This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Sustainability-related disclosures in the financial services sector
Żvelar relatat mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
Żvelar relatat mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
Ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur finanzjarju
Ir-regolament jagħmel distinzjoni bejn riskji ta’ sostennibbiltà barra-ġewwa (avvenimenti jew kundizzjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) li, jekk jiġru, jistgħu jikkawżaw impatt materjali attwali jew b’potenzjal negattiv fuq il-valur ta’ investiment) u impatti avversi fuq fatturi ta’ sostenibbiltà (esternalitajiet negattivi fuq kundizzjonijiet ESG). Ir-regolament jiċċara wkoll l-impatti pożittivi potenzjali tas-sostenibbiltà tal-investiment.
Trasparenza fil-livell tal-entità/trasparenza minn parteċipanti fis-suq finanzjarju u konsulenti finanzjarji
Il-parteċipanti fis-suq finanzjarju u l-konsulenti finanzjarji għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom:
Is-siti web tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju u l-konsulenti finanzjarji għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar kif:
Trasparenza tal-prodott finanzjarju
Prodotti finanzjarji sostenibbli bi gradi varji ta’ ambizzjoni ġew żviluppati sal-lum. Dan huwa għaliex ir-regolament jiddistingwi bejn ir-rekwiżiti ta’ trasparenza:
Iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti finanzjarji jridu jispjegaw kif għandha tinkiseb is-sostenibbiltà tal-ESG tagħhom f’dokumenti prekuntrattwali relatati mal-prodotti finanzjarji* u nkisbu f’dokumenti perjodiċi relatati mal-prodotti finanzjarji*.
Barra minn hekk, il-prodotti finanzjarji kollha għandhom:
Regoli simili japplikaw għall-konsulenti finanzjarji. Il-parteċipanti fis-suq finanzjarju li jqisu l-impatti negattivi prinċipali fuq kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà jridu jispjegaw ukoll jekk u, jekk iva, kif, il-prodotti finanzjarji tagħhom iqisu l-impatti negattivi prinċipali.
Awtoritajiet superviżorji Ewropej:
Ir-rapport isir pubbliku u jintbagħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE):
Il-Kummissjoni:
Ir-Regolament ma japplikax awtomatikament għal:
Regolament delegat (UE) 2022/1288 jissupplimenta Regolament (UE) 2019/2088 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji u jisspeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni f’dokumenti prekuntrattwali fuq siti tal-internet u f’rapporti perjodiċi relatati ma’:
Fil-31 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni adottat emendi għal dan ir-regolament delegat (Regolament Delegat (UE) 2023/363) li jitlob lil parteċipanti tas-suq finanzjarju biex jiżvelaw l-estent li għalih il-portafoll tagħhom huwa espost għal attivitajiet relatati ma’ gass u enerġija nukleari li jikkonformaw mar-regolament dwar it-tassonomija (ara s-sommarju), kif stipulat fl-Att Delegat dwar il-Klima Kumplimentari.
Dawn l-emendi għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza u jippermettu lil investituri biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati ta’ investiment.
Ir-rekwiżiti u l-istandards ilhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023 u l-emendi ilhom japplikaw mill-20 ta’ Frar 2023.
Dan ilu japplika mill-10 ta’ Marzu 2021, ħlief għar-regoli dwar it-trasparenza ta’ impatti avversi ta’ sostenibbilità, fejn japplikaw għal parteċipanti tas-suq finanzjarju li jeċċedi medja ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja jew li huma impriżi omm ta’ grupp kbir li jeċċedi, fuq bażi konsolidata, 500 impjegat matul is-sena finanzjarja. F’dawn il-każijiet, ilu japplika mit-30 ta’ Ġunju 2021.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, pp. 1–16).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/2088 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’relazzjoni mal-prinċipju ta’ “tagħmilx dannu sinifikanti ”, li jispeċifika l-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni b’relazzjoni ma’ indikaturi ta’ sostenibbiltà u impatti avversi ta’ sostenibbiltà; u l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni b’relazzjoni mal-promozzjoni ta’ karatteristċi ambjentali jew soċjali u objettivi ta’ investiment sostenibbli.f’dokumenti prekuntrattwali fuq siti tal-internet u rapporti perjodiċi (ĠU L 196, 25.7.2022, pp. 1–72). Test ippubblikat mill-ġdid fir-rettifika (ĠU L 332, 27.12.2022, pp. 1–74).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (ĠU L 198, 25.7.2019, pp. 1–63).
Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembrur 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għal provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni) (ĠU L 354, 23.12.2016, pp. 37–85).
Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 26, 2.2.2016, pp. 19–59).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, pp. 98–121).
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 349–496).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338–436).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, pp. 1–17).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, pp. 18–38).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, pp. 1–73).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novemru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (riformulazzjoni) (ĠU L 335, 17.12.2009, pp. 1–155).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminstrattivi relatati ma’ impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (ĠU L 302, 17.11.2009, pp. 32–96).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 06.03.2023