This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Protection of calves intended for slaughter
Il-protezzjoni tal-għoġġiela maħsubin għall-iskarnar
Il-protezzjoni tal-għoġġiela maħsubin għall-iskarnar
Il-protezzjoni tal-għoġġiela maħsubin għall-iskarnar
SOMMARJU TA’:
Id-Direttiva 2008/119/KE — standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?
Hi tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela miżmuma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.
PUNTI EWLENIN
Imqajel fi gruppi jew individwali
Piż tal-annimal f’Kg |
Erja f’m2 |
‹ 150 |
1.5 |
‹ 220 |
1.7 |
› 220 |
1.8 |
Saħħa
Dieta
Monitoraġġ tal-annimali
L-għoġġiela li jinżammu ġewwa għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas darbtejn kuljum u t-tagħmir mekkaniku mill-inqas darba kuljum. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, għandhom jiġu installati sistema ta’ alarm (ittestjata regolarment) u sistema supplimentari ta’ ventilazzjoni.
Livelli tad-dawl
L-għoġġiela għandhom jinżammu f’kondizzjonijiet ta’ dawl naturali jew artifiċjali (ekwivalenti għall-perjodu tad-dawl naturali bejn id-9 a.m. u l-5 p.m.).
Spezzjonijiet
Importazzjonijiet
Sabiex ikunu jistgħu jiġu importati minn pajjiżi mhux tal-UE, huwa meħtieġ ċertifikat li jiddikjara li huma rċevew trattament ekwivalenti għal dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-UE.
Regoli speċifiċi
Il-pajjiżi tal-UE, ġewwa t-territorji tagħhom, jistgħu japplikaw regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. F’dan il-każ, huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-quddiem b’dawn il-miżuri.
Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali
Ir-Regolament (UE) 2017/625, il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali tal-ikel uman u tal-għalf tal-annimali, jemenda ċerti dettalji tekniċi minuri tad-Direttiva. Dawn il-bidliet ser japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019.
META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?
Hija bdiet tapplika mill-4 ta’ Frar 2009. Id-Direttiva tikkodifika u tħassar il-leġiżlazzjoni preċedenti (Id-Direttiva 91/629/KEE) li kellha tiġi inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1994.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, pp. 7-13)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, pp. 1-44)
l-aħħar aġġornament 27.09.2017