Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-Semestru Ewropew 2020: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Is-Semestru Ewropew 2020: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Is-Semestru Ewropew 2020: rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

Is-Semestru Ewropew: rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi

X’INHUMA L-GĦANIJIET TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET?

Filwaqt li jirriflettu r-realtà soċjoekonomika tal-kriżi tal-COVID-19, ir-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew 2020 tal-Kummissjoni Ewropea huma strutturati madwar żewġ oqsma biex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jsaħħu r-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom, b’mod partikolari:

  • l-għoti ta’ rispons immedjat b’rabta mal-politika ekonomika biex jiġi indirizzat u mmitigat l-impatt fuq is-saħħa u dak soċjoekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 fuq medda qasira ta’ żmien;
  • ir-rilanċ tal-attività ekonomika u t-tqegħid mill-ġdid tat-tkabbir fit-triq it-tajba, it-trawwim ta’ tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali fuq medda ta’ żmien qasira sa medja.

PUNTI EWLENIN

Sostenibbiltà kompetittiva

L-istrateġija annwali għat-tkabbir sostenibbli, adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2019, tiffoka fuq il-promozzjoni tas-sostenibbiltà kompetittiva biex tinbena ekonomija li taħdem għan-nies u għall-pjaneta. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi maħruġa lill-Istati Membri tal-UE jibnu fuq dan l-għan u jiffokaw fuq l-erba’ pilastri tas-sostenibbiltà kompetittiva:

  • l-istabbiltà ekonomika,
  • il-ġustizzja soċjali,
  • is-sostenibbiltà ambjentali, u
  • il-produttività u l-kompetittività, kif ukoll enfasi speċifika fuq is-saħħa.

Il-pandemija tal-COVID-19 żvelat kemm dawn l-aspetti huma interkonnessi u kif kwalunkwe strateġija ta’ rkupru trid tirrikonoxxi dan.

Ir-rakkomandazzjonijiet jirriflettu wkoll l-impenn tal-Kummissjoni li tintegra l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Semestru Ewropew għall-qafas integrat tagħhom li jkopri t-tħassib dwar is-saħħa pubblika, dak soċjali, ambjentali u ekonomiku.

Stabbiltà

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-2021 iqisu l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-pandemija u li jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku bħala pass importanti biex jiġi evitat li fil-futur ikun hemm żbilanċi ġodda. L-Istati Membri jridu jitħallew jitbiegħdu temporanjament mill-impenji baġitarji biex jippreservaw l-impjiegi, jgħinu lill-kumpaniji u jappoġġjaw irkupru robust. Reġim fiskali ta’ appoġġ se jiffaċilita l-irkupru tal-konsum, l-investiment u t-tkabbir.

Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu:

  • l-ikkompletar ta’ unjoni ekonomika u monetarja;
  • finanzi pubbliċi sodi;
  • settur finanzjarju stabbli;
  • il-prevenzjoni tal-iżbilanċi domestiċi u esterni;
  • ir-riformi strutturali biex tingħata spinta lill-produttività.

Ġustizzja

Il-preservazzjoni tal-impjiegi u l-provvista ta’ benefiċċji adegwati għall-qgħad u s-sostituzzjoni tal-introjtu għall-ħaddiema kollha huma importanti. L-iżgurar tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-garanzija tad-dritt għall-iżvilupp tal-ħiliet, b’mod partikolari dawk diġitali, huma prijoritajiet ewlenin. L-indirizzar tal-inugwaljanzi u l-faqar, u l-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli huma wkoll punt fokali.

Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu:

  • l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
  • il-ġlieda kontra l-faqar;
  • l-investiment fil-ħiliet u s-saħħa;
  • l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
  • it-tassazzjoni ġusta;
  • Il-koeżjoni soċjali u territorjali;
  • il-kwalità tal-impjiegi.

Sostenibbiltà ambjentali

L-investiment fl-irkupru joħloq l-opportunità li l-ekonomija tal-UE titfassal mill-ġdid u ssir aktar sostenibbli. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jidentifikaw proġetti li jagħtu spinta lin-newtralità klimatika, speċjalment fis-setturi industrijali u tat-trasport. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima għandhom imexxu l-investiment.

Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu:

  • l-għoti ta’ spinta lill-investiment sostenibbli;
  • il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija b’mod nadif u effiċjenti;
  • it-tassazzjoni ekoloġika;
  • in-newtralità karbonika;
  • il-bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari.

Il-produttività u l-kompetittività

It-tkabbir tal-produttività u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern huma kruċjali f’irkupru robust. Il-politiki għandhom jippromwovu l-innovazzjoni, l-investiment fid-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, il-ħiliet u t-taħriġ, ambjent ta’ investiment ta’ appoġġ u swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb.

Ir-rakkomandazzjonijiet ikopru:

  • ir-riċerka u l-innovazzjoni;
  • id-diġitalizzazzjoni;
  • swieq effiċjenti u kompetittivi;
  • bażi industrijali b’saħħitha;
  • appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji;
  • aċċess għall-finanzi;
  • ambjent tan-negozju ssimplifikat;
  • is-suq intern.

Kura tas-saħħa

Ir-rispons immedjat għall-pandemija tal-COVID-19 kien jinkludi miżuri biex tiżdied il-provvista ta’ prodotti mediċi kritiċi, biex jiġu estiżi l-kapaċità tal-laboratorji u l-unitajiet ta’ kura intensiva u biex jiġu reklutati ħaddiema tas-saħħa addizzjonali. Fost il-miżuri mill-Kummissjoni biex tappoġġja b’mod dirett is-sistemi tas-saħħa nazzjonali hemm:

  • is-sejħiet għall-offerti għal tagħmir u fornituri mediċi biex tinħoloq riżerva strateġika ta’ fornituri mediċi essenzjali għall-Istati Membri;
  • l-appoġġ għar-riċerka dwar il-vaċċini, id-dijanjostika u t-trattament;
  • il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tas-saħħa.

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill

Fl-20 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u stieden lill-Istati Membri jimplimentawhom bis-sħiħ u fil-ħin.

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENTI EWLENIN

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment — Is-Semestru Ewropew 2020: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (COM(2020) 500 final, 20.5.2020)

Is-Semestru Ewropew: rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 24.6.2020

DOKUMENTI RELATATI

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Belġju tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Belġju tal-2020 (COM(2020) 501 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 tal-Bulgarija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-2020 tal-Bulgarija (COM(2020) 502 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma taċ-Ċekja tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza taċ-Ċekja tal-2020 (COM(2020) 503 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tad-Danimarka tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tad-Danimarka tal-2020 (COM(2020) 504 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ġermanja tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Ġermanja tal-2020 (COM(2020) 505 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Estonja tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Estonja tal-2020 (COM(2020) 506 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Irlanda tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Irlanda tal-2020 (COM(2020) 507 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Greċja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Greċja tal-2020 (COM(2020) 508 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 ta’ Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 ta’ Spanja (COM(2020) 509 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 ta’ Franza u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 ta’ Franza (COM(2020) 510 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Kroazja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Kroazja tal-2020 (COM(2020) 511 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Italja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Italja tal-2020 (COM(2020) 512 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Ċipru tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Ċipru tal-2020 (COM(2020) 513 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Latvja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Latvja tal-2020 (COM(2020) 514 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 tal-Litwanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 tal-Litwanja (COM(2020) 515 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Lussemburgu tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Lussemburgu tal-2020 (COM(2020) 516 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Ungerija tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Ungerija tal-2020 (COM(2020) 517 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2020 ta’ Malta u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 ta’ Malta (COM(2020) 518 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tan-Netherlands tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tan-Netherlands tal-2020 (COM(2020) 519 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Awstrija tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Awstrija tal-2020 (COM(2020) 520 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Polonja tal-2020 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Polonja tal-2020 (COM(2020) 521 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-Portugall tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Portugall tal-2020 (COM(2020) 522 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-2020 tar-Rumanija u li twassal opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-2020 tar-Rumanija (COM(2020) 523 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-2020 tas-Slovenja u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-2020 tas-Slovenja (COM(2020) 524 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tas-Slovakkja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tas-Slovakkja tal-2020 (COM(2020) 525 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Finlandja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà tal-Finlandja tal-2020 (COM(2020) 526 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Iżvezja tal-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Iżvezja tal-2020 (COM(2020) 527 final, 20.5.2020)

Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tar-Renju Unit għall-2020 u li tagħti l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tar-Renju Unit tal-2020 (COM(2020) 528 final, 20.5.2020)

l-aħħar aġġornament 30.07.2020

Top