EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea tal-2022

Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea tal-2022

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE tal-2022

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU U TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi l-bażi ġuridika għall-ammissjoni ta’ pajjiż Ewropew fl-Unjoni Ewropea (UE).
  • Il-Komunikazzjoni dwar il-politika tat-tkabbir tivvaluta l-iżviluppi ewlenin u l-progress li sar mill-pajjiżi kandidati u pajjiżi sħab oħra tal-Balkani tal-Punent, tislet konklużjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet.

PUNTI EWLENIN

  • Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea tadotta l-pakkett tat-tkabbir tagħha — sett ta’ dokumenti li jispjegaw il-politika tagħha dwar it-tkabbir tal-UE.
  • Il-pakkett tal-2022 jipprovdi valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni attwali u l-progress li sar mill-Balkani tal-Punent u mit-Turkija fit-toroq rispettivi tagħhom lejn is-sħubija fl-UE, b’enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni ta’ riformi fundamentali, u gwida ċara dwar il-prijoritajiet ta’ riforma li ġejjin. Il-valutazzjoni tiffoka fuq:
    • il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi;
    • il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali;
    • il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà;
    • ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika;
    • is-soċjetà ċivili;
    • l-ekonomija;
    • il-kapaċità li tassumi l-obbligi tas-sħubija;
    • il-kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.
  • Minbarra din il-Komunikazzjoni, il-pakkett fih ir-rapporti li fihom il-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni dettaljata tagħha tas-sitwazzjoni attwali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija, dak li nkiseb matul l-aħħar sena, u tipprovdi gwida dwar il-prijoritajiet ta’ riforma:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu VI — Dispożizzjonijiet finali — Artikolu 49 (ex Artikolu 49 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 43).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2022) 528 final, 12.10.2022).

DOKUMENTI RELATATI

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tal-Albanija għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 332 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tat-Turkija għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 333 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — il-Kosovo* Rapport tal-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 334 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tal-Montenegro għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 335 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 336 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 337 final, 12.10.2022).

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Rapport tas-Serbja għall-2022 — Li jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2022 dwar il-Politika tat-tkabbir tal-UE (SWD(2022) 338 final, 12.10.2022).


* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

l-aħħar aġġornament 09.12.2022

Top