Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Opportunitajiet tas-sajd fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (2023)

Opportunitajiet tas-sajd fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (2023)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2023/195 li jiffissa għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2023.
  • Huwa jelenka d-definizzjonijiet u ż-żoni tas-sajd li japplikaw għall-iskopijiet tar-regolament.

Ir-regolament jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 (ara s-sommarju) dwar l-opportunitajiet tas-sajd fl-istess oqsma għall-2022.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament japplika għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea (UE) li joperaw fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed li jagħmlu użu mill-istokkijiet li ġejjin:

  • qroll aħmar u l-lampuki komuni fil-Baħar Mediterran;
  • gambli blu u ħomor, gambli roża tal-fond, gambli ħomor kbar, merluzz Ewropew, awwista tan-Norveġja u trilja ħamra fil-Punent tal-Baħar Mediterran;
  • inċova, sardin, merluzz Ewropew, awwista tan-Norveġja, lingwata komuni, gambli roża tal-fond u trilja ħamra fil-Baħar Adrijatiku;
  • gambli ħomor kbar u gambli blu u ħomor fil-Fliegu ta’ Sqallija, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin;
  • paġella ħamra fil-Baħar Alboran;
  • laċċa kaħla u barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed.

Japplika wkoll għal sajd rikreattiv* fejn dawn huma speċifikament imsemmija fir-regolament.

L-opportunitajiet tas-sajd koperti minn dan ir-regolament jinkludu:

  • limiti tal-qbid għas-sena 2023;
  • limiti tal-isforz tas-sajd għas-sena 2023.

Qabdiet totali permissibbli

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs), stabbiliti fl-annessi, huma ddeterminati kull sena mill-Istati Membri tal-UE abbażi ta’ proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

  • It-TACs jirreferu għall-kwantità massima ta’ ħut ta’ speċi differenti li jistgħu jinqabdu matul is-sena rispettiva.
  • Dawn jistabbilixxu limiti skont il-prinċipju tal-użu sostenibbli tad-diversi stokkijiet f’konformità mar-rendiment massimu sostenibbli*.
  • It-TACs huma bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, li jieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiżguraw trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd.
  • It-TAC għal kull speċi individwali hija maqsuma fi kwoti — proporzjonijiet tat-TAC assenjati lill-UE, lill-Istati Membri tagħha jew lill-pajjiżi mhux tal-UE.
  • Il-limiti tal-qbid u l-isforz huma konformi ma’:
    • il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-istokkijiet demersali* fil-Baħar Mediterran tal-Punent, adottat skont ir-Regolament (UE) 2019/1022 (ara s-sommarju); u
    • id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) dwar il-qroll aħmar, il-lampuki, l-ispeċi pelaġiċi żgħar u l-istokkijiet demerasli tal-Baħar Adrijatiku, il-gambli ħomor kbar u l-istokkijiet tal-gamblu blu u ħomor fil-Baħar Jonju, il-Baħar Levant u l-Fliegu ta’ Sqallija, u l-pjan ta’ ġestjoni pluriennali tal-GFCM għall-barbun għall-Lvant tal-Baħar l-Iswed.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilha tapplika mid-1 ta’ Jannar 2023.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sajd rikreattiv. Attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali, bħar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport, l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.
Rendiment massimu sostenibbli. L-akbar rendiment (qabda) li jista’ jittieħed mill-istokk ta’ speċi fuq perjodu indefinit (jiġifieri mingħajr ma tiġi pperikolata s-sopravivenza tagħha).
Stokkijiet demersali. Stokkijiet ta’ speċi tal-ħut li jgħixu fuq jew viċin qiegħ il-baħar.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, pp. 220–248).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2023/195 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, pp. 165–186).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, pp. 1–17).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22–61).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, pp. 44–61).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1–50).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 of 6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, pp. 3–5).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 17.05.2023

Top