EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA)

Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA)

 

SOMMARJU TA’:

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta’ servizzi relatati fiż-żona ta’ kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1603 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2234 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA)

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-ftehim għandu l-għan li juża l-għarfien espert tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita biex jgħin lis-17-il pajjiż membru Afrikan tal-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) jiżviluppaw il-faċilitajiet u s-sistemi tagħhom stess.
  • Id-Deciżjoni (UE) 2016/2234 d-Deċiżjoni (UE) 2018/1603 jimmarkaw rispettivament l-iffirmar u l-approvazzjoni tal-UE għall-ftehim.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim japplika l-prinċipji li ġejjin :

  • il-vantaġġ reċiproku, il-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi;
  • il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ xulxin;
  • l-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni rilevanti kollha;
  • il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

Il-kooperazzjoni tkopri:

  • l-istabbiliment u l-operat tas-sistema SBAS- (sistema ta’ awmentazzjoni bis-satellita) ASECNA;
  • il-promozzjoni ġenerali fl-Afrika tas-servizzi u l-ispeċifiċitajiet tan-navigazzjoni bis-satellita, bħall-ispettru tar-radju, l-istandards, is-sikurezza, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-komunikazzjoni u l-iskambji tal-persunal.

L-UE:

L-UE u ASECNA:

  • jikkonsultaw lil xulxin dwar iż-żoni ta’ servizz Sikurezza tal-Ħajja (SoL) ta’ EGNOS u ta’ SBAS-ASECNA, speċjalment dwar l-interoperabbiltà u r-responsabbiltà, sabiex jiġu evitati problemi fl-operat;
  • jagħmlu disponibbli lil xulxin mingħajr ħlas id-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali tagħhom, billi jelenkawhom f’reġistru aġġornat;
  • jippromwovu l-użu tal-programm Galileo fl-Afrika;
  • jikkooperaw dwar il-ġestjoni tal-ispettru ta’ frekwenzi tar-radju mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni;
  • ifittxu approċċ konġunt għall-istandardizzazzjoni u s-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita f’organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet internazzjonali;
  • jieħdu miżuri biex jiżguraw il-kontinwità, is-sigurtà u s-sikurezza tas-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita;
  • iwettqu attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp u ta’ komunikazzjoni u promozzjoni għall-programmi rispettivi tagħhom;
  • jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u jikkonsultaw lil xulxin malajr meta jintalbu;
  • mhumiex responsabbli għal xi responsabbiltà marbuta mas-sistemi tal-ieħor.

L-ASECNA tkopri l-kost tas-sistema SBAS-ASECNA, iżda hija eliġibbli għall-fondi ta’ kooperazzjoni u ta’ żvilupp tal-UE.

Kumitat konġunt, il-kumitat GNSS tal-UE/ASECNA, b’rappreżentanti minn kull sieħeb, huwa responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-ftehim.

It-tilwim jiġi solvut permezz ta’ arbitraġġ u kwalunkwe parti tista’ ttemm il-ftehim b’avviż ta’ 6 xhur.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2018.

SFOND

L-ASECNA, l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar, hija organizzazzjoni pubblika internazzjonali bi 17-il membru Afrikan u Franza. Maħluqa fl-1959, il-missjoni ewlenija tagħha hija li tipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u informazzjoni ajrunawtika u ta’ meteoroloġija fi spazju tal-ajru uniku ta’ aktar minn 16-il miljun kilometru kwadru.

Għal aktar tagħrif ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta’ servizzi relatati fiż-żona ta’ kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivil (ĠU L 268, 26.10.2018, pp. 3-15)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1603 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta’ servizzi relatati fiż-żona ta’ kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 268, 26.10.2018, pp. 1-2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 tal-21 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta’ servizzi relatati fiż-żona ta’ kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 337, 13.12.2016, pp. 1-2)

DOKUMENTI RELATATI

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-“Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta’ servizzi relatati fiż-żona ta’ kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili” (ĠU L 292, 19.11.2018, p. 1)

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122)

Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 1-24)

Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 276, 20.10.2010, pp. 11-21)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 912/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 10.09.2020

Top