Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri

Ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar id-data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri

SOMMARJU TA’:

Ftehim bejn il-Kanada u l-UE dwar it-Trasferiment u l-Ipproċessar tad-Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

Id-Deċiżjoni (UE) 2024/2891 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

Deċiżjoni (UE) 2025/851 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET?

Il-ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea (UE) jistabbilixxi regoli għat-trasferiment u l-ipproċessar ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mill-UE lejn il-Kanada. L-għan tiegħu huwa li jappoġġa l-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali serja, filwaqt li jiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea awtorizza l-iffirmar tal-ftehim permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2024/2891 u approva l-konklużjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2025/851.

PUNTI EWLENIN

Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni

Il-ftehim jistabbilixxi qafas għat-trasferiment tad-data tal-PNR mill-UE lejn il-Kanada u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu u ż-żamma sussegwenti tagħha mill-awtoritajiet Kanadiżi. Id-data tal-PNR tirreferi għall-informazzjoni miġbura mit-trasportaturi tal-ajru matul il-proċess tal-prenotazzjoni, bħad-dati tal-ivvjaġġar, id-dettalji ta’ kuntatt, l-itinerarji u l-metodi ta’ pagament. It-termini tal-ftehim jinkludu:

  • lista eżawrjenti tal-elementi tad-data tal-PNR li għandhom jiġu ttrasferiti lejn il-Kanada;
  • l-għanijiet li għalihom tista’ tintuża d-data tal-PNR;
  • projbizzjoni kontra l-ipproċessar ta’ data sensittiva;
  • obbligi biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data tal-PNR u biex jiġi nnotifikat il-ksur tad-data;
  • sorveljanza minn awtorità indipendenti waħda jew aktar;
  • obbligi ta’ trasparenza;
  • id-dritt ta’ aċċess u d-dritt għas-suġġetti tad-data li jitolbu l-korrezzjoni tad-data tal-PNR tagħhom;
  • rimedju amministrattiv u ġudizzjarju għall-ksur tad-drittijiet tal-ftehim;
  • salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data tal-PNR;
  • regoli għaż-żamma ristretta tad-data tal-PNR bil-ħsieb li jiġi żgurat li tali data ma tinħażinx għal aktar żmien minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-objettiv segwit minn dan il-ftehim;
  • il-kundizzjonijiet għall-iżvelar tad-data tal-PNR lil awtoritajiet governattivi oħra.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data tat-tieni notifika li biha kull parti (l-UE u l-Kanada) tinforma lill-parti l-oħra bil-miktub li tkun lestiet il-proċeduri interni tagħha.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (ĠU L, 2025/841, ).

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2891 tat- dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L, 2024/2891, ).

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/851 tat- dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L, 2025/851, ).

l-aħħar aġġornament

Naar boven