EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01998L0041-20081211

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/41/2008-12-11

1998L0041 — MT — 11.12.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/41/KE

tat-18 ta' Ġunju 1998

dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

(ĠU L 188, 2.7.1998, p.35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

EIROPAS PARLAMENTA UN PADOMES DIREKTĪVA 2002/84/EK Dokuments attiecas uz EEZ (2002. gada 5. novembris),

  L 324

53

29.11.2002

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008




▼B

PADOMES DIREKTĪVA 98/41/EK

(1998. gada 18. jūnijs)

par to personu reģistrāciju, kas atrodas uz pasažieru kuģiem, kuri kursē uz Kopienas dalībvalstu ostām vai no tām



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Waqt li jaġixxi b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),

(1)

Billi fil-qafas tal-politika komuni dwar it-trasport għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri sabiex itejbu s-sigurtà fit-trasport marittimu.

(2)

Billi l-Komunità tinsab serjament inkwetata minn inċidenti marittimi li jinvolu vapuri tal-passiġġieri li rriżultaw f'telf kbir ta' ħajja, partikolarment dawk li jinvolvu il-Herald of Free Enterprise u l-Estonia; billi persuni li jużaw vapuri tal-passiġġieri u bċejjeċ tal-baħar għall-passiġġieri b'veloċità għolja matul il-Komunità kollha għandhom id-dritt li jippretendu u li jkunu jistgħu jistrieħu fuq livell xieraq ta' sigurtà u sistema ta' informazzjoni adekwata li għandha tiffaċilita t-tfittix u s-salvataġġ u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-konsegwenzi ta' kull inċident li jista' jinqala.

(3)

Billi huwa meħtieġ li jkun assigurat li n-numru ta' passiġġieri abbord vapur tal-passiġġieri ma jeċċedix in-numru li fir-rigward tiegħu il-vapur u l-apparat tiegħu ta' sigurtà ikunu ġew iċċertifikati; billi kumpanniji għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lis-servizzi tat-tfittix u tas-salvataġġ dwar in-numru ta' persuni involuti f'inċident.

(4)

Billi l-informazzjoni għandha tkun miġbura dwar il-passiġġieri u l-ekwipaġġ sabiex tkun iffaċilitata t-tfittxija u s-salvataġġ u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-konsegwenzi ta' inċident, jiġifieri. li tidentifika l-persuni involuti, tipprovdi informazzjoni aktar ċara dwar kwistjonijiet legali rrelatati u tikkontribwixxi lejn kura medika aktar addattata għal persuni salvati; billi din l-informazzjoni għandha tneħħi l-anzjetà mhux meħtieġa minn-naħa tal-familjari u l-persuni l-oħrajn ikkonċernati fir-rigward ta' persuni abbord vapuri tal-passiġġieri involuti f'inċidenti marittimi f'ibħra li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli permezz tal-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar Tfittix u Salvataġġ Marittimu (SAR).

(5)

Billi l-passiġġieri għandhom għalhekk jiġu magħduda u rreġistrati qabel ma jitlaq kull vapur.

(6)

Billi l-Kapitolu III tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS) tipprovdi għall-għadd u r-reġistrazzjoni tal-persuni kollha abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jbaħħru fuq vjaġġi internazzjonali, mill-1 ta' Lulju 1997 u l-1 ta' Jannar 1999 rispettivament, waqt li tippermetti lill-Amministrazzjonijiet li jeżentaw vapuri tal-passiġġieri f'ilmijiet mkennija minn dawk il-ħtiġiet u mill-ħtiġiet ta' reġistrazzjoni jekk il-vjaġġi skedati ta' dawn il-vapuri jagħmluha imprattikabbli li huma jippreparaw figuri ta' din ix-xorta; billi dak il-Kapitolu tal-Konvenzjoni SOLAS ma japplikax għal vjaġġi domestiċi u jħalli punti importanti ta' interpretazzjoni għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri individwali.

(7)

Billi din id-Direttiva hija b'konformità mad-dritt ta' l-Istati Membri li jimponu fuq vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru lejn jew minn il-portijiet tagħhom ċerti ħtiġiet li huma iktar strinġenti minn dawk stipulati fil-Konvenzjoni SOLAS.

(8)

Billi minħabba, b'mod partikolari, id-dimensjoni tat-trasport marittimu tal-passiġġieri fis-suq intern, azzjoni fuq livell tal-Komunità hu l-aktar mod effettiv biex ikun stabbilit il-livell komuni minimu ta' sigurtà għal vapuri fil-Komunità kollha.

(9)

Billi, invista tal-prinċipju ta' proporzjonalità, id-Direttiva tal-Kunsill hija l-istrument legali xieraq minħabba li din tipprovdi qafas għall-Istati Membri għall-applikazzjoni uniformi u obbligatorja ta' normi komuni ta' sigurtà, waqt li tħalli lill-kull Stat Membru d-dritt jiddeċiedi liema għodod ta' l-implimentazzjoni huma l-aktar addattati għas-sistema interna tiegħu.

(10)

Billi Stat Membru jista' jassigura konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli minn naħa ta' vapuri tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera tiegħu u mill-kumpanniji li joperawhom; billi dawk ir-regoli m'għandhomx ikunu imposti fuq vapuri li joperaw bejn portijiet f'pajjiżi terzi; billi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS japplikaw għal dawk il-vjaġġi.

(11)

Billi l-uniku metodu biex tkun assigurata l-amministrazzjoni tajba u effiċjenti tal-konsegwenzi ta' inċidenti għall-vapuri kollha tal-passiġġieri, irrispettivament mill-bnadar tagħhom, li joperaw jew li jixtiequ joperaw mill-portijiet tagħhom, huwa billi l-Istati Membri jesiġu l-konformità effettiva mar-regoli relevanti bħala kondizzjoni biex joperaw mill-portijiet tagħhom; billi l-għoti ta' eżenzjonijiet minn dawk ir-regoli ma tistax titħalla biss f'idejn l-Istat tal-bandiera la darba l-Istat tal-port biss huwa f'pożizzjoni li jiddetermina il-ħtiġiet għall-aħjar operazzjonijiet possibbli ta' tfittix u salvataġġ għal vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru lejn jew minn port.

(12)

Billi sabiex tkun armonizzata l-protezzjoni b'sigurtà u sabiex ikun evitat tgħawwiġ fil-kompetizjoni, l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet apparti dawk msemmija f'din id-Direttiva, jagħtu eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet relevanti SOLAS dwar “informazzjoni dwar passiġġieri” għal vjaġġi li jibdew minn jew li jaslu f'portijiet Komunitarji.

(13)

Billi għal raġunijiet ta' prattiċità u sabiex jiġi evitat tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, resqien uniformi għandu jkun stabbilit biex jiddetermina l-vjaġġi li fir-rigward tagħhom ir-reġistrazzjoni tal-persuni kollha abbord għandha tkun obbligatorja; billi l-limitu ta' għoxrin mil huwa r-riżultat tal-konsiderazzjoni ta' prinċipji ġenerali u punti ta' kunċern speċifiċi adottati mill-Istati Membri kollha.

(14)

Billi, għal raġunijiet speċifiċi ta' l-operazzjoni, l-għadd ta' persuni abbord vapuri tal-passiġġieri li jaqsmu l-Istrett ta' Messina jista', għal perjodu ta' żmien limitat, isir b'mod aktar sempliċi milli mill-għadd individwali; billi l-Istati Membri għandhom igawdu l-possibiltà li jagħtu xi rilaxx mill-obbligazzjoni li jikkomunikaw max-xatt in-numru ta' persuni fil-kas ta' vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq servizz regolari ta' tul qasir li jsir f'żoni tal-baħar protetti, kif definit f'din id-Direttiva; billi vapuri tal-passiġġieri li joperaw esklussivament f'żoni protetti tal-baħar jikkonstitwixxu riskju aktar limitat u għandhom, għalhekk, igawdu l-possibiltà ta' eżenzjoni; billi f'ċerti ċirkostanzi speċifiċi jista' ma jkunx prattiku għal kumpanniji tat-tbaħħir li jirreġistraw persuni abbord u għalhekk deroga mill-obbligazzjoni ta' reġistrazzjoni tista tkun permissibbli skond iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kondizzjonijiet definiti sewwa.

(15)

Billi l-ġbir u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni li tirrigwarda l-individwi imsemmija trid issir b'konformità mal-prinċipji ta' protezzjoni ta' l-informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE ( 4 ); billi, b'mod partikolari, l-individwi għandhom ikunu nfurmati bis-sħiħ fil-ħin tal-ġbir dwar l-iskopijiet li għalihom l-informazzjoni hija meħtieġa, u l-informazzjoni għandha tinżamm biss għal perjodu qasir ħafna li qatt ma jista' jkun itwal milli huwa meħtieġ għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

(16)

Billi huwa meħtieġ li kumitat li jikkonsisti minn rappresentanti ta' l-Istati Membri jassistu lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva; billi l-kumitat stabbilit mill-Arikolu 12 tad-Direttiva 93/75/KEE ( 5 ) jista' jassumi dik il-funzjoni.

(17)

Billi ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu adottati minn dak il-Kumitat sabiex jittieħed akkont ta' emendi futuri lejn il-Konvenzjoni SOLAS li jkunu daħlu fis-seħħ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

L-iskop ta' din id-Direttiva għandu jkun li tittejjeb is-sigurtà u l-possibiltajiet ta' salvataġġ tal-Passiġieri u l-ekwipaġġ abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet fi Stati Membri tal-Komunità u sabiex ikun assigurat li t-tfittix u s-salvataġġ u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-konsegwenzi ta' kull inċident li jista' jinqala jkunu jistgħu jsiru b'aktar effettività.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

 “persuni” għandha tfisser il-persuni kollha abbord irrespittivament mill-età,

 “vapur tal-passiġġieri” għandha tfisser vapur jew biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja mibni biex jaqsam l-ibħra li jġorr aktar minn 12-il passiġġier,

 “bċejjeċ tal-baħar tal-passiġġieri ta' veloċità għolja” għandha tfisser biċċa tal-baħar b'veloċità għolja kif definita fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tal-Konvenzjoni SOLAS ta' l-1974, ►M1  fil-verżjoni aġġornata tagħha ◄ ,

 “kumpannija” għandha tfisser is-sid ta' vapur tal-passiġġieri jew kull organizzazzjoni jew persuna oħra bħal ma hu l-amministratur jew min jikri l-vapur mingħajr ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-vapur tal-pasiġġieri mingħand is-sid,

 “Kodiċi ISM” għandha tfisser il-Kodiċi ta' Tmexxija Internazzjonali għall-Operazzjoni b'Sigurtà ta' Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) permezz tar-Resoluzzjoni ta' l-Assemblea A.741(18) ta' l-4 ta' Novembru 1993,

 “reġistratur tal-passiġġieri” għandu jfisser il-persuna responsabbli li tkun tinsab fuq ix-xatt, innominat mill-kumpannija sabiex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-Kodiċi ISM jew persuna li tkun tinsab fuq ix-xatt innominata minn kumpannija bħala responsabbli għaż-żamma ta' l-informazzjoni dwar persuni li jkunu imbarkaw fuq vapur tal-passiġġieri tal-kumpannija,

 “awtorità nnominata” għandha tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli għal tfittix u salvataġġ jew ikkonċernata bil-konsegwenzi ta' inċident,

 “mil” huwa 1 852 metru,

 “żona tal-baħar protetta” għandha tfisser żona tal-baħar li għandha kenn mill-effetti tal-baħar miftuħ u fejn vapur ma jkun fl-ebda ħin aktar minn sitt mili minn post ta' refuġju fejn il-persuni nawfraġi jistgħu jitilgħu fuq l-art u fejn jinsabu faċilitajiet ta' tfittix u salvataġġ fil-qrib,

 “servizz regolari” għandu jfisser serje ta' vjaġġi ta' vapuri operati biex jaqdu traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew:

 

(a) skond skeda ppubblikata; jew

(b) bi vjaġġi hekk regolari li jikkostitwixxu serje sistematika rikonoxxibbli;

 “pajjiż terz” għandu jfisser kull pajjiż li mhuwiex Stat Membru.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vapuri tal-passiġġieri bl-eċċezzjoni ta':

 bastimenti tal-gwerra u vapuri tat-truppi, u

 jottijiet tad-divertiment ħlief meta dawn ikunu ikunu sejrin jiġu mħaddma minn ekwipaġġ u li jġorru aktar minn tnax-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali.

L-Artikolu 4

1.  Il-persuni kollha abbord xi vapur tal-passiġġieri li jitlaq min port li jinsab fi Stat Membru għandhom jiġu magħduda qabel ma jitlaq dan il-vapur tal-passiġġieri.

2.  Qabel ma jitlaq il-vapur tal-passiġġieri n-numru ta' persuni abbord għandu jiġi kkomunikat lejn il-kaptan tal-vapur tal-passiġġieri u lejn ir-reġistratur tal-passiġġieri tal-kumpannija jew lejn xi sistema tal-kumpannija li tinsab fuq ix-xatt li twettaq l-istess funzjoni.

L-Artikolu 5

1.  L-informazzjoni li ġejja għandha tkun irreġistrata f'dak li jirrigwardja kull vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru biex jagħmel vjaġġ ta' aktar minn għoxrin mil mill-punt tat-tluq:

 l-ismijiet tal-familja (kunjomijiet) tal-persuni abbord,

 l-ewwel ismijiet jew l-inizzjali,

 is-sess tagħhom,

 indikazzjoni tal-kategorija ta' l-età (adulti, tfal jew trabi) li għaliha tappartieni kull persuna, jew l-età, jew is-sena tat-twelid,

 fuq l-għażla tal-passiġġier, l-informazzjoni dwar il-ħtieġa ta' kura jew għajnuna speċjali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

2.  Din l-inforazzjoni għandha tinġabar qabel it-tluq u għandha tkun ikkomunikata mhux aktar tard minn tletin minuta wara t-tluq tal-vapur tal-passiġġieri lejn ir-reġistratur tal-passiġġieri tal-kumpannija jew lejn is-sistema tal-kumpannija ibbażata fuq ix-xatt li tagħmel l-istess funzjoni.

L-Artikolu 6

1.  Kull Stat Membru għandu, f'dak li jirrigwardja kull vapur tal-passiġġieri li jtajjar il-bandiera tiegħu u li jitlaq minn port li jinsab il-barra mill-Komunità u li jkun destinat lejn port li jinsab ġewwa l-Komunità, jenħtieġ li l-kumpannija biex tassigura li l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tingħata kif sabbilit fl-Artikoli 4(2) u 5(2).

2.  Kull Stat Membru għandu, f'dak li jirrigwardja kull vapur tal-passiġġieri li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz u li jitlaq minn port li jinsab il-barra mill-Komunità u li jkun iddestinat lejn port li jinsab ġewwa l-Komunità, ikun jenħtieġ li l-kumpannija tassigura li l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 4(1) u 5(1) tkun miġbura u tinżamm b'mod li jkun disponibbli lejn l-awtorità nnominata meta tkun meħtieġa għal skopijiet ta' tfittix u salvataġġ u fil-konsegwenzi ta' wara inċident.

3.  Jekk permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti SOLAS Stat Membru jagħti eżenzjoni jew deroga li għandha x'taqsam ma' l-informazzjoni dwar passiġġieri lejn il-vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u li jasal f'port lokaliżżat fil-Komunità minn port li jinsab il-barra mill-Komunità, jista' jagħmel hekk biss permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-eżenzjonijiet jew id-derogi ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

Qabel ma vapur tal-passiġġieri jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru, il-kaptan tiegħu għandu jassigura li n-numru ta' persuni abbord ma jeċċedix in-numru li l-vapur tal-passiġġieri jkollu l-permess li jġorr.

L-Artikolu 8

Kull kumpannija li tassumi r-responsabbiltà għall-operazzjoni ta' vapur tal-passiġġieri għandha, meta meħtieġ permezz ta' l-Artikoli 4 u 5:

 tistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni dwar passiġġieri. Is-sistema għandha tilħaq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11,

 taħtar reġistratur tal-passiġġieri responsabbli għaż-żamma u għat-trasmissjoni ta' dik l-informazzjoni fil-kas li tinqala' emerġenza jew fil-konsegwenzi ta' wara inċident.

Il-kumpannija għandha tassigura li l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva tkun il-ħin kollu disponibbli mill-ewwel għal trasmissjoni lejn l-awtorità nnominata għal skopijiet ta' tfittix u salvataġġ fil-kas ta' emerġenza jew fil-konsegwenzi ta' wara inċident.

L-informazzjoni personali miġbura bi qbil ma' l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Il-kumpannija għandha tassigura li l-informazzjoni li tikkonċerna persuni li jkunu iddikjaraw ħtieġa għal kura jew assistenza speċjali f'sitwazzjonijeit ta' emerġenza tkun irreġistrata kif suppost u kkomunikata lejn il-kaptan qabel ma jsalpa l-vapur tal-passiġġieri.

L-Artikolu 9

1.  Stat Membru ta' port li minnu jsalpa vapur tal-passiġġieri jista' jnaqqas il-limitu ta' għoxrin mil stabbilit fl-Artikolu 5.

Kull deċiżjoni li tnaqqas il-limitu għal vjaġġi bejn żewġ portijiet fi Stati Membri differenti għandha tittieħed flimkien minn dawk iż-żewġ Stati Membri.

2.  

(a) Meta tkun timplimenta l-Artikolu 4(1) ir-Repubblika Taljana tista', għal servizzi regolari li jaqsmu l-Istrett ta' Messina, tadotta dispożizzjonijiet għall-għadd tan-numru massimu ta' persuni li jistgħu jinġarru abbord vapur tal-passiġġieri li jġorr abbord vaguni tal-ferroviji tal-passiġġieri u vetturi tat-triq fuq il-bażi tan-numru massimu ta' passiġġieri li jkun awtoriżżat li jġorr fil-vaguni tal-ferrovija u l-vetturi l-oħrajn kollha abbord, jekk il-persuni ma jistgħux ikunu magħduda għal raġunijiet operazzjonali. L-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandha tkun illimitata għal perjodu ta' erba' snin. Kull estenzjoni għandha tkun deċiża, b'konformità mal-paragrafu 3, fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata.

(b) Stat Membru ta' port li minnu jsalpa vapur jista' jeżenta vapuri tal-passiġġieri li joperaw, esklussivament f'żoni protetti tal-baħar, servizzi regolari ta' anqas minn siegħa bejn waqfiet f'portijiet matul il-vjaġġ mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4(2,) li jikkomunika n-numru ta' persuni abbord lir-reġistratur tal-passiġġieri jew lejn is-sistema tal-kumpannija li tinsab fuq l-art li tagħmel l-istess xogħol.

(c) Stat membru jista' jeżenta vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru, esklussivament f'żoni protetti tal-baħar, bejn żewġ portijiet, jew minn u lejn l-istess port, mingħajr waqfiet intermedjarji, mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5.

3.  Fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 2, il-proċedura li ġejja għandha tapplika:

(a) l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jinforma lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu li jagħti eżenzjoni jew deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikoli 4 u 5 u għandu jagħti r-raġunijiet sostantivi għal dawn il-finijiet;

(b) jekk fi żmien sitt xhur minn din in-notifika l-Kumissjoni tikkunsidra li dik id-deċiżjoni ma tkunx iġġustifikata jew jista' jkollha effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, hija tista', permezz tal-proċedura stabbilita fl- ►M2  Artikolu 13(2) ◄ , tesiġi li l-Istat Membru jemenda jew jirtira d-deċiżjoni tiegħu.

4.  Għal servizzi regolari f'żona fejn il-probabbiltà annwali ta' għoli sinifikanti tal-mewġ teċċedi ż-żewġ metri tkun inqas minn 10 %, u

 meta l-vjaġġ ma jeċċedix madwar tletin mil mill-punt tat-tluq jew

 meta l-għan ewlieni tas-servizz ikun li jipprovdi konnessjonijiet regolari għall-komunitajiet mbiegħda għal skopijiet ta'regolarità,

L-Istat Membru li minn port tiegħu isalpaw vapuri tal-passiġġieri fuq vjaġġi domestiċi jew żewġ Stati Membri bejn portijiet li minnhom ibaħħru vapuri tal-passiġġieri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, jekk jikkunsidraw li ma jkunx prattiku li kumpanniji jirreġistraw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(1) li jidderogaw, totalment jew parzjalment, minn din il-ħtieġa.

Għal dan il-għan, trid tinġieb prova ta' din l-imprattikabilità. B'żieda, għandha tkun mhurija li fiż-żona fejn joperaw il-vapuri, il-gwida ta' navigazzjoni bbażata fuq l-art u tbassir tat-temp ta' min jorbot fuqu jkunu pprovduti u li faċilitajiet adekwati ta' tfittix u salvataġġ huma disponibbli. Derogi mogħtija permezz dan il-paragrafu ma jistax ikollhom xi effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

Għandha tittieħed deċiżjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl- ►M2  Artikolu 13(2) ◄ :

5.  Stat Membru m'għandux, taħt id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jeżenta jew jagħti derogi lil xi vapur tal-passiġġieri li jbaħħar mill-portijiet tiegħu u li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz li huwa parti kuntrattanti tal-Konvenzjoni SOLAS li permezz tiegħu id-dispożizzjonijiet relevanti SOLAS ma tkunx taqbel ma' l-applikazzjoni ta' dawn l-eżenzjonijiet.

L-Artikolu 10

Is-sistemi ta' reġistrazzjoni stabbiliti bi qbil ma' l-Artikolu 8 għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom ta' mill-inqas jagħmlu kontrolli mingħajr regola partikolari dwar il-ħidma xierqa tas-sistemi tar-reġistrazzjoni stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva fit-territorji tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità li lilha l-kumpanniji koperti mill-Artikolu 8 għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva sistemi ta' reġistrazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' funzjonar li ġejjin:

(i)  leġibiltà:

l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun f'format li jkun jista' jinqara faċilment,

(ii)  disponibiltà:

l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun disponibbli faċilment lejn l-awtoritajiet innominati f'dak li jirrigwardja hekk li l-informazzjoni li tinsab fis-sistema tkun relevanti,

(iii)  faċilitazzjoni:

is-sistema għandha tkun iddisinjata b'tali mod li ebda dewmien żejjed ma jkun ikkawżat għal passiġġieri li jimbarkaw jew jiżbarkaw minn fuq il-vapur;

(iv)  sigurtà:

l-informazzjoni għandha tkun protetta sewwa kontra distruzzjoni jew telf aċċidentali jew illegali kif ukoll kontra kull tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat.

2.  Multipliċità ta' sistemi dwar l-istess rotot jew dwar rotot simili għandha tkun evitata.

L-Artikolu 12

▼M2

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-emendar tal-Konvenzjoni SOLAS, din id-Direttiva tista' tkun emendata sabiex tassigura l-applikazzjoni, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, ta' emendi għall-Konvenzjoni SOLAS li jirrigwardjaw is-sistemi ta' reġistrazzjoni li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Il-miżuri li Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

▼M1

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu eskluż esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabilixxi Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS) ( 6 ).

▼M2

Artikolu 13

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 7 ), b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema ta' penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati permezz ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

L-Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Jannar 1999. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. L-Artikolu 5 għandu jkun applikat mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2000.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenzi għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenzi bħal dawn fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex isiru dawn ir-referenzi għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lejn il-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha.

L-Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 31, tal-31.1.1997, p. 5 u ĠU C 275, tal-11.9.1997, p. 7.

( 2 ) ĠU C 206, tas-7.7.1997, p. 111.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 1997 (ĠU C 138, tas-16.6.1998, p. 31), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 1997 (ĠU C 23, tat-23.1.1998, p. 17) u d-Deċisjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 1998 (ĠU C 104, tas-6.4.1998).

( 4 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

( 5 ) ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

( 6 ) ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1.

( 7 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Top