Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Orizzont Ewropa

Orizzont Ewropa huwa d-disa’ programm ta’ qafas pluriennali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni li jibda mill-2021 sal-2027. Dan isegwi minn Orizzont 2020, it-tmien programm ta’ qafas, li dam mill-2014 sal-2020.

Is-sommarju hawn taħt japplika għall-komponenti ta’ Orizzont Ewropa li huma koperti minn wieħed mill-programmi speċifiċi ta’ Orizzont Ewropa u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, li l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom huma ffukati b’mod esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili.

Orizzont Ewropa huwa l-programm ewlieni ta’ finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, li:

  • jindirizza t-tibdil fil-klima;
  • jgħin biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU;
  • jagħti spinta lill-kompetittività u t-tkabbir tal-UE;
  • jiffaċilita l-kollaborazzjoni u jsaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE filwaqt li jindirizza l-isfidi globali;
  • jappoġġja l-ħolqien u t-tixrid aħjar ta’ għarfien u teknoloġiji eċċellenti;
  • joħloq impjiegi, jinvolvi l-ġabra ta’ talenti tal-UE bis-sħiħ, jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, jippromwovi l-kompetittività industrijali u jottimizza l-impatt tal-investiment fi ħdan żona Ewropea tar-riċerka (ŻER) imsaħħa.

Orizzont Ewropa huwa magħmul minn:

  • Pilastru I — Xjenza Eċċellenti;
  • Pilastru II — Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea;
  • Pilastru III — Ewropa Innovattiva;
  • il-parti “Inkabbru l-Parteċipazzjoni u Nsaħħu ż-ŻER”.

Orizzont Ewropa għandu baġit ta’ EUR 95.5 biljun (prezzijiet kurrenti) għall-2021-2027 (inklużi EUR 5.4 biljun minn NextGenerationEU — il-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa biex jgħin it-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus).

ARA WKOLL

Top