Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Finanzi sostenibbli

Finanzi sostenibbli ġeneralment jirreferu għall-proċess li jittieħdu b’mod xieraq kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza meta fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur finanzjarju, li jwasslu għal investimenti fit-tul f’attivitajiet u proġetti ekonomikament sostenibbli.

  • Kunsiderazzjonijiet ambjentali jirreferu għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-ambjent aktar ġenerali, bħall-preservazzjoni tal-bijodiversità, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari.
  • Kunsiderazzjonijiet soċjali jirreferu għal kwistjonijiet ta’ inugwaljanza, l-inklużjoni, relazzjonijiet industrijali, l-investiment fil-kapital uman u l-komunitajiet, u kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
  • Il-governanza ta’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati, inkluż il-ġestjoni tal-istrutturi, relazzjonijiet mal-impjegati u r-remunerazzjoni tal-eżekuttivi, għandha rwol fundamentali biex tiżgura l-inklużjoni tal-kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

ARA WKOLL

Top