Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Standards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati fl-Unjoni Ewropea

Právní stav dokumentu Shrnutí bylo archivováno a nebude se aktualizovat. Aktualizované informace o daném tématu jsou uvedeny na stránce: 'Standards internazzjonali ta’ rapportar (IFRS) adottati mill-Unjoni Ewropea'

Standards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati fl-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (IAS) li l-UE adottat. Skont regolament parallel (Regolament (KE) Nru 1606/2002Standards internazzjonali tal-kontabilità), il-kumpaniji elenkati* kollha fl-UE, inklużi banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni, għandhom iħejju l-kontijiet ikkonsolidati tagħhom skont dawn ir-rekwiżiti.
  • Huwa jissostitwixxi u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li kien adotta preċedentement ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament u l-emendi suċċessivi jinkludu:

Il-Kummissjoni Ewropea:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-2 ta’ Diċembru 2008.

SFOND

  • Kumpaniji elenkati għandhom iħejju r-rapporti finanzjarji kkonsolidati tagħhom skont sett komuni ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju.
  • L-istandards għandhom l-għan li jiżguraw it-trasparenza u l-komparabilità tal-kontijiet tal-kumpanija. Din l-informazzjoni tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti u kosteffettiv tas-suq kapitali tal-UE.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Kumpaniji elenkati: kumpaniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati f’suq regolat.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, pp. 1-481)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1126/2008 ġew inkorporati fil-verżjoni oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, pp. 1-4)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 261, 13.10.2003, pp. 1-420)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.05.2019

Nahoru