Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-reġistrazzjoni tal-persuni abbord il-vapuri tal-passiġġieri

Ir-reġistrazzjoni tal-persuni abbord il-vapuri tal-passiġġieri

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-UE

Id-Direttiva (UE) 2017/2109 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni abbord il-vapuri tal-passiġġieri

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

L-għadd tal-persuni abbord

  • Il-persuni kollha abbord kwalunkwe vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab f’pajjiż tal-UE għandhom jingħaddu qabel it-tluq ta’ dak il-vapur.
  • Qabel it-tluq tal-vapur tal-passiġġieri, l-għadd ta’ persuni abbord għandu jiġi kkomunikat lill-kaptan tal-vapur u lir-reġistratur tal-passiġġieri tal-kumpanija, jew lil sistema ta’ kumpanija bbażata fuq l-art li taqdi l-istess rwol.
  • Il-kaptan tal-vapur għandu jiżgura li l-għadd ta’ persuni abbord ma jkunx aktar minn dak li huwa permess li jġorr il-vapur tal-passiġġieri.
  • Ir-regoli fid-Direttiva 98/41/KE rigward l-għadd u r-reġistrazzjoni tal-individwi kollha abbord qabel it-tluq mill-portijiet tal-UE ġew emendati f’Diċembru 2017 biex jiġu introdotti t-trażmissjoni elettronika u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-persuni abbord.
  • Id-Direttiva (UE) 2017/2109 temenda d-Direttivi 98/41/KE u 2010/65/UE u tintroduċi regoli ġodda li għandhom l-għan li jiddiġitalizzaw ir-reġistrazzjoni tal-passiġġieri tal-vapuri.
    • L-għan tagħha huwa li tiżgura d-disponibbiltà immedjata tal-għadd preċiż ta’ passiġġieri u informazzjoni oħra għall-użu tas-servizzi ta’ tiftix u salvataġġ f’każ ta’ aċċident.
    • Skont ir-rekwiżiti l-ġodda, l-għadd ta’ persuni abbord għandu jkun ikkomunikat jew permezz ta’ national single windows jew, jekk pajjiż tal-UE jagħżel hekk, lill-awtorità nnominata permezz tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika* qabel it-tluq tal-vapur.
    • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jipposponu l-implimentazzjoni tar-rappurtar elettroniku sal-21 ta’ Diċembru 2023.

Informazzjoni dwar il-persuni abbord

  • Meta bastiment tal-passiġġieri jitlaq minn port tal-UE għal vjaġġ ta’ aktar minn 20 mil nawtiku (il-pajjiżi tal-UE jistgħu jnaqqsu dan il-limitu), l-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar u tiġi rreġistrata:
    • l-isem u l-kunjom;
    • in-nazzjonalità;
    • il-ġeneru;
    • id-data tat-tweilid;
    • kwalunkwe rekwiżit għal għajnuna speċjali (meta din l-informazzjoni tkun ingħatat b’mod volontarju mill-passiġġier); u
    • n-numru ta’ kuntatt (jekk il-pajjiż tal-UE jagħżel hekk u meta din l-informazzjoni tingħata b’mod volontarju mill-passiġġier).
  • Din l-informazzjoni għandha tkun irreġistrata fi żmien 15-il minuta wara t-tluq tal-vapur.
  • L-għadd u r-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-persuni abbord huma meħtieġa wkoll fir-rigward tal-bastimenti li jitilqu minn port li jinsab barra l-UE iżda li ser jidħlu f’port tal-UE, kemm jekk il-bastimenti jtajru l-bandiera ta’ pajjiż tal-UE kif ukoll jekk le.

Eżenzjonijiet jew derogi

  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħtu ċerti eżenzjonijiet jew jitolbu derogi dwar l-għadd u r-reġistrazzjoni tal-passiġġieri għal vapuri sakemm:
    • Eżenzjoni mill-Art. 4.2: ma jkunux inġenju tal-baħar ta’ veloċità kbira, joperaw servizzi regolari ta’ inqas minn siegħa bejn sejħiet tal-port esklussivament fiż-żona tal-baħar D (skont id-Direttiva 2009/45/KE — l-Artikolu 4) u l-prossimità tal-faċilitajiet ta’ tiftix u salvataġġ tkun żgurata f’dik iż-żona tal-baħar;
    • Eżenzjoni mill-Art. 5: ikunu qed ibaħħru bejn żewġ portijiet jew minn u lejn l-istess port mingħajr sejħiet intermedji, joperaw esklussivament fiż-żona tal-baħar D u l-prossimità tal-faċilitajiet ta’ tiftix u salvataġġ tkun żgurata f’dik iż-żona tal-baħar;
    • Deroga: joperaw servizzi regolari f’żona fejn il-probabbiltà ta’ mewġ li jaqbeż iż-2 metri tkun ta’ inqas minn 10 % u — jew il-vjaġġ sħiħ ikun ta’ inqas minn 30 mil mill-post tat-tluq — jew inkella jkun jeżisti obbligu ta’ servizz pubbliku għall-komunitajiet imbiegħda.
  • Il-Ġermanja tista’ testendi l-perjodi għall-ġbir u r-rappurtar ta’ informazzjoni għal siegħa wara t-tluq fil-każ ta’ vapuri tal-passiġġieri li joperaw minn u lejn il-Gżira ta’ Heligoland; u
  • d-Danimarka u l-Iżvezja jistgħu jestendu l-perjodi għall-ġbir u r-rappurtar ta’ informazzjoni għal siegħa wara t-tluq fil-każ ta’ vapuri tal-passiġġieri li joperaw minn u lejn il-Gżira ta’ Bornholm.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 98/41/KE oriġinali ilha tapplika mit-22 ta’ Lulju 1998 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 1999. Ir-regoli dwar “Informazzjoni addizzjonali dwar il-persuni abbord” (l-Artikolu 5) kellhom jiġu applikati mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2000.

Ir-regoli l-ġodda dwar ir-rappurtar elettroniku, introdotti mid-Direttiva (UE) 2017/2109, japplikaw mill-21 ta’ Diċembru 2019, sakemm pajjiż tal-UE ma ddeċidiex li jagħmel użu minn perjodu tranżitorju.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS): sistema ta’ xandir marittimu, ibbażata fuq it-trażmissjoni ta’ sinjali tar-radju ta’ frekwenza għolja ħafna. Il-vapuri jibgħatu rapporti bl-identifikazzjoni, il-pożizzjoni, u r-rotta tal-vapur, kif ukoll informazzjoni dwar il-merkanzija. Fl-Ewropa, l-iskambju ta’ messaġġi AIS isir permezz tas-sistema SafeSeaNet.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, pp. 35-39)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 98/41/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva (UE) 2017/2109 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri (ĠU L 315, 30.11.2017, pp. 52-60)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2017/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 315, 30.11.2017, pp. 40-51)

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, pp. 1-10)

Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, pp. 61-77)

Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 163, 25.6.2009, pp. 1–140).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 28.05.2019

Top