Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-integrazzjoni taċ-ċittadini mhux tal-UE

L-integrazzjoni taċ-ċittadini mhux tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni (COM(2016) 377 final) — Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

X’INHU L-GĦAN EWLIENI TAL-PJAN TA’ AZZJONI?

  • Dan jistabbilixxi prijoritajiet politiċi u miżuri speċifiċi biex jgħin lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jintegraw liċ-ċittadini mhux tal-UE fis-soċjetà.
  • Dan jiddeskrivi l-assistenza operazzjonali u finanzjarja li l- Kummissjoni Ewropea tista’ tipprovdi biex tappoġġja l-politiki nazzjonali u d-diversi organizzazzjonijiet u korpi li jaħdmu fuq l-integrazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-pjan ta’ azzjoni fih diversi inizjattivi tal-UE li l-Kummissjoni nediet jew se tniedi biex tappoġġja l-integrazzjoni f’oqsma speċifiċi. Dawn jinkludu:

  • Miżuri ta’ qabel it-tluq/ta’ qabel il-wasla: miżuri li jippromwovu l-bidu tal-attivitajiet ta’ integrazzjoni malajr kemm jista’ jkun qabel ma l-migranti jibdew il-vjaġġ tagħhom u għall-komunitajiet li jkunu se jirċivuhom.
  • Edukazzjoni: miżuri li jappoġġjaw l-għoti ta’ klassijiet tal-lingwa u li jippromwovu l-edukazzjoni inklużiva.
  • Suq tax-xogħol: miżuri li jippromwovu identifikazzjoni bikrija tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-wasliet ġodda, it-tneħħija tal-ostakoli għat-taħriġ vokazzjonali u l-ġbir b’suċċess ta’ prattiki tajbin.
  • Servizzi bażiċi: is-servizzi ta’ akkomodazzjoni u tas-saħħa huma oqsma ta’ politika nazzjonali, iżda l-UE tista’ tgħin bil-finanzjament u l-appoġġ għall-aħjar prattiki, speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli, u fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ pilota għall-professjonisti tas-saħħa.
  • Inklużjoni soċjali: miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva ta’ migranti li jkunu għadhom kemm waslu fl-attivitajiet kulturali, taż-żgħażagħ, tal-isports u attivitajiet oħrajn, flimkien ma’ miżuri biex jitrawwem il-fehim reċiproku u tiġi miġġielda kull forma ta’ diskriminazzjoni.
  • Koordinazzjoni tal-politiki: in-Netwerk Ewropew dwar l-Integrazzjoni jista’ jintuża biex iħeġġeġ kuntatti u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam u netwerks oħrajn fl-oqsma ta’ politika speċifiċi bħall-impjieg u l-edukazzjoni.
  • Finanzjament: minbarra l-finanzi nazzjonali disponibbli, l-UE tista’ tiffinanzja parzjalment aspetti differenti tal-integrazzjoni, li jvarjaw minn inklużjoni soċjali u tnaqqis fil-faqar għall-ħolqien tal-impjiegi, mill-fondi soċjali, u dawk tal-iżvilupp reġjonali u rurali tagħha. Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni jista’ jipprovdi appoġġ speċifiku għal attivitajiet ta’ integrazzjoni.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi(COM(2016) 377 final, 7.6.2016)

l-aħħar aġġornament 27.07.2017

Top