EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) inħolqot għall-ewwel darba fl-1952. It-Trattat ta’ Lisbona żied mal-kamp ta’ applikazzjoni ġurisdizzjonali tagħha. Il-QtĠ-UE hija magħmula miż-żewġ fergħat segwenti.

  • Il-Qorti tal-Ġustizzja: din il-qorti tkompli tagħti deċiżjonijiet preliminari, tisma’ xi azzjonijiet kontra l-istituzzjonijiet tal-UE mressqa mill-pajjiżi tal-UE u tilqa’ l-appelli mill-Qorti Ġenerali. Issa qiegħda tagħti wkoll deċiżjonijiet fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja u tieħu deċiżjonijiet dwar il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u fi kwistjonijiet li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
  • Il-Qorti Ġenerali: din il-qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ azzjonijiet kontra l-istituzzjonijiet tal-UE mressqa miċ-ċittadini u, f’xi każijiet, minn pajjiżi tal-UE. Hija tagħti sentenzi wkoll f’każijiet dwar relazzjonijiet ta’ impjieg bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-impjegati tagħhom.

ARA WKOLL

Top