Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-unjoni doganali tal-UE mat-Turkija

L-unjoni doganali tal-UE mat-Turkija

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija — l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-unjoni doganali

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Din tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-unjoni doganali bejn l-UE u t-Turkija. Din hija l-ewwel unjoni doganali b’funzjonament sostanzjali ma’ pajjiż mhux tal-UE.

PUNTI EWLENIN

X’tirrikjedi l-Unjoni Doganali?

  • It-Turkija twiegħed li tadotta t-tariffa doganali komuni (TDK) għal ħafna mill-prodotti industrijali u kompenenti industrijali ta’ prodotti agrikoli pproċessati.
  • Fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE, it-Turkija impenjat ruħha li tapplika regoli u miżuri ta’ implimentazzjoni li huma simili ħafna għal dawk tal-politika kummerċjali tal-UE.
  • Kometizzjoni ħielsa — it-Turkija trid tiżgura li r-regoli tal-kompetizzjoni tagħha jkunu kompatibbli ma’ dawk tal-UE u li dawk ir-regoli japplikaw effettivament.
  • Iż-żewġ partijiet impenjaw rwieħhom li jneħħu d-dazji dagonali, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi* (flimkien ma’ miżuri li għandhom l-istess effett) u d-debiti kollha fuq il-kummerċ f’oġġetti industrijali ma’ xulxin.

Aktar żviluppi

  • Fl-2015, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat pjan direzzjonali bl-għan li jingħata bidu għall-preparazzjonijiet sabiex l-unjoni doganali bejn l-UE u t-Turkija tiġi mmodernizzata. Din ipprovdiet ħarsa ġennerali lejn l-għażliet potenzjali sabiex jiżdiedu r-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali u sabiex tiġi aġġornata l-unjoni doganali.
  • F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill dwar in-negozjar ta’ direttivi għall-immodernizzar tal-unjoni doganali mat-Turkija.

META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-31 ta’ Diċembru 1995.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Restrizzjonijiet kwantitattivi: limiti speċifiċi dwar il-kwantità jew il-valur ta’ oġġetti li jistgħu jiġu impurtati (jew esportati) matul ċertu perjodu ta’ żmien.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (ĠU L 35, 13.2.1996, pp. 1-46)

l-aħħar aġġornament 30.01.2017

Top