EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • L-għan tar-regolament huwa li jistabbilixxi Aġenzija ġdida tal-Unjoni Ewropea (UE) għat-Tmexxija Operattiva* ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) b’mandat akbar.
  • Dan iħassar ir-regolament preċedenti, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011.
  • Ir-regolament ġie emendat diversi drabi, l-aktar reċenti bir-Regolament (UE) 2023/969, li jistabbilixxi pjattaforma ta’ kollaborazzjoni biex tappoġġa l-funzjonament ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta* billi tippermetti lill-prosekuturi u lill-imħallfin jiskambjaw informazzjoni u jressqu kriminali għall-ġustizzja (ara s-sommarju).

PUNTI EWLENIN

Objettivi

L-eu-LISA trid tiżgura:

  • l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira bl-użu ta’ struttura adegwata għat-tmexxija tal-proġetti;
  • it-tħaddim effettiv, sigur u kontinwu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
  • it-tmexxija effiċjenti u finanzjarjament responsabbli ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
  • servizz ta’ kwalità għolja adegwat għall-utenti ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
  • kontinwità u servizz mingħajr interruzzjoni;
  • livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, b’konformità mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;
  • livell xieraq ta’ sigurtà tad-data u fiżika, inklużi regoli speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira.

Kompiti

L-aġenzija hija responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-11 ta’ Diċembru 2018.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Tmexxija operattiva. Il-kompiti meħtieġa sabiex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jinżammu jaħdmu f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minnhom, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta’ komunikazzjoni użata minnhom. Is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ma jridux jiskambjaw data jew jippermettu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni jew għarfien, sakemm dan ma jkunx awtorizzat b’liġi tal-UE speċifika.
Timijiet ta’ investigazzjoni konġunta. Timijiet stabbiliti minn żewġ Stati Membri jew aktar għal investigazzjonijiet kriminali speċifiċi b’impatt transkonfinali u għal perjodu ta’ żmien limitat. Din tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi kompetenti involuti jorganizzaw u jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom b’mod konġunt u jinvestigaw b’mod effiċjenti anke f’każijiet kumplessi ħafna bħal attivitajiet tal-kriminalità organizzata mhux marbuta b’xi fruntiera.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99–137).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/1726 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2023/969 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi pjattaforma ta’ kollaborazzjoni sabiex tappoġġa l-funzjonament tal-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 132, 17.5.2023, pp. 1–20).

Ir-Regolament (UE) 2022/1190 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta’ allerti ta’ informazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni (ĠU L 185, 12.7.2022, p. 1–9).

Ir-Regolament (UE) 2022/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta’ data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali (is-sistema CODEX) u r-Regolament emendatorju (UE) 2018/1726 (ĠU L 150, 1.6.2022, pp. 1–19).

Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11–85).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/1133 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viż (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 1–10).

Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 1–26).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 27–84).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 85–135).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 56–106).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 14–55).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, pp. 1–13).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 1–71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, pp. 20–82).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 on the establishment of “Eurodac” dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 1–30).

Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60–81).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, pp. 5–7).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.02.2024

Top