Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni finanzjarja ma’ pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tas-sikurezza nukleari (2014–2020)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Kooperazzjoni finanzjarja ma’ pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tas-sikurezza nukleari 2021–2027' for an updated information about the subject.

Kooperazzjoni finanzjarja ma’ pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tas-sikurezza nukleari (2014–2020)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (Euratom) Nru 237/2014 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni għas-sikurezza nukleari

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jippermetti għotjiet lil pajjiżi mhux tal-UE bil-għan li jinżammu l-ogħla standards possibbli fir-rigward tas-sikurezza nukleari.
  • Huwa jappoġġa l-iżvilupp ta’ strateġiji għal
    • ġestjoni tal-iskart nukleari u l-fjuwil użat, u
    • id-dekummissjonar tal-impjanti nukleari u siti preċedenti tat-tħaffir għall-uranju.
  • ikopri s-snin 2014-2020 u għandu baġit ta’ EUR 225 miljun.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

  • Il-promozzjoni tal-approċċ tal-UE għall-ogħla standards ta’ sikurezza possibbli biex b’hekk tiżdied is-sikurezza tas-setturi nukleari ta’ pajjiżi mhux tal-UE;
  • l-eliminazzjoni tal-perikli għall-ħajja u s-saħħa pubblika u ż-żamma ta’ titjib konsistenti, permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien;
  • il-kooperazzjoni mar-regolaturi tas-sikurezza (l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza u l-kontroll tas-sikurezza u s-sigurtà tas-settur nukleari) biex tiġi żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom, kif ukoll biex jissaħħu r-regoli dwar is-sikurezza nukleari. Dan jikkunsidra speċifikament l-attivitajiet ta’ liċenzjar u l-valutazzjonijiet tas-sikurezza jew “stress tests” tal-faċilitajiet nukleari.

Implimentazzjoni

Dan huwa bbażat fuq programm ta’ azzjoni annwali, stabbilit għal kull pajjiż li jeħtieġ l-għajnuna. Dan il-programm jinkludi dettalji bħal miżuri li għandhom jittieħdu, proġetti li għandhom jitwettqu, l-ammonti ta’ finanzjament u r-riżultati mistennija.

Il-politika tal-UE dwar il-kooperazzjoni internazzjonali

L-istrument huwa parti mill-politika barranija tal-UE dwar il-kooperazzjoni internazzjonali. Ħafna mir-regoli dwar l-implimentazzjoni tiegħu jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 għall-finanzjament ta’ strateġiji ta’ kooperazzjoni barranin. Din il-kooperazzjoni mhijiex immirata biex tippromwovi l-enerġija nukleari nnifisha barra l-UE.

Eliġibbiltà

Għalkemm huwa miftuħ għall-pajjiżi kollha, il-prijorità tingħata lil dawk il-pajjiżi li applikaw għas-sħubija mal-UE, dawk li għandhom fruntiera mal-UE u dawk li jikkonformaw ma’ trattati internazzjonali dwar is-sikurezza nukleari, bħall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari tal-1994.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

SFOND

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109–116)

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95-108)

Korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 236/2014 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 03.08.2016

Top