Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Orizzont Ewropa — Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE

Orizzont Ewropa — Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Albanija fil-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont Ewropa)

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Armenja f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Georgia f’Orizzont Ewropa

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżrael f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo f’Orizzont Ewropa

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Moldova f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq f’Orizzont Ewropa

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tas-Serbja f’Orizzont Ewropa

Ftehim internazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija f’Orizzont Ewropa

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIMIET?

L-istatus assoċjat huwa l-eqreb forma ta’ kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u pajjiżi mhux tal-UE, li jippermetti lill-pajjiżi mhux tal-UE jieħdu sehem fid-diversi azzjonijiet tal-programm Orizzont Ewropa bl-istess termini (drittijiet u obbligi) bħall-Istati Membri.

Din ir-relazzjoni privileġġata tagħmilha aktar faċli biex taħdem u tiffinanzja proġetti konġunti. Il-qafas iżid l-opportunitajiet għar-riċerkaturi/għall-entitajiet nazzjonali tal-pajjiżi mhux tal-UE biex jikkollaboraw ma’ dawk tal-Istati Membri u pajjiżi assoċjati oħra. Jagħti wkoll aċċess għal firxa wiesgħa ta’ sejħiet għal proposti maħruġa taħt il-programmi qafas tal-UE. L-ebda rekwiżiti addizzjonali amministrattivi mhu ser jiġu imponuti, diment li l-entitajiet legali jilħqu l-istess rekwiżiti bħal kwalunkwe entità legali oħra li tinsab fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Kooperazzjoni internazzjonali

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-pajjiżi mhux tal-UE jipparteċipaw fil-partijiet (jew il-“pilastri”) kollha ta’ Orizzont Ewropa, li huwa implimentat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 (ara s-sommarju) u permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija.

Parteċipazzjoni u kooperazzjoni

Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jistabbilixxu r-regoli għall-parteċipazzjoni f’Orizzont Ewropa, li jiggarantixxu t-trattament ugwali tal-imsieħba assoċjati kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

  • it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’Orizzont Ewropa, inklużi d-drittijiet parteċipattivi tar-rappreżentanti tal-pajjiżi mhux tal-UE fl-istrutturi organizzattivi tal-programm;
  • kontribuzzjonijiet finanzjarji — fil-forma ta’ kontribuzzjoni operattiva u miżata ta’ parteċipazzjoni — u l-ispejjeż relatati tal-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operazzjoni tagħhom (regoli dettaljati huma stabbiliti fl-Anness I).
  • il-funzjonament tal-mekkaniżmu awtomatiku ta’ korrezzjoni għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji matul l-implimentazzjoni tal-programm (regoli dettaljati huma stabbiliti fl-Anness I).

Entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri jistgħu jieħdu sehem fi programmi u proġetti ekwivalenti (jew partijiet minnhom) fil-pajjiż mhux tal-UE, skont il-liġijiet tagħhom (ara l-Anness II).

Iż-żewġ partijiet għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu b’mod reċiproku prattiki ta’ xjenza miftuħa fil-programmi u l-proġetti tagħhom skont ir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa u l-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż ikkonċernat li mhuwiex fl-UE.

L-unika limitazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-programm hija marbuta mal-protezzjoni tal-assi, l-interessi, l-awtonomija u s-sigurtà strateġiċi tal-UE, kif definiti mill-Artikolu 22(5) tar-regolament.

Il-Kumitat Konġunt tar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni waqqfu kumitat konġunt magħmul minn membri mill-UE u mill-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat. Il-kompiti tiegħu jinkludu dawn li ġejjin:

  • Assessjar, evalwazzjoni u reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehim, b’mod partikolari:
    • il-parteċipazzjoni u l-prestazzjoni tal-entitajiet legali tal-pajjiżi mhux tal-UE f’Orizzont Ewropa,
    • il-livell ta’ ftuħ (reċiproku) għall-korpi u l-kumpaniji ta’ waħda mill-partijiet biex jieħdu sehem fil-programmi u l-proġetti tal-oħra (reċiproċità — ara l-Anness II),
    • l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontribuzzjoni finanzjarja u l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika; u
    • l-użu tar-riżultati tar-riċerka, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
  • L-eżaminazzjoni ta’ kif tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni dwar kwalunkwe suġġetti relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehim.

Il-kumitati konġunti ser jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena, imma korrispondenza bejn iż-żewġ partijiet hija mħeġġa sabiex tiġi segwita mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehim.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni huma applikabbli (dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja) mill-1 ta’ Jannar 2021.

 

Firma

Proviżorju applikazzjoni / Dħul fis-seħħ

l-Albanija

1.2.2022

30.5.2022

L-Armenja

12.11.2021

11.2.2022

Il-Bożnija-Ħerzegovina

6.12.2021

11.1. 2022

Il-Georgia

7.12.2021

1.2.2022

L-Iżrael

6.12.2021

6.12.2021

Il-Kosovo*

23.11.2021

24.2.2022

Il-Moldova

27.10.2021

16.12.2021

Il-Montenegro

6.12.2021

6.12.2021

Il-Maċedonja ta’ Fuq

6.12.2021

10.12.2021

Is-Serbja

6.12.2021

6.12.2021

It-Turkija

27.10.2021

18.11.2021

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Albanija fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 174-188).

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 48-62).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 79-94).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Georgia fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 158-173).

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżrael fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 143-157).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Kosovo*, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 95-109).

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 18-32).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Montenegro, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Montenegro fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 110-125).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 126-142).

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 63-78).

Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Turkija, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programm tal-Unjoni Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 33-47).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulat) (ĠU L 189, 28.5.2021, pp. 61-90).

Id-Deċiżjoni (UE ) 2021/820 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: L-ixprunar ta’ Talent u Kapaċità tal-Innovazzjoni u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE (ĠUL 189, 28.5.2021, pp. 91-118).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU L 167I, 12.5.2021, pp. 1-80).

Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1-68).

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, pp. 1-8).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.


* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

l-aħħar aġġornament 22.07.2022

Top