Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Il-BEI, li ġie stabbilit fl-1958 skont it-Trattat ta’ Ruma, huwa l-istituzzjoni tas-self fit-tul tal-UE, li tipprovdi flus għal diversi proġetti sabiex jiġu ffinanzjati proġetti kapitali vijabbli li jestendu l-objettivi tal-UE. L-azzjonisti tal-BEI huma t-28 pajjiż tal-UE (1). Kważi 90 % tas-self mill-BEI ngħata lil pajjiżi tal-UE, bil-bqija jkun imxerred, taħt il-mandat tas-self estern, lil 150 pajjiż imsieħba madwar id-dinja.

Il-Grupp tal-BEI, li huwa magħmul mill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), inħoloq fis-sena 2000 bil-għan li jagħti spinta lis-self lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Il-kapital tal-BEI kważi rdoppja bejn l-2007 u l-2009 b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja. Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-kapital sottoskritt totali tal-BEI kien ta’ EUR 243 biljun.

ARA WKOLL



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top