EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2017/1939 - li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi uffiċċju indipendenti tal-prosekuzzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) bis-setgħa ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u t-tressiq għall-ġustizzja ta’ reati kriminali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.
  • Hu jistabbilixxi sistema ta’ setgħat kondiviżi bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) (UPPE) u awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra tali reati kriminali bi prijorità għas-setgħat tal-UPPE.

PUNTI EWLENIN

Pajjiżi parteċipanti

  • Ir-regolament li jistabbilixxi l-UPPE taħt kooperazzjoni msaħħa japplika għat-22 Stat Membru parteċipanti tal-UE: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.
  • L-Irlanda, l-Ungerija, il-Polonja u l-Iżvezja jistgħu jissieħbu fi kwalunkwe waqt. Id-Danimarka għandha esklużjoni fakultattiva permanenti mill-miżuri tal-UE rigward il-ġustizzja kriminali.

Kamp ta’ applikazzjoni

Organizzazzjoni

L-UPPE huwa mibni fuq żewġ livelli.

  • Il-livell ċentrali li jikkonsisti minn Uffiċċju Ċentrali fis-sede tal-UPPE fil-Lussemburgu. Il-livell ċentrali jikkonsisti mill-Kap Prosekutur Ewropew, iż-żewġ Viċi Kapijiet tiegħu, il-Prosekuturi Ewropej (wieħed għal kull Stat Membru parteċipanti tal-UE) u d-Direttur Amministrattiv.
  • Il-livell deċentralizzat jikkonsisti minn Prosekuturi Delegati Ewropej li jinsabu fl-Istati Membri parteċipanti tal-UE.

Indipendenza

  • Il-persunal tal-UPPE jaġixxi fl-interess tal-UE kollha u la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn xi parti barranija.
  • L-UPPE huwa strutturalment indipendenti minn kull istituzzjoni oħra jew servizz ieħor tal-UE.
  • Il-Kap Prosekutur Ewropew jiġi magħżul wara sejħa miftuħa għal kandidati u jinħatar mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. It-terminu tal-uffiċċju huwa limitat għal 7 snin u ma jiġġeddidx.
  • Il-Kap Prosekutur Ewropew jista’ jitkeċċa biss permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara applikazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni Ewropea.
  • Il-Prosekuturi Delegati Ewropej għandhom ikunu kompletament indipendenti minn awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni nazzjonali.

Tnedija ta’ operazzjonijiet

Att ta’ implimentazzjoni, li jimplimenta Deċiżjoni (UE) 2021/856, iffissa l-1 ta’ Ġunju 2021 bħala d-data minn meta l-UPPE assuma l-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni mgħotija lilu minn Regolament (UE) 2017/1939.

Ipproċessar ta’ data personali operazzjonali

Att delegat, Regolament Delegat (UE) 2020/2153, emenda Regolament (UE) 2017/1939, u żied anness li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti ta’ data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-file tal-każijiet mill-UPPE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-20 ta’ Novembru 2017.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/1939 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/856 tal-25 ta’ Mejju 2021 li tiddetermina d-data minn meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jassumi l-kompiti ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni (ĠU L 188, 28.5.2021, pp. 100–102).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1103 tas-7 ta’ Awwissu 2018 li tikkonferma l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-kooperazzjoni msaħħa għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 201, 8.8.2018, p. 2-3)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1094 tal-1 ta’ Awwissu 2018 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tan-Netherlands fil-kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 196, 2.8.2018, p. 1-2)

Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, pp. 29–41).

l-aħħar aġġornament 14.03.2022

Top