Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Ukraina (EUAM Ukraine)

Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Ukraina (EUAM Ukraine)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

  • Din tawtorizza missjoni konsultattiva tal-Unjoni Ewropea (UE), il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine), biex tassisti lill-Ukrajna fir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, filwaqt li tappoġġa lill-pulizija u lill-istat tad-dritt.
  • Id-deċiżjoni ġiet emendata diversi drabi, l-aktar reċentement bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/638 li temenda l-mandat tal-EUAM Ukraine biex tipprovdi wkoll appoġġ fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati internazzjonali.

PUNTI EWLENIN

Mandat

  • EUAM Ukraine hija missjoni ċivili ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni biex tiggwida u tagħti pariri lill-korpi Ukreni rilevanti sabiex:
    • jipprovdu pariri strateġiċi dwar ir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, b’mod partikolari biex jiżviluppaw strateġiji għas-settur tas-sigurtà ċivili;
    • jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ riformi permezz ta’ pariri prattiċi, taħriġ u proġetti oħra;
    • jipprovdu kooperazzjoni u koordinazzjoni biex jiżguraw li l-isforzi tar-riformi jiġu kkoordinati mal-korpi Ukreni u dawk internazzjonali.
  • Fil-kuntest tal-aggressjoni militari mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna f’Marzu u f’April 2022, l-Istati Membri tal-UE ddeċidew dwar kompiti ġodda għall-EUAM Ukraine. Din issa tipprovdi appoġġ lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex jiġi ffaċilitat il-fluss ta’ rifuġjati mill-Ukrajna lejn l-Istati Membri ġirien u d-dħul ta’ għajnuna umanitarja fl-Ukrajna. L-EUAM Ukraine tappoġġa wkoll lill-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt biex jiffaċilitaw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati internazzjonali.
  • L-EUAM Ukraine se tiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti Kriminali Internazzjonali u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, kif ukoll mal-Istati Membri li jaġixxu b’appoġġ dirett għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati internazzjonali fl-Ukrajna.

Prijoritajiet

EUAM Ukraine għandha ħames prijoritajiet fl-appoġġ lill-awtoritajiet tal-Ukrajna għar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili:

  • is-sigurtà nazzjonali u tal-istat;
  • il-ġustizzja kriminali;
  • kriminalità organizzata u transfruntiera;
  • il-ġestjoni komunitarja tas-sikurezza u tal-pulizija;
  • it-trasformazzjoni u l-innovazzjoni diġitali.

Il-prijoritajiet trasversali tagħha jinkludu d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Katina ta’ kmand

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2014. Il-validità tad-deċiżjoni ġiet estiża sal-31 ta’ Mejju 2024.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, pp. 42-47)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2014/486/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/992 tal-4 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 160, 18.6.2019, p. 24)

l-aħħar aġġornament 05.07.2022

Top