Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir elettriku u elettroniku

Restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir elettriku u elettroniku

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2011/65/UE — dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din issaħħaħ ir-regoli eżistenti dwar l-użu ta’ sustanzi perikolużi, bħaċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju, f’tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, b’mod partikolari billi tippermetti l-irkupru u t-trattament tal-iskart tal-EEE ambjentalment korrett.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni riformulata taġġorna d-Direttiva 2002/95/KE li llimitat l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fl-EEE billi, fost affarijiet oħrajn, estendiet ir-restrizzjonijiet fl-użu ta’ sustanzi perikolużi għal firxa usa’ ta’ EEE.

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Anness tad-direttiva jistabbilixxi l-kategoriji tal-EEE li huma koperti mil-leġiżlazzjoni. Dawn ivarjaw minn apparat domestiku għal tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), flimkien ma’ kategorija miftuħa omnikomprensiva (rilevanti minn Lulju 2019).
  • Il-projbizzjoni issa tapplika għall-EEE kollu u għal kejbils u spare parts. Tingħata lista qasira ta’ esklużjonijiet għal ċerti każijiet speċjali.
  • Din il-projbizzjoni ġiet introdotta gradwalment għal ċerti prodotti. Tidħol fis-seħħ fit-:
    • għal strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u għal tagħmir mediku;
    • għal tagħmir mediku in vitro;
    • għal monitoraġġ industrijali u strumenti ta’ kontroll;u
    • għal gruppi ta’ prodotti li jifdal.

Esklużjonijiet

Ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għal firxa ta’ oġġetti bħal armi, tagħmir għall-ispazju, għodod industrijali kbar li jibqgħu f’posthom (eżempju, pressa tal-istampar, magni għad-dħin u għat-titqib) u installazzjonijiet fissi (eżempju, ġeneraturi tal-elettriku). Eżenti wkoll huma pannelli fotovolajiċi.

Id-Direttiva (UE) 2017/2102 temenda d-Direttiva 2011/65/UE biex tindirizza għadd ta’ kwistjonijiet, sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tal-leġiżlazzjoni minħabba l-ambitu miftuħ introdott fl-2011.

Din teskludi orgnijiet u xi makkinarju mobbli mhux tat-triq mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Għandha wkoll l-għan li tagħti spinta lill-ekonomija ċirkolari billi titneħħa l-projbizzjoni fuq operazzjonijiet sekondarji tas-suq (li jinvolvu t-tiswija, is-sostituzzjoni ta’ spare parts, ir-restawr u l-użu mill-ġdid u retrofitting) għall-EEE li waqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva 2002/95/KE preċedenti iżda li ma jikkonformawx mad-Direttiva 2011/65/UE.

Spare parts użati mill-ġdid, irkuprati mill-EEE, jistgħu jkunu eżentati sakemm l-użu mill-ġdid isir f’sistemi ta’ ritorn verifikabbli bejn negozju u ieħor ta’ ċirku magħluq, u li l-użu mill-ġdid tal-ispare parts ikun innotifikat lill-konsumatur.

Eżenzjonijiet

  • Jekk jiġu sodisfatti kriterji speċifiċi, ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għal perjodu temporanju għal ċerti użi eżentati, bħall-użu tal-merkurju fis-saldaturi li jintużaw għat-tagħmir elettriku u elettroniku.
  • Eżenzjonijiet mir-restrizzjonijiet huma elenkati f’żewġ annessi. Żdiedu diversi eżenzjonijiet sa minn meta ġiet ippubblikata d-direttiva u oħrajn skadew u m’għadhomx japplikaw; il-listi ta’ eżenzjoni qed jiġu aġġornati kontinwament f’konformità mal-progress tekniku.

Obbligi

  • Id-direttiva tpoġġi obbligu fuq il-manifatturi sabiex jiżguraw li kwalunkwe EEE li jqiegħdu fis-suq ikun iddisinjat u prodott skont ir-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni.
  • L-importaturi jeħtiġilhom jivverifikaw li t-tagħmir ġie approvat kif meħtieġ mill-istandards.
  • Id-Distributuri jeħtiġilhom ukoll jiżguraw li l-istandards jiġu ssodisfati.

Adattament u rieżami

  • L-annessi varji, inkluża l-lista ta’ sustanzi ristretti u l-valuri ta’ konċentrazzjoni ttollerati tagħhom jiġu rieżaminati regolarment. Sejrin jiġu aġġornati skont il-progress xjentifiku u tekniku u sejrin jikkunsidraw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.
  • Il-Kummissjoni Ewropea nediet rieżami tad-Direttiva fl-2020 biex tevalwaha u biex tadattaha jekk ikun meħtieġ.

MINN META BDIET TIĠI APPLIKATA D-DIRETTIVA?

Din ilha tiġi applikata mill-. Id-Direttiva 2011/65/UE rrevediet u ħadet post id-Direttiva2002/95/KE (u l-emendi sussegwenti tagħha) li kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sa 2004. Ir-regoli l-ġodda fid-Direttiva 2011/65/UE kellhom isiru liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) (ĠU L 174, , pp. 88-110)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/65/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha biss valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament

Top