Glossarju tat-taqsiriet

Għajnuna Esporta l-PDF Ipprintja din il-paġna 

Fondi Strutturali u ta’ Investiment

Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (il-Fondi ESI) huma fondi li jaħdmu flimkien sabiex jappoġġaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jwasslu l-objettivi tal-istrateġija ta' Ewropa 2020 tal-UE għall-ġenerazzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Hemm 5 fondi:

  • il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR);
  • il-Fond Soċjali Ewropew (FSE);
  • il-Fond ta' Koeżjoni (FK);
  • Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);
  • Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Hemm 3 fondi li lkoll jaqgħu taħt il-politika tal-koeżjoni tal-UE: FEŻR, FSE u FK. Ir-reġjuni tal-UE kollha huma eleġibbli għall-fondi tal-FEŻR u tal-FSE iżda r-reġjuni inqas żviluppati biss huma eleġibbli għal appoġġ tal-FK. Finanzi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni tal-UE għall-perjodu 2014-2020 jammontaw għal €351.8 biljun.

2 fondi oħrajn, il-FAEŻR (taħt il-politika agrikola komuni) (€85 biljun) u EMFF (taħt il-politika tas-sajd komuni) (€6.5 biljun), huma mmirati speċifikament lejn il-ħtiġijiet tar-reġjuni rurali u marittimi rispettivament.

L-infiq ta' dawn il-fondi sejjer ikun ikkumplimentat mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, imħabbar f'Novembru 2014.

Il-fondi kollha ta' hawn fuq isegwu l-miri tal-UE tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.