EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ Sħubija Strateġika UE-Ġappun

Ftehim ta’ Sħubija Strateġika UE-Ġappun

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1197 dwar l-iffirmar, f’isem l-UE, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE u l-Ġappun

Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA STRATEĠIKA (SPA)?

L-SPA huwa l-ewwel ftehim ta’ qafas bilaterali bejn l-UE u l-Ġappun. Għandu l-għan li jiżgura kooperazzjoni politika u ekonomika eqreb fuq għadd sħiħ ta’ kwistjonijiet bilaterali, reġjonali u multilaterali.

Flimkien ma’ oqsma ta’ politika speċifiċi, l-SPA jikkonferma l-impenn tas-sħab biex jippreservaw il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u jippromovu valuri u prinċipji demokratiċi kondiviżi.

Id-deċiżjoni tippermetti l-iffirmar tal-SPA f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

L-SPA wiesa’ jkopri l-kooperazzjoni dwar:

L-SPA jipprevedi:

  • kumitat konġunt biex jikkoordina s-sħubija ġenerali;
  • proċedura ta’ soluzzjoni ta’ tilwim.

MINN META JAPPLIKA L-SPA?

Minħabba l-importanza tal-implimentazzjoni tal-SPA kemm jista’ jkun malajr, l-UE u l-Ġappun qablu li japplikaw għadd ta’ artikoli tal-SPA b’mod proviżorju sakemm dan jidħol fis-seħħ. Dawn l-artikoli jkopru:

  • oqsma li jinkludu l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà;
  • politiki bħat-trasport, it-turiżmu u l-ambjent; u
  • il-ħolqien ta’ kumitat konġunt.

L-SPA se jidħol fis-seħħ wara li jitlestew il-proċeduri ta’ ratifika mill-pajjiżi tal-UE u l-Parlament Ewropew ikun ta l-kunsens tiegħu.

SFOND

B’mod parallel man-negozjati dwar l-SPA, l-UE u l-pajjiżi tal-UE tagħha fetħu negozjati għal ftehim ta’ sħubija ekonomika mal-Ġappun fid-29 ta’ Novembru 2012. Dawn bdew f’April 2013 u l-kontenut tal-ewwel ftehim ta’ qafas bilaterali bejn l-UE u l-Ġappun ġie ffinalizzat f’April 2018.

Fis-26 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill tal-UE awtorizza l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija strateġika f’isem l-UE. L-SPA ġie ffirmat mill-UE u l-Ġappun fil-25 summit UE-Ġappun f’Tokjo fis-17 ta’ Lulju 2018. Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-Ġappun ġie ffirmat ukoll f’Tokjo fis-17 ta’ Lulju 2018.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1197 tas-26 ta’ Ġunju 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra (ĠU L 216, 24.8.2016, p. 1-3)

Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra (ĠU L 216, 24.8.2018, p. 4-22)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/966 tas-6 ta’ Lulju 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (ĠU L 174, 10.7.2018, p. 1)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu 37 (ex l-Artikolu 24 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 36)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-Azzjoni Esterna tal-Unjoni — Titolu III — Il-Kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-għajnuna umanitarja — Kapitolu 2 — Koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi — l-Artikolu 212 (ex l-Artikolu 181a TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 142)

l-aħħar aġġornament 14.12.2018

Top