDG per capita tal-2010 tal-UE, ir-rata massima tal-kofinanzjament se tkun ta' 85 % (il-Bulgarija, ir-Rumanija).

    Għall-benefiċjarji rreġistrati fi Stati Membri b'PDG per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' aktar minn 50 % iżda mhux aktar minn 100 % tal-PDG tal-2010 tal-UE, ir-rata massima tal-kofinanzjament se tkun ta' 75 % (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġreċja, Ċipru, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja).

    Għall-benefiċjarji l-oħra tal-UE, ir-rata massima tal-kofinanzjament se tkun ta' 50 %.

    KRITERJI ESSENZJALI TAL-GĦAŻLA U TAL-GĦOTI

    Kriterji essenzjali għall-għażla:

    L-applikanti jrid ikollhom aċċess għal biżejjed sorsi ta' finanzjament u li dawn ikunu konkreti u, biex ikunu jistgħu jmantnu l-attivitajiet tul il-perjodu tal-proġett u biex jgħinu fil-finanzjament tal-proġett.

    L-applikanti għandu jkollhom il-ħiliet u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex iwettqu bis-sħiħ l-azzjoni proposta. Għandhom jagħtu prova tal-għarfien u l-esperjenza tagħhom fl-oqsma rilevanti u b'mod partikolari fir-riċerka applikata u/jew fl-edukazzjoni vokazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

    Kriterji essenzjali għall-għotja:

    Is-solidità tal-istrateġija (15 %)

    L-organizzazzjoni tax-xogħol u l-involviment tal-partijiet interessati (25 %)

    L-interess tal-proġett fil-livell Ewropew u l-effett multiplikattiv (30 %)

    L-effiċjenza u l-kost-effettività tal-proġett (30 %)

    IS-SURA TAL-IMPENN LEGALI

    Ftehim bil-miktub


    Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/21


    Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju għas-saħħa transkonfinali

    (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)

    2012/C 197/05

    I.   Daħla

    1.

    Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju għas-saħħa transkonfinali (“il-Proposta”) u fl-istess jum bagħtitha lill-KEPD għal konsultazzjoni. Fid-19 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill bagħat il-Proposta għal konsultazzjoni wkoll.

    2.

    Diġà qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD kellu l-opportunità li jipprovdi kummenti informali dwar abbozz tat-test. Il-KEPD jilqa’ din il-konsultazzjoni fi stadju bikri u bi pjaċir jinnota li xi wħud mill-kummenti tiegħu ġew ikkunsidrati.

    3.

    Il-Proposta għandha l-għan li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 li tistabbilixxi netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll tal-mard li jinxtered fil-Komunità (1), li hija l-bażi legali attwali (flimkien mad-Deċiżjoni implimentattiva tiegħu tal-Kummissjoni 2000/57/KE (2)) għas-Sistema ta’ Twissija fil-Pront u ta’ Reazzjoni Bikrija (“EWRS”). L-EWRS titħaddem miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“ECDC”) (3) f’isem il-Kummissjoni u tintuża mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għas-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll ta’ mard li jinxtered fil-livell Ewropew. L-EWRS intużat b’suċċess f’għadd ta’ sitwazzjonijiet bħas-SARS, l-influwenza tal-għasafar fil-bnedmin u mard ewlieni ieħor li jinxtered. Hija tikkostitwixxi għodda importanti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

    4.

    Il-Proposta għandha l-għan li żżid il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-theddid għas-saħħa transkonfinali. Fost oħrajn, il-Proposta twessa’ l-ambitu tal-EWRS eżistenti, li attwalment tkopri biss il-mard li jinxtered, għal tipi oħrajn ta’ theddid għas-saħħa transkonfinali, inklużi riskji ta’ oriġini bijoloġika, kimika, ambjentali jew mhux magħrufa li aktarx jinxterdu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

    5.

    L-EWRS innifisha kienet is-suġġett ta’ Opinjoni dwar verifika minn qabel tal- KEPD maħruġa fis-26 ta’ April 2010. (4) Fis-segwitu għal dik l-Opinjoni, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS tjiebu b’mod konsiderevoli. Fost oħrajn, fil-qafas tal-proċedura ta’ segwitu, ġiet adottata wkoll rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida għall-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS. (5)

    6.

    Din l-Opinjoni għandha tinqara fid-dawl tal-progress li diġà sar u fiha rakkomandazzjonijiet sabiex jittejjeb aktar il-livell tal-protezzjoni tad-dejta skont il-Proposta.

    7.

    Il-KEPD jilqa’ r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE fil-premessa 18 u fl-Artikolu 18 tal-Proposta u r-referenza għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Artikolu 18 issa tinkludi l-ipproċessar kollu tad-dejta personali taħt l-ambitu tal-Proposta. Huwa jilqa’ wkoll is-salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta għar-rintraċċar tal-kuntatt stabbiliti, jew li jeħtieġu li jkunu adottati mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18.

    8.

    Madankollu, l-elementi tal-Proposta li ġejjin għadhom jeħtieġu, jew ikun aħjar jekk ikollhom, kjarifika, aktar dettalji jew titjib ieħor mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta:

    ir-rintraċċar tal-kuntatt,

    is-sorveljanza ad hoc,

    ir-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur,

    il-perjodu taż-żamma, u

    il-miżuri ta’ sigurtà.

    9.

    Bħala rimarka preliminari, il-KEPD jinnota li diversi aspetti tal-Proposta mhumiex elaborati fit-test innifsu, iżda sejrin ikunu s-suġġett ta’ atti delegati u implimentattivi, bħal-lista ta’ mard li jinxtered li għalihom għandha tapplika l-Proposta (6) u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-EWRS. (7) Aspetti oħrajn sejrin ikunu ċċarati f’linji gwida u rakkomandazzjonijiet li sejrin jiġu adottati mill-Kummissjoni, bħal-linji gwida dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-EWRS. (8)

    10.

    L-atti ddelegati huma maħsuba biex jemendaw u jispeċifikaw ċerti aspetti mhux essenzjali ta’ atti legali (Artikolu 290 tat-TFUE), filwaqt li l-atti implimentattivi għandhom l-għan li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (Artikolu 291 tat-TFUE). Għalkemm id-dettalji jistgħu naturalment jiġu regolati f’atti ddelegati u implimentattivi, u dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali huma ċertament ta’ benefiċċju kbir, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta nnifisha tipprovdi wkoll aktar gwida dwar xi wħud mill-punti msemmija f’punt 8, kif ser ikun diskuss hawn taħt.

    II.   Konklużjoni

    34.

    B’mod ġenerali, il-KEPD jirrakkomanda li xi elementi essenzjali, inklużi ċerti salvagwardji essenzjali għall-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu nklużi wkoll fit-test tal-Proposta nnifisha. Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ xi kjarifiki minħabba t-twessigħ tal-ambitu tal-Proposta għal theddid għas-saħħa ieħor minbarra l-mard li jinxtered, li ma kienx soġġett għall-proċedura dwar verifika minn qabel u wkoll ma kienx diskuss fil-linji gwida.

    35.

    B’mod aktar partikolari, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta għandha:

    Tipprovdi definizzjoni aktar ċara ta’ rintraċċar tal-kuntatt, inklużi wkoll l-għanijiet u l-iskop tiegħu, li jistgħu jkunu differenti għall-mard li jinxtered u theddid għas-saħħa ieħor.

    Tiddefinixxi b’mod aktar ċar kif l-individwi użati għar-rintraċċar tal-kuntatt sejrin jiġu stabbiliti, liema sorsi jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu d-dettalji tal-kuntatt u kif dawn l-individwi sejrin jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom.

    Tinkludi kriterji li għandhom jintużaw fl-ivvalutar ta’ jekk il-miżuri ta’ rintraċċar tal-kuntatt humiex meħtieġa u proporzjonati.

    Tispeċifika mill-inqas il-kategoriji ewlenin ta’ dejta li għandha tiġi pproċessata għar-rintraċċar tal-kuntatt.

    Għas-sistema tas-sorveljanza ad hoc, tispeċifika t-tipi ta’ dejta li għandha tiġi pproċessata u tieħu miżuri għall-minimizzar tal-ipproċessar tad-dejta personali, pereżempju billi jintużaw tekniki ta’ anonimizzazzjoni xierqa u jiġi ristrett l-ipproċessar għal dejta aggregata safejn ikun possibbli.

    Tiċċara r-relazzjoni bejn netwerks ta’ sorveljanza ad hoc u l-EWRS.

    Tiċċara l-irwol tal-ECDC fin-netwerks ta’ sorveljanza ad hoc.

    Tiċċara l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta sabiex tinkiseb ċertezza legali dwar il-kwistjoni tal-kontroll.

    Tistabbilixxi perjodi ta’ żamma legalment vinkolanti mill-inqas għar-rintraċċar tal-kuntatt.

    Tinkludi referenza aktar speċifika fl-Artikolu 18 għar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta u l-kunfidenzjalità.

    (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.

    Giovanni BUTTARELLI

    Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


    (1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

    (2)  ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

    (3)  L-ECDC huwa stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

    (4)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-KEPD: http://www.KEPD.europa.eu/KEPDWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Supervision/Priorchecks/Opinions/2010/10-04-26_EWRS_EN.pdf

    (5)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 31.

    (6)  Artikolu 6(5)(a) tal-Proposta.

    (7)  Artikolu 8(2) tal-Proposta.

    (8)  Artikolu 18(6) tal-Proposta.


    INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/24


    Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

    2012/C 197/06

    F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

    Data u ħin tal-għeluq

    13.5.2012

    Tul ta' żmien

    13.5.2012-31.12.2012

    Stat Membru

    Il-Portugall

    Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

    BUM/ATLANT

    Speċi

    Marlin blu (Makaira nigricans)

    Żona

    L-Oċean Atlantiku

    Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

    Numru ta’ referenza

    575665


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


    INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

    Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/25


    Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rigward għajnuna potenzjali mogħtija lil Oslo Sporveier u AS Sporveisbussene fin-Norveġja

    2012/C 197/07

    Permezz tad-Deċiżjoni Nru 123/12/COL tat-28 ta’ Marzu 2012, riprodotta fil-lingwa awtentika fil-paġni li jsegwu dan is-sommarju, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja. L-awtoritajiet Norveġiżi ġew infurmati permezz ta’ kopja tad-deċiżjoni.

    Permezz ta’ din in-notifika l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tavża lill-Istati tal-EFTA, lill-Istati Membri tal-UE u lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni lil:

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

    Reġistru

    Rue Belliard/Belliardstraat 35

    1040 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Il-kummenti se jkunu kkomunikati lill-awtoritajiet Norveġiżi. L-identità tal-parti interessata li tissottometti l-kummenti tista’ tinżamm mistura wara talba bil-miktub li tiddikjara r-raġunijiet għat-talba.

    SOMMARJU

    L-Isfond

    Fin-Norveġja, is-settur tat-trasport bil-karozzi tal-linja lokali huwa rregolat mill-Att tat-Trasport Kummerċjali tal-2002 (is-“CTA”) u r-Regolament dwar it-Trasport Kummerċjali tal-2003 (is-“CTR”). Kemm is-CTA kif ukoll is-CTR ħassru leġiżlazzjoni preċedenti li kienet sostanzjalment simili. Dan il-qafas leġiżlattiv jipprovdi fost l-oħrajn għal sistema ta’ konċessjonijiet li huma neċessarji għal impriżi biex isiru eliġibbli biex jiġu fdati bit-twettiq ta’ servizzi tal-karozzi tal-linja pubbliċi, u tikkonferixxi fuq il-kontej, bħall-Muniċipalità ta' Oslo, ir-responsabbiltà li tagħti kumpens lill-impriżi li joperaw rotot li ma jrendux. Tali kumpens jista' jingħata biex tiġi koperta d-differenza bejn id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti u l-ispejjeż tal-operar tas-servizz.

    F’Oslo, sa minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE, kien jingħata kumpens annwali lill-konċessjonarji għal rotot li ma jrendux skont il-proċedura tal-baġit tal-belt. Il-kumpens kien jitħallas permezz ta' somma f’daqqa annwali, li kienet ibbażata fuq l-ispejjeż imġarrba fis-snin preċedenti, billi jittieħed kont ta’ firxa ta' fatturi ta' korrezzjoni. Sa mill-2008 il-kuntratti kollha għal servizzi tal-karozzi tal-linja skedati ġew mogħtija lill-impriżi wara sejħa pubblika għall-offerti. Minn dak iż-żmien ’il quddiem l-ebda kumpens kif deskritt hawn fuq ma ġie mogħti lil AS Oslo Sporveier għal servizzi tal-karozzi tal-linja skedati.

    AS Oslo Sporveier u aktar tard is-sussidjarja tagħha, AS Sporveisbussene, ġew fdati bil-provvediment ta’ servizzi tal-karozzi tal-linja skedati f’Oslo skond id-dispożizzjonijiet deskritti fil-qosor hawn fuq minn ħafna qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE sal-2008.

    AS Oslo Sporveier għaddiet minn bosta riorganizzazzjonijiet mill-1994. Pereżempju l-operazzjoni tas-servizzi tal-karozzi tal-linja kollha, inklużi s-servizzi tal-karozzi turistiċi kummerċjali kollha apparti s-servizzi tal-karozzi tal-linja skedati f’Oslo, ingħatat lis-sussidjarja tagħha AS Sporveisbussene fl-1997. Bħala riżultat ta’ dan, AS Oslo Sporveier u AS Sporveisbussene daħlu f’hekk imsejjaħ Ftehim dwar it-Trasport sabiex AS Sporveisbussene tkun tista’ ssir ir-riċevitur effettiv tal-kumpens annwali. Taħt dan il-Ftehim dwar it-Trasport, il-kumpens għas-servizz tal-karozzi tal-linja skedati tħallas skont id-dispożizzjonijiet deskritti hawn fuq. L-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li matul il-perjodu kollu investigat – mill-1994 sal-2008 – inżammu kontijiet separati għall-attivitajiet ta’ servizzi kummerċjali u pubbliċi fil-grupp Oslo Sporveier, u li l-attivitajiet kummerċjali kienu dejjem iċċarġjati prezzijiet tas-suq għal servizzi li rċevew minn attivitajiet ta’ servizzi pubbliċi.

    Fl-2004, il-Muniċipalità ta’ Oslo – li dak iż-żmien kienet azzjonista ta’ 98,8 % minn Oslo Sporveier – injettat NOK 111 760 000 ta' kapital biex tkopri n-nuqqas ta' fondi fil-fondi tal-pensjonijiet ta’ AS Sporveisbussene. In-nuqqas ta' fondi kien akkumula fil-perjodu ta’ qabel l-1997, u kien relatat mal-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet għall-impjegati kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll fid-diviżjoni tal-karozzi turistiċi ta’ AS Oslo Sporveier. AS Oslo Sporveier kienu obbligati jirrimedjaw għan-nuqqas ta' fondi. L-injezzjoni tal-kapital intgħażlet mill-Muniċipalità ta’ Oslo, fil-kapaċità tagħha bħala s-sid, bħala l-orħos mezz biex tagħmel dan.

    Valutazzjoni tal-miżura

    Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat

    L-Awtorità tikkunsidra li kemm l-injezzjoni tal-kapital kif ukoll il-pagamenti ta' kumpens annwali jinvolvu l-għajnuna mill-Istat.

    Fir-rigward tal-injezzjoni tal-kapital biex tkopri n-nuqqas ta' fondi tal-kontijiet tal-pensjonijiet tal-attività kummerċjali, l-Awtorità bħalissa mhijiex kapaċi teskludi li din tagħti vantaġġ ekonomiku lil AS Oslo Sporveier, peress li l-ebda informazzjoni ma ġiet sottomessa li turi li din ingħatat f’konformità mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq.

    Barra minn hekk, l-Awtorità hi tal-fehma preliminari li kemm il-kumpens annwali kif ukoll l-injezzjoni tal-kapital biex tkopri n-nuqqas ta' fondi li jirrigwardaw kontijiet għall-pensjonijiet tas-servizz pubbliku (li huma marbuta ma’ spejjeż li jistgħu jiffurmaw ukoll il-bażi għal kumpens annwali) ma ġewx determinati permezz ta' proċedura tal-akkwist pubbliku u mhumiex simili għall-ispiża li impriża, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat, kien ikollha tagħmel. Għalhekk, ir-raba' kriterju tal-ġurisprudenza Altmark mhuwiex sodisfatt u għalhekk iż-żewġ miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE.

    In-natura tal-għajnuna

    F'dan l-istadju, l-Awtorità mhijiex kapaċi tikkonkludi jekk l-għajnuna kenitx mogħtija taħt skema ta’ għajnuna eżistenti, li kienet tkun ibbażata fuq is-CTA u s-CTR kif applikati f’Oslo minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE. Għandu jiġi nnutat li ma ngħatat l-ebda għajnuna ulterjuri skont id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq mill-2008. Jekk nassumu li hemm skema ta’ għajnuna eżistenti fis-seħħ mill-1994, l-Awtorità bħalissa mhijiex kapaċi tiddeskrivi l-iskema eżatt, u jekk l-għajnuna kollha mogħtija kenitx ibbażata fuq dik l-iskema. Barra minn hekk, mhijiex kapaċi teskludi li l-miżuri jinvolvu, għallinqas sa ċertu punt, partikolarment fir-rigward tal-kopertura tal-obligazzjonijiet tal-pensjonijiet relatati mal-attivitajiet kummerċjali, għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli.

    Kompatibbiltà tal-għajnuna

    F’dan l-istadju l-Awtorità jidhrilha li l-pagamenti li saru sal-konċessjoni mogħtija direttament kienu spiċċaw sal-2008, u l-injezzjoni tal-kapital tal-2004 sabiex tpatti għan-nuqqas ta' fondi fil-fond tal-pensjonijiet setgħet, għallinqas fil-parti l-kbira tagħha, tkun kumpens kompatibbli għas-servizz pubbliku taħt l-Artikolu 49 taż-ŻEE. Il-valutazzjoni ta’ kompatibbiltà fid-deċiżjoni finali għalhekk tiffoka partikolarment fuq jekk kienx hemm kumpens żejjed. Barra minn hekk, l-għajnuna tista’, għall-inqas parzjalment, tkun kompatibbli taħt l-Artikolu 61(3)(c).

    Konklużjoni

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim ŻEE. Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    V Avviżi

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

    L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/28


    AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

    2012/C 197/08

    L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali:

    INTERPRETI TAL-KONFERENZI

    Tal-lingwa Daniża (DA)

    :

    EPSO/AD/236/12 (gradi AD 5 u AD 7)

    Tal-lingwa Ġermaniża (DE)

    :

    EPSO/AD/237/12 (gradi AD 5 u AD 7)

    Tal-lingwa Ingliża (EN)

    :

    EPSO/AD/238/12 (grad AD 7)

    Għal-lingwa Slovakka (SK)

    :

    EPSO/AD/239/12 (gradi AD 5 u AD 7)

    L-avviżi tal-kompetizzjonijiet huma ppubblikati esklussivament bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bis-Slovakk fil-Ġurnal Uffiċjali C 197 A tal-5 ta' Lulju 2012.

    Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-websajt tal-EPSO http://www.eu-careers.info


    ATTI OĦRAJN

    Il-Kummissjoni Ewropea

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/29


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    2012/C 197/09

    Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għad-domanda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

    DOKUMENT UNIKU

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    AGNELLO DEL CENTRO ITALIA

    KE Nru: IT-PGI-0005-0808-18.05.2010

    IĠP ( X ) DPO ( )

    1.   Isem:

    “Agnello del Centro Italia”

    2.   Stat Membru jew Pajjiż terz:

    L-Italja

    3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

    3.1.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.1.

    Laħam frisk (u l-ġewwieni tal-annimali)

    3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fl-punt 1:

    L-Agnello del Centro Italia jirriżulta mill-maċell tal-ħrief, li jkunu iżgħar minn 12-il xahar, u li jkunu ġejjin mir-razez lokali u t-taħliet bejniethom, li ġejjin: Appenninica, Bergamasca, Biellese, Fabrianese, Merinizzata Italiana, Pomarancina, Sopravissana, Zerasca; Comisana, Cornella Bianca, Cornigliese (Corniglio), Garfagnina Bianca, Gentile di Puglia, Massese, Pagliarola, Pecora delle Langhe. Il-karkassi jinqasmu fi tliet tipi, kkarratterizzati kif ġej: Ħaruf ħafif, li jiżen bejn it-8,01u t-13,0 kg; l-ammont ta' xaħam ikun fl-ambitu tal-klassi 1; 2; 3 kif hemm spjegat fit-“Tabella Komunitarja tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief ħfief”. Ħaruf tqil, li jiżen daqs jew iżjed minn 13,01 kg; f’konformità mal-ambitu tal-klassi: U; R; O; l-ammont ta' xaħam ikun fl-ambitu tal-klassi: 2; 3; 4 kif hemm spjegat fit-“Tabella Komunitarja tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ovini”. Ħaruf kastrat, li jiżen daqs jew iżjed minn 20,0 kg; f’konformità mal-ambitu tal-klassi: E; U; R; l-ammont ta' xaħam ikun fl-ambitu tal-klassi: 2; 3; 4; kif hemm spjegat fit-“Tabella Komunitarja tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ovini”.

    Il-pH tal-laħam titkejjel fuq il-musklu Longissimus toraci u jkollha valur ta' bejn 6,15 u 6,80 jekk tittieħed wara li jitlestew il-proċeduri kollha tal-maċell u qabel mal-karkassi jiddaħħlu fil-friġġ; jew bejn il-5,15 u 5,80 jekk tittieħed bejn 24 u 30 siegħa wara l-maċell.

    3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

    3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

    Il-ħrief jistgħu jieħdu biss ħalib tal-omm sal-ftim. Wara, il-bażi alimentari tkun magħmula minn għalf prodott minn elementi naturali tal-pjanura, tal-mergħa, ħaxix u/jew grani, kollha kemm huma ġejjin miż-żona ġeografika. Jistgħu jieħdu integraturi minerali u/jew bil-vitamini, tal-għalf sa kwantità massima ta’ 0.4 kg kuljum għal kull ħaruf.

    3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

    Il-ħrief jitwieldu u jitrabbew fl-istess azjendi agrikoli li jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni li hija deskritta fil-punt li jmiss nru 4.

    3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.:

    3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

    Il-laħam tal-Agnello del Centro Italia jrid ikollu t-tikketta fuqu u jkollu miegħu l-informazzjoni li ġejja: il-logo tal-Agnello del Centro Italia; it-tip tal-prodott (Ħafif – Tqil – Kastrat); is-simbolu grafiku tal-UE.

    Image

    4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

    Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-Agnello del Centro Italia tinkludi t-territorji tar-reġjuni li ġejjin; Abruzzo, Lazio, Marche, Toscana, Umbria; Emilia-Romagna limitata għat-territorji interni tal-provinċja ta’ Bologna, Rimini, Forlì-Cesena, Ravenna u, parzjalment, it-territorji tal-provinċja ta’ Modena, Reggio nell’Emilia u Parma, delimitati matul l-awtostrada A1 Bologna-Milano li tibda mill-konfini tal-provinċja ta’ Bologna – fejn taqsam l-awtostrada A16 Parma-La Spezia u sal-konfini mar-reġjun ta’ Toscana – Passo della Cisa.

    5.   Rabta maż-żona ġeografika:

    5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

    Iż-żona ġeografika tinsab fuq tliet livelli ta’ għoli: il-muntanji tal-Apennini li jikkostitwixxu l-assi ċentrali, fejn hemm prevalenza ta' ġir; l-għoljiet li huma prinċipalment taflin; u finalment il-pjanuri f’qiegħ il-wied li huma magħmula minn ħamrija alluvjonali.

    Il-varjazzjoni ambjentali tikkondizzjona b’mod kwantitattiv u kwalitattiv il-produzzjoni veġetali u, minn qiegħ il-wied sal-ogħla punt, wieħed jista’ josserva kambjament progressiv fil-perċentwal tal-kompożizzjoni tar-riżorsi tal-mergħa.

    B’hekk il-porzjon alimentari tal-ovini jinkludi mergħa u mergħa miżrugħa li huma prinċipalment magħmula minn grani tal-għalf u legumi.

    It-trobbija tal-ovini hija perfettament adattata għall-partikolaritajiet u l-karatteristiċi ġeografiċi u klimatiċi diffiċli taż-żona tal-Italja ċentrali, u l-prattika tat-transumanza (iċ-ċaqliq tal-għanem minn staġun għall-ieħor), kemm orizzontali iżda fuq kollox vertikali, kemm fuq skala żgħira iżda wkoll fuq skala kbira ipprattikata mir-raħħala tal-imgħoddi biex wettqu l-integrazzjoni fost ir-riżorsi tal-għalf ta’ żoni diversi, fejn ittrasferixxwew il-merħliet fuq il-pjanuri tal-mergħa u sal-baħar matul ix-xitwa, u bil-kontra, fuq il-pjanura tal-Apennini matul il-perjodu tar-rebbiegħa u s-sajf. Dawn il-prattiċi jirrapreżentaw każ eżemplari ta’ integrazzjoni ekoloġika bejn sistemi lokali tal-produzzjoni u r-riżorsi disponibbli fl-ispazju ġeografiku ta’ referenza u jistgħu jiġu interpretati wkoll bħala mezz tal-awtorganizzazzjoni tal-impriżi tat-trobbija tal-merħliet biex jissuperaw mhux biss l-avversitajiet klimatiċi imma wkoll l-iżbilanċ li jeżisti bejn il-bżonnijiet alimentari tal-ovini u d-disponibbiltà tal-għalf.

    5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

    Il-karatteristiċi tal-laħam tal-Agnello del Centro Italia jirreferu għar-rabta li teżisti bejn kemm il-ħrief jikbru maljar u r-rendiment tagħhom.

    L-iżvilupp kmieni tad-dgħif irendi bilanċ tajjeb bejn il-laħam u l-għadam matul il-maċell, element li kumplessivament huwa vantaġġuż mil-lat kummerċjali. Fil-fatt għandu l-aħjar rendiment meta mqabbel ma’ laħam ieħor tal-ovini, b'mod partikolari ma' dawk li jipproduċu l-ħalib u li huma preżenti fis-suq lokali, fattur li jagħmluh apprezzat kemm mill-konsumatur kif ukoll mill-operaturi kummerċjali.

    5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

    Il-prodott jinkiseb minn laħam li ġej mir-razza pura jew taħliet bejn ir-razez li trabbew fiż-żona tal-produzzjoni fejn uħud jieħdu isimhom miż-żoni ġeografiċi fejn urew l-aħjar adattament għall-ambjent u l-prestazzjoni produttiva. Din ir-rabta profonda bejn l-ambjent u l-patrimonju ġenetiku, li ġej minn razza magħrufa b’mod ġenerali bħala “Appenninica” u użata fil-produzzjoni tal-laħam tal-Agnello del Centro Italia, rendiet l-aħjar vantaġġ biex dawn l-ovini kibru aktar malajr meta mqabbla ma’ razez/tipi ġenetiċi oħrajn mrobbija fiż-żona.

    Minbarra dan, huma l-ismijiet tal-istess razez ovini li jagħtu xiehda tar-rabta tagħhom maż-żona ġeografika. Fil-fatt, it-taħlit kontinwu bejn ir-razez, l-ibridazzjoni u l-għażla tal-popolazzjoni ovina tal-Italja Ċentrali ġġeneraw tipi li adattaw perfettament għall-karatteristiċi reali taż-żona, tant li ħadu l-isem tal-muniċipalitajiet fejn kisbu l-punt tal-aħjar rendiment produttiv: il-Fabrianese minn Fabriano; il-Pomarancina minn Pomarance; is-Sopravissana minn Visso li nfirxet madwar ir-reġjun tal-Marche fil-bidu tas-seklu għoxrin (’900) u minn dan ir-reġjun sal-Umbria, sal-Agro Romano, il-parti tal-Maremma li tinsab bejn it-Toscana u Lazio, u sal-Abruzzo, fejn il-prattika tat-transumanza saret il-protagonista tal-ispostamenti staġonali l-kbar. Ir-razza Massese, li orġinat minn Valle del Forno fil-provinċja ta’ Massa Carrara; il-popolazzjoni ta’ Garfagnina Bianca, li nfirxet fil-Valle del Serchio fil-Garfagnana u fil-Val di Magra (Lunigiana u ż-żona ta’ Pontremoli); u ż-Zerasca f’Lunigiana, fit-territorju ta’ Zeri, fil-provinċja ta’ Massa-Carrara.

    Ir-reputazzjoni tal-Agnello del Centro Italia, għalhekk, tirriżulta mis-sintesi kwalitattiva li saret fuq ir-razez storikament preżenti fiż-żona, li l-valur produttiv tagħhom ikompli jiżdied minħabba alimentazzjoni ta' kwalità tajba, li nkisbet permezz ta’ sistema ta’ trobbija tal-merħliet li, minħabba l-fatt li jgħaddu mill-inqas 8 xhur fis-sena barra, għandhom il-possibbiltà li jagħmlu użu kbir mill-mergħat li fihom jikber ukoll għalf veġetali endemiku. Ir-reputazzjoni tirriżulta wkoll mill-kapaċitajiet amministrattivi ta' dawk li jrabbuhom u mill-monitoraġġ tagħhom biex itejbu l-kwalità u l-produttività.

    L-Agnello del Centro Italia jgawdi minn reputazzjoni li ilha stabbilita sa mill-1961 minħabba dokument li ġie ppubblikat f'Settembru ta' dik is-sena mill-Associazione Nazionale della Pastorizia, fil-kuntest tar-Rassegna Interregionale ovina li sseħħ f'Castelluccio di Norcia (Perugia), fejn ġie ddikjarat li “l-għan huwa t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għejxien fiż-żoni muntanjużi li joħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp tal-merħla u b’mod partikolari tal-Agnello del Centro Italia.”

    Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

    (L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    Qed jiġi kkomunikat ukoll li din l-Amministrazzjoni nediet il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Agnello de Centro Italia” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 66 tal-20 ta’Marzu 2010.

    It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

    Jew

    billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it ) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Rettifika

    5.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/33


    Rettifika għan-notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' interessi ta' rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta' referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Lulju 2008

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 166 tal-1 ta’ Lulju 2008 )

    2012/C 197/10

    F’paġna 2 għandu jiżdied it-test li ġej:

    Notifika tal-Kummissjoni — Rati tal-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' Għajnuna mill-istat għall-perjodu bejn l-14 ta' April 2008 u t-30 ta' Ġunju 2008

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 emenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 fost l-oħrajn f'dak li jikkonċerna l-metodu tal-iffissar tar-rati tal-imgħax applikabbli għall-irkupru. Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif ġie mmodifikat permezz tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 271/2008, ‘din ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata billi jiġu miżjuda 100 punt bażi mar-rata tas-suq tal-flus għal sena’. Ir-Regolament (KE) Nru 271/2008 ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 82 tal-25 ta' Marzu 2008. Skont l-Artikolu 2 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 271/2008 jidħol fis-seħħ 20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali, jiġifieri fil-14 ta' April 2008.

    F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (dispożizzjoni li ma ġietx immodifikata bir-Regolament (KE) Nru 271/2008), il-Kummissjoni tippubblika ‘r-rati ta’ mgħax ta’ rkupru kurrenti relevanti u storiċi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għall-informazzjoni fuq l-Internet’. Ir-rati tal-imgħax fuq l-irkupru applikabbli abbażi tar-Regolament (KE) Nru 271/2008 għall-perjodu bejn il-14 ta' April u t-30 ta' Ġunju 2008 għadhom ma ġewx ippubblikati. Sabiex is-serje tad-dejta dwar ir-rati tal-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' għajnuna mill-Istat tiġi ffinalizzata, u sabiex ir-rati ppubblikati jinġiebu konformi mal-metodu u d-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 271/2008, it-tabella li ġejja qiegħda tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Dan it-tibdil tar-rati ser ikun applikabbli mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Notifika tal-Kummissjoni — Rati tal-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' Għajnuna mill-istat għall-perjodu bejn l-14 ta' April 2008 u t-30 ta' Ġunju 2008

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk ma jiġix speċifikat mod ieħor f'deċiżjoni speċifika, ir-rata tal-irkupru għandha tkun ikkalulata wkoll billi jiżdiedu 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

    Minn

    Sa

    AT

    BE

    BG

    CY

    CZ

    DE

    DK

    EE

    EL

    ES

    FI

    FR

    HU

    IE

    IT

    LT

    LU

    LV

    MT

    NL

    PL

    PT

    RO

    SE

    SI

    SK

    UK

    1.6.2008

    30.6.2008

    4,55

    4,55

    6,58

    4,55

    4,23

    4,55

    4,75

    6,96

    4,55

    4,55

    4,55

    4,55

    7,64

    4,55

    4,55

    6,73

    4,55

    11,09

    4,55

    4,55

    6,14

    4,55

    11,02

    4,66

    4,55

    4,39

    5,60

    14.4.2008

    31.5.2008

    4,55

    4,55

    6,58

    4,55

    4,23

    4,55

    4,75

    6,96

    4,55

    4,55

    4,55

    4,55

    7,64

    4,55

    4,55

    6,73

    4,55

    11,09

    4,55

    4,55

    6,14

    4,55

    9,25

    4,66

    4,55

    4,39

    5,60


    Top