EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

X’INHU L-GĦAN TAL-LINJI GWIDA?

Huma jispjegaw:

  • kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-għajnuna reġjonali hija kompatibbli mas-suq intern;
  • kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni eliġibbli għall-għajnuna

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tista’ tippermetti Għajnuna mill-istat sabiex:

  • tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg, u tippromwovi l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea (UE) (l-Artikolu 349 TFUE);
  • tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti żoni ekonomiċi fl-UE.

L-Istati Membri tal-UE, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, għandhom jinnofitikaw l-għajnuna reġjonali kollha lill-Kummissjoni, ħlief għajnuna awtomatikament permessa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (ara s-sommarju).

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-linji gwida japplikaw għas-setturi ekonomiċi kollha ħlief:

  • għajnuna mogħtija għall-azzar, il-linjite u l-faħam;
  • attivitajiet bir-regoli speċifiċi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat (sajd u akkwakultura, agrikoltura, trasport, broadband u enerġija).

Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin huma eleġibbli.

  • Għajnuna għall-investiment:
    • il-kostijiet f’assi tanġibbli u intanġibbli;
    • il-kostijiet lavorattivi stmati li jirriżultaw mill-ħolqien tax-xogħol bħala riżultat ta’ investiment inizjali, ikkalkulati fuq perjodu ta’ sentejn;
    • taħlita ta’ parti tal-kostijiet imsemmija hawn fuq, iżda li ma taqbiżx l-ammont taż-żewġ kategoriji individwali.
  • Għajnuna operatorja:
    • il-kostijiet iridu jkunu predefiniti u attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi indirizzati;
    • kumpens għal spejjeż operattivi addizzjonali kkwantifikati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE minħabba fatturi bħad-distanza, daqs żgħir u terren jew klima diffiċli.

Għanijiet u kriterji

L-għajnuna għandha:

  • tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni permezz tal-mezzi li ġejjin:
    • il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni b’livell tal-għajxien li huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg (magħrufin bħala żoni “a”) u reġjuni ultraperiferiċi bi sfidi strutturali, ekonomiċi u soċjali
    • l-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew żoni ekonomiċi (magħrufin bħala żoni “c”) fejn l-għajnuna ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn;
  • tissodisfa kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:
    • tbiddel l-imġiba tar-riċevitur, li ma kienx jiġri mod ieħor (effett ta’ inċentiv)
    • iġġib titjib materjali, li s-suq innifsu ma setax jikseb (ħtieġa għal intervent mill-Istat)
    • tkun xierqa biex jintlaħaq l-għan tal-politika (adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna)
    • tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tistimula l-investiment jew l-attività addizzjonali (proporzjonalità tal-għajnuna)
    • tegħleb kwalunkwe effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri (l-evitar ta’ effetti negattivi mhux meħtieġa)
    • tippermetti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lin-negozji u lill-pubbliku aċċess faċli għall-atti u l-informazzjoni rilevanti kollha (trasparenza).

Trasparenza

It-trasparenza hija żgurata billi l-Istati Membri jkunu meħtieġa jippubblikaw fuq sit web tal-Kummissjoni jew sit web nazzjonali komprensiv:

  • it-test sħiħ ta’ deċiżjonijiet ta’ għajnuna individwali jew skema approvata;
  • informazzjoni dwar kull għotja individwali ogħla minn EUR 100,000.

Evalwazzjonijiet

Evalwazzjonijiet:

  • jitwettqu għal skemi
    • fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ hija partikolarment għolja
    • b’baġit ta’ għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun totali;
  • jistgħu jkunu meħtieġa għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni.

Żoni eliġibbli

Il-linji gwida jistabbilixxu l-kriterji li tapplika l-Kummissjoni biex tiddetermina żoni “a” u “c” (taħt l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE rispettivament).

Dawn:

  • għandhom ikunu identifikati fuq mappa ta’ għajnuna reġjonali, u nnotifikati lill-Kummissjoni u approvati minnha, qabel ma tkun tista’ tingħata għajnuna reġjonali lil riċevituri f’dawk iż-żoni;
  • għandhom ikopru 48 % tal-popolazzjoni tal-UE-27 — taħt il-linji gwida reġjonali 2014-2020 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-UE-28, iċ-ċifra kienet 47 %;
  • ser jiġu riveduti mill-Kummissjoni fl-2023, b’kont meħud tal-aħħar statistiċi disponibbli.

Rapportar

L-Istati Membri għandhom:

  • jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni;
  • iżommu rekords dettaljati għal 10 snin mid-data li fiha tingħata l-għajnuna, li jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ispejjeż eliġibbli u l-kundizzjonijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna jkunu ġew rispettati.

MINN META JAPPLIKAW IL-LINJI GWIDA?

Dawn jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2021/C 153/01 (ĠU C 153, 29.4.2021, pp. 1-46)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa (COM(2020) 102 final, 10.3.2020)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (COM(2020) 67 final, 19.2.2020)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, 11.12.2019)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli dwar il-kompetizzjoni — Taqsima 2 — Għajnuniet mogħtija mill-Istati — l-Artikolu 107 (ex Artikolu 87 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 91-92)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli dwar il-kompetizzjoni — Taqsima 2 — Għajnuniet mogħtija mill-Istati — Artikolu 108 (ex Artikolu 88 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 92-93)

Verżjoni konsolidata dwar it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sebgħa — Dispożizzjonijiet ġenerali u finali — Artikolu 349 (ex-Artikolu 299(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi, TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 195)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, pp. 1-8)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/1588 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 11.06.2021

Top