Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Baġit tal-UE — Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u Esklużjoni (EDES)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Baġit tal-UE — Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u Esklużjoni (EDES)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 — sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u esklużjoni sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jemenda r-regoli finanzjarji bażiċi tal-UE u jistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u esklużjoni mħaddma mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE kontra operaturi ekonomiċi mhux affidabbli (jiġifieri negozji, kumpaniji u organizzazzjonijiet mhux kummerċjali).

PUNTI EWLENIN

  • Is-sistema għandha l-għan li tiżgura:
    • l-identifikazzjoni bikrija ta’ riskji li jheddu l-interessi finanzjarji tal-UE;
    • l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku milli jirċievi fondi tal-UE;
    • l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji fuq l-operaturi ekonomiċi li jiksru r-regoli tal-UE.
  • Il-Kummissjoni jew awtorità kontraenti oħra għandhom jeskludu operaturi ekonomiċi milli jakkwistaw fondi tal-UE permezz ta’, pereżempju, proċeduri ta' akkwist jew ta' għotjiet tal-UE għal:
    • meta jfallu, soġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza jew jekk l-attivitajiet kummerċjali tagħhom jiġu sospiżi;
    • nuqqas ta’ ħlas tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;
    • mġiba professjonali ħażina serja, bħal ksur tad-drittijiet tal-proprjetà individwali jew id-dħul fi ftehim ma’ operaturi oħrajn bil-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;
    • frodi, korruzzjoni, parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, reati relatati mat-terroriżmu, impjieg tat-tfal jew traffikar tal-bnedmin;
    • ksur serju ta’ kuntratt jew irregolarità.
  • Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim koerenti tas-sistema, id-deċiżjonijiet dwar esklużjonijiet u penali finanzjarji jittieħdu abbażi ta’ rakkomandazzjoni minn bord indipendenti. Dan il-bord jipprovdi klassifikazzjoni preliminari fil-liġi fin-nuqqas ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali u f’każijiet relatati mal-ksur serju tal-kuntratt.
  • Deċiżjonijiet dwar jekk jiġux esklużi operaturi ekonomiċi jew jiġux imposti penali huma bbażati fuq:
  • Kwalunkwe deċiżjoni dwar is-sanzjoni hija bbażata fuq:
    • il-prinċipju tal-proporzjonalità ;
    • is-serjetà tas-sitwazzjoni;
    • l-impatt fuq il-finanzi u l-immaġini tal-UE;
    • il-perjodu mill-aġir rilevanti, it-tul u r-rikorrenza tiegħu;
    • l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza;
    • ċirkostanzi attenwanti, bħal kemm l-operatur ekonomiku jkun ikkollabora.
  • L-operaturi ekonomiċi jistgħu ma jiġux esklużi milli jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist jekk:
    • ikunu ħadu l-miżuri korrettivi, jiġifieri jkunu wrew li jistgħu jiġu fdati;
    • huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz għal perjodu limitat;
    • l-esklużjoni tkun sproporzjonata.
  • Il-penali finanzjarji jistgħu jkunu bejn 2 % u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt u t-tul ta’ żmien tal-esklużjoni jista’ jkun bejn 3 u 5 snin.
  • L-informazzjoni li tirrelata mas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u esklużjoni hija mdaħħla f’database ċentralizzata tal-Kummissjoni.
  • Il-Kummissjoni, jew l-awtorità kontraenti rilevanti, jiddeċiedu jekk jimponux jew le penali finanzjarji għal kwalunkwe frodi jew imġiba ħażina.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

SFOND

Is-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u Esklużjoni (EDES) hija mfassla biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE u biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda. Din issostitwiet is-Sistema preċedenti ta’ Twissija Bikrija u d-Database Ċentrali ta’ Esklużjoni mill-1 ta’ Jannar 2016.

Din ġiet stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 li emenda r-Regolament Finanzjarju tal-UE.

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, 30.10.2015, pp. 1-29)

l-aħħar aġġornament 05.10.2016

Top