EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Akkwist pubbliku — regoli għas-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

Akkwist pubbliku — regoli għas-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/25/UE dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Hija tistabbilixxi regoli dwar l-akkwist ta’ kuntratti pubbliċi minn entitajiet attivi fis-settur tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali.
  • Ir-regoli tagħha huma bbażati fuq ir-regoli tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku ġenerali 2014/24/UE (ara s-sommarju), iżda qis in-natura speċifika ta’ dawn is-setturi.

PUNTI EWLENIN

L-entitajiet attivi fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali li huma entitajiet pubbliċi, huma propjetà pubblika jew jibbenefiaw minn drittijiet speċjali jew esklussivi għandhom isegwu r-regoli stabbiliti fid-direttiva.

Limiti

Il-kuntratti jeħtieġ li jingħataw skont ir-regoli tad-direttiva meta l-ammonti involuti jkunu ’l fuq mil-limiti sussegwenti:

  • EUR 443,000 għal kuntratti ta’ forniment u servizzi u għal kompetizzjonijiet ta’ disinn (mill-1 ta’ Jannar 2024);
  • EUR għal kuntratti ta’ xogħolijiet (mill-1 ta’ Jannar 2024);
  • EUR 1 000 000 għal kuntratti ta’ servizzi għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi.

Il-Kummissjoni Ewropea tevalwa dawn il-limiti kull sentejn skont l-obbligi internazzjonali tal-UE.

Attivitajiet koperti

Id-direttiva tapplika għall-akkwist pubbliku fi:

  • il-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni b’konnessjoni mas-setturi tal-gass u tat-tisħin, tal-elettriku u tal-ilma, meta dawn ikunu servizzi fornuti lill-pubbliku;
  • it-trasport pubbliku permezz ta’ ferrovija, tramm, trolley, karozza tal-linja jew funikular;
  • l-ajruporti, il-portijiet marittimi u interni u terminali oħrajn għall-ajru, il-baħar jew kanali;
  • is-servizzi postali u negozji oħrajn li jipprovdu lill-pubbliku b’servizzi simili li jinvolvu l-clearance, it-tqassim, it-twassil u l-kunsinna ta’ oġġetti postali;
  • l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass u l-esplorazzjoni għal, jew l-estrazzjoni ta’ faħam u fjuwils solidi oħrajn.

Eżenzjonijiet

Id-Direttiva ma tapplikax għal:

  • xiri ta’ oġġetti biex jerġgħu jinbigħu jew jinkrew;
  • kuntratti f’pajjiżi mhux tal-UE;
  • kuntratti li jinvolvu aspetti tad-difiża jew tas-sigurtà li huma koperti jew esklużi mid-Direttiva 2009/81/KE (ara s-sommarju).

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-18 ta’ April 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva2014/25/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 243–374).

L-Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/25/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 65–242).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 1–64).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (Formuli Elettroniċi) (ĠU L 272, 25.10.2019, pp. 7–73).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.12.2023

Top