EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE fil-prattika

Dan ir-regolament jipprovdi l-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea (UE). Il-proċeduri prinċipali ġew ċentralizzati f’att legali wieħed li jispeċifika r-regoli applikabbli għall-programmi ta’ azzjoni u l-proġetti individwali fil-qasam.

ATT

Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna

SOMMARJU

L-UE adottat firxa ta’ strumenti finanzjarji sabiex tappoġġa l-azzjoni esterna tagħha fil-perjodu 2014-2020, jiġifieri:

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament dwar dawn l-istrumenti jispeċifikaw azzjonijiet li jridu jittieħdu, l-għanijiet tagħhom u r-riżultati mistennija, flimkien ma’ baġit u skeda ta’ żmien indikattiva.

Biex dawn l-istrumenti jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effiċjenti, ġew adottati regoli komuni u ssimplifikati permezz ta’ dan ir-regolament ġenerali dwar l-implementazzjoni.

PROGRAMMAR FINANZJARJU INDIKATTIV

Kull strument finanzjarju għandu jikkonforma ma’ programmar pluriennali indikattiv biex b’hekk l-azzjonijiet ikunu jistgħu jiġu implimentati fuq diversi snin, jekk ikun meħtieġ. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament jistgħu jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ azzjoni annwali u miżuri speċjali (jekk jirriżultaw sitwazzjonijiet jew bżonnijiet mhux mistennija).

Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll miżuri ta’ appoġġ tekniku (pereżempju, l-appoġġ amministrattiv, it-tħejjija ta’ proġetti u l-monitoraġġ tal-ispejjeż).

TIP TA’ FINANZJAMENT

L-assistenza finanzjarja tal-UE tista’ tieħu bosta forom, bħal:

  • sussidji;
  • akkwist ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
  • kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni;
  • appoġġ baġitarju;
  • strumenti finanzjarji bħal self jew garanziji finanzjarji pprovduti mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

L-azzjonijiet iffinanzjati għandhom ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju tal-UE u għandhom jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-UE jiġu rrispettati.

Ir-riżorsi disponibbli għandhom jiġu allokati sabiex jiġu massimizzati l-effiċjenza u l-impatt globali tal-azzjonijiet u sabiex tissaħħaħ il-koerenza u l-kumplimentarjetà tagħhom.

L-INVOLVIMENT TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-ATTURI LOKALI

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali għandu jkollhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet, b’mod partikolari fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tagħhom. Organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji ta’ żvilupp għandhom jaħdmu ma’ organizzazzjonijiet nongovernattivi fil-prattika.

L-azzjonijiet kollha proposti għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-promozzjoni tad-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi riċevituri.

IL-VIŻIBBILTÀ TAL-UE FIL-QASAM TAL-FONDI U L-MONITORAĠĠ

Ir-regolament jipprovdi mezz sabiex jiżgura l-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull strument finanzjarju jkun immonitorjat permezz ta’ indikaturi ċari, trasparenti u li jistgħu jitkejlu. Jekk ikun hemm bżonn, l-impatt tal-azzjonijiet jista’ jitwettaq minn evalwazzjoni esterna.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014

1.1.2014

-

ĠU L 77 tal-15.3.2014

L-aħħar aġġornament: 30.06.2014

Top