Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2021:337:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 337, 23 ta' Settembru 2021


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 64
23 ta' Settembru 2021


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1489]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 223/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1490]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 224/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1491]

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1492]

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 226/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1493]

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 227/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1494]

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1495]

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1496]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 230/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1497]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1498]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1499]

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 233/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1500]

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 234/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1501]

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 235/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1502]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 236/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1503]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 237/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1504]

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1505]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 239/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1506]

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 240/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1507]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 241/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1508]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 242/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1509]

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 243/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1510]

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1511]

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 247/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1512]

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 248/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar ŻEE [2021/1513]

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1514]

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1515]

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 251/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1516]

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 252/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1517]

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 253/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1518]

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 254/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1519]

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 255/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1520]

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 257/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1521]

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 258/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness XVIII (Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1522]

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 259/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1523]

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 260/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1524]

62

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 261/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1525]

64

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 245/2018 [2021/1526]

65

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 222/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1489]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/719 tal-14 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fejn jidħlu l-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 D 0719: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/719 tal-14 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 120, 16.5.2018, p. 15).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/719 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 120, 16.5.2018, p. 15.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 223/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1490]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/662 tas-27 ta' April 2018 li taħtar il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-influwenza avjarja u għall-marda ta' Newcastle u li temenda l-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (1) li għandha tkun inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE) fil-Parti 3.1:

“-

32018 D 0662: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/662 tas-27 ta’ April 2018 (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 134).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 48 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/136) fil-Parti 3.2:

“49.

32018 D 0662: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/662 tas-27 ta' April 2018 li taħtar il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-influwenza avjarja u għall-marda ta' Newcastle u li temenda l-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 134).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/662 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 110, 30.4.2018, p. 134.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 224/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1491]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/597 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, jinħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 L 0597: Id-Direttiva (UE) 2018/597 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 (ĠU L 103, 23.4.2018, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2018/597 bil-lingwa Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-Presiden

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 103, 23.4.2018, p. 4.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 225/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1492]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tan-naħal u n-naħal bagħli (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:

“-

32017 D 2174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28).”

2.

Dan li ġej jiżdied fit-test tal-adattament fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:

“(d)

fl-Anness E, il-Parti 2, l-entrata II.1 (b), it-tieni inċiż, il-kliem ‘jew in-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kliem ‘l-Unjoni’.”

3.

It-test tal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1 tinbidel b'dan li ġej:

“15.

392 L 0065: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistipula l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' bhejjem, semen, ova u embriji li mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet għas-saħħa tal-bhejjem stipulati fir-regoli Komunitarji speċifiċi li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54), kif emendata bi:

1 94 N: L-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati - l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21, kif aġġustat bil-ĠU L 1, 1.1.1995, p. 15),

395 D 0176: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/176/KE tas-6 ta’ April 1995 (ĠU L 117, 24.5.1995, p. 23),

32001 D 0298: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE tat-30 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 63),

32002 R 1282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 3),

32002 R 1802: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 tal-10 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 274, 11.10.2002, p. 21),

1 03 T: Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, adottat fis-16 ta' April 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1398: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003 tal-5 ta’ Awwissu 2003 (ĠU L 198, 6.8.2003, p. 3),

32004 L 0068: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321), kif korreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128,

32003 R 0998: Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1),

32007 D 0265: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta’ April 2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17),

32008 L 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40), kif emendat bi:

32009 D 0436: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/436/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 43),

32010 R 0176: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14),

32010 D 0270: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56),

32010 D 0684: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/684/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 62),

32012 D 0112: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/112/UE tas-17 ta’ Frar 2012 (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 51),

32014 R 0846: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 846/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 (ĠU L 232, 5.8.2014, p. 5),

32013 L 0031: Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107),

32013 D 0518: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/518/UE tal-21 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14),

32017 D 2174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

fl-Artikolu 10(3), l-ewwel paragrafu, il-kelma ‘Norveġja’ għandha tiżdied wara l-kelma ‘l-Isvezja’;

(b)

fl-Artikolu 10a, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

‘In-Norveġja tista' tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-Istati Membri f'sitwazzjoni ekwivalenti.’;

(c)

fl-Artikolu 13(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

‘f.

In-Norveġja għandha perjodu sal-31 ta' Diċembru 1998 biex timplimenta l-miżuri stabbiliti fir-rigward ta' korpi, istituti u ċentri.’;

(d)

fl-Anness E, il-Parti 2, l-entrata II.1(b), it-tieni inċiż, il-kliem ‘jew in-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kliem ‘l-Unjoni’.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2174 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 226/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1493]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/969 tad-9 ta' Lulju 2018 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tneħħija ta' materjali speċifiċi ta' riskju mir-ruminanti żgħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0969: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/969 tad-9 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 174, 10.7.2018, p. 12).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/969 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 174, 10.7.2018, p. 12.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 227/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1494]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tal-11 ta' Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u t-tiġieġ imrobbijin għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A./S.V.) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.) (1) għandu jiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/983 tal-11 ta' Lulju 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Sp. z o. o.) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1039 tat-23 ta' Lulju 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diaċetat tar-ram(II) monoidratat, tad-diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat, tal-klorur tar-ram(II) diidratat, tal-ossidu tar-ram(II), tas-sulfat tar-ram(II) pentaidratat, tal-kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati, tal-kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini, tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) u tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma likwida) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006 u (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 1zq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003) u 1zzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006):

“-

32018 R 1039: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1039 tat-23 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 186, 24.7.2018, p. 3).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 1zzzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2010), 68 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 269/2012), 120 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2014) u 180 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2261):

“, kif emendata bi:

32018 R 1039: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1039 tat-23 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 186, 24.7.2018, p. 3).”

3.

Il-punti ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 259 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/346):

“260.

32018 R 0982: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/982 tal-11 ta' Lulju 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' aċidu benżojku, format tal-kalċju u aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u t-tiġieġ imrobbijin għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe N.A./S.V.) (ĠU L 176, 12.7.2018, p. 13).

261.

32018 R 0983: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/983 tal-11 ta' Lulju 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet minuri ta' porċini tas-simna jew tat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Sp. z o. o.) (ĠU L 176, 12.7.2018, p. 17)

262

32018 R 1039: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1039 tat-23 ta' Lulju 2018 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diaċetat tar-ram(II) monoidratat, tad-diidrossikarbonat tar-ram(II) monoidratat, tal-klorur tar-ram(II) diidratat, tal-ossidu tar-ram(II), tas-sulfat tar-ram(II) pentaidratat, tal-kelat tar-ram(II) tal-amminoaċidi idratati, tal-kelat tar-ram(II) tal-idroliżati tal-proteini, tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma solida) u tal-kelat tar-ram(II) tal-gliċina idratata (forma likwida) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006 u (UE) Nru 349/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 269/2012, (UE) Nru 1230/2014 u (UE) 2016/2261 (ĠU L 186, 24.7.2018, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/982, (UE) 2018/983 u (UE) 2018/1039 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 176, 12.7.2018, p. 13.

(2)   ĠU L 176, 12.7.2018, p. 17.

(3)   ĠU L 186, 24.7.2018, p. 3.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 228/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1495]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta’ Frar 2018 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

“-

32018 R 0192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta’ Frar 2018 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 15).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

“-

32018 R 0192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta’ Frar 2018 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 15).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta’ Frar 2018 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 15).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2018/192 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 36, 9.2.2018, p. 15.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 229/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1496]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1973 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u introdotti fl-Unjoni wara li jiġu trasferiti f'pajjiżi terzi u li jistabbilixxi mudell ta' ċertifikat ta' saħħa għal dawk il-prodotti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1980 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward il-metodu għas-sejbien tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar (paralytic shellfish poison, PSP) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punti 134 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 1.2 u l-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I:

“-

32017 R 1973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1973 tat-30 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 21),

-

32017 R 1980: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1980 tal-31 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 285, 1.11.2017, p. 8).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 31k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) tal-Kapitolu II:

“-

32017 R 1973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1973 tat-30 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 21),

-

32017 R 1980: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1980 tal-31 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 285, 1.11.2017, p. 8).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzzk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32017 R 1973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1973 tat-30 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 21),

-

32017 R 1980: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1980 tal-31 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 285, 1.11.2017, p. 8).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2017/1973 u (UE) 2017/1980 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*)

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 281, 31.10.2017, p. 21.

(2)   ĠU L 285, 1.11.2017, p. 8.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 230/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1497]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/415 tas-16 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali għal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE, l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/455 tas-16 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali għal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-krustaċji u l-ħut u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li, l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) u 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KEE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I:

“-

32018 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/415 tas-16 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 75, 19.3.2018, p. 18).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punti 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

“-

32018 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/415 tas-16 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 75, 19.3.2018, p. 18),

-

32018 R 0455: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/455 tas-16 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 77, 20.3.2018, p. 4).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/415 tas-16 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 75, 19.3.2018, p. 18),

-

32018 R 0455: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/455 tas-16 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 77, 20.3.2018, p. 4).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2018/415 u (UE) 2018/455 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 75, 19.3.2018, p. 18.

(2)   ĠU L 77, 20.3.2018, p. 4.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 231/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1498]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/828 tal-15 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/68 fir-rigward ta' rekwiżiti marbuta mas-sistemi tal-ibbrejkar anti-lock, mal-apparati ta' ħżin tal-enerġija bi pressjoni għolja u mal-konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/68) tal-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0828: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/828 tal-15 ta’ Frar 2018 (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/828 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 140, 6.6.2018, p. 5.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 232/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1499]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/627 tal-20 ta' April 2018 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0627: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/627 tal-20 ta’ April 2018 (ĠU L 104, 24.4.2018, p. 57).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/627 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar ŻEE (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 104, 24.4.2018, p. 57.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 233/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1500]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/991 tat-12 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idroliżat tal-membrana tal-bajd bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-UV ergotijoneina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018 tat-18 ta' Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 124b (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“-

32018 R 0991: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/991 tat-12 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 177, 13.7.2018, p. 9),

-

32018 R 1011: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 4),

-

32018 R 1018: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018 tat-18 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 9).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 135 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/199):

“136.

32018 R 0991: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/991 tat-12 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idroliżat tal-liżożoma tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 177, 13.7.2018, p. 9).

137.

32018 R 1011: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 4).

138.

32018 R 1018: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/991, (UE) 2018/1011 u (UE) 2018/1018 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 177, 13.7.2018, p. 9.

(2)   ĠU L 181, 18.7.2018, p. 4.

(3)   ĠU L 183, 19.7.2018, p. 9.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 234/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1501]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1293 tas-26 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid lattitol (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“-

32018 R 1032: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9),

-

32018 R 1293: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1293 tas-26 ta’ Settembru 2018 (ĠU L 243, 27.9.2018, p. 2).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 138 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018):

“139.

32018 R 1032: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9).

140.

32018 R 1293: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1293 tas-26 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid lattitol (ĠU L 243, 27.9.2018, p. 2).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1032 u (UE) 2018/1293 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9.

(2)   ĠU L 243, 27.9.2018, p. 2.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 235/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1502]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1122 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1123 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1132 tat-13 ta' Awwissu 2018 li jawtorizza t-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar tal-ikel ġdid żeaksantina sintetika skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1133 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 124b (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“-

32018 R 1122: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1122 tal-10 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 36),

-

32018 R 1123: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1123 tal-10 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 41),

-

32018 R 1132: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1132 tat-13 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 15),

-

32018 R 1133: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1133 tat-13 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 18).’

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 140 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1293):

“141.

32018 R 1122: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1122 tal-10 ta' Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-melħ tad-disodju tal-pirrolokinolina kinon bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 36).

142.

32018 R 1123: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1123 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-klorur tal-1-metilnikotinammid bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 204, 13.8.2018, p. 41).

143.

32018 R 1132: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1132 tat-13 ta' Awwissu 2018 li jawtorizza t-tibdil tad-denominazzjoni u tar-rekwiżit speċifiku tat-tikkettar tal-ikel ġdid żeaksantina sintetika skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 15)

144.

32018 R 1133: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1133 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-partijiet esposti mnixxfin tal-Hoodia parviflora bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 18).’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1122, (UE) 2018/1123, (UE) 2018/1132 u (UE) 2018/1133 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 204, 13.8.2018, p. 36.

(2)   ĠU L 204, 13.8.2018, p. 41.

(3)   ĠU L 205, 14.8.2018, p. 15.

(4)   ĠU L 205, 14.8.2018, p. 18.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 236/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1503]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/782 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi l-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/12) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12c.

32018 R 0782: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/782 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jistabbilixxi l-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 5).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/782 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 132, 30.5.2018, p. 5.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 237/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1504]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/520 tat-28 ta’ Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza eprinomektina f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu massimu ta' residwi tagħha (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/523 tat-28 ta’ Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza isoflurane f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu massimu ta’ residwi tagħha (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0520: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/520 tat-28 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 87, 3.4.2018, p. 9),

-

32018 R 0523: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/523 tat-28 ta’ Marzu 2018 (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/520 u (UE) 2018/523 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

ODA Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 87, 3.4.2018, p. 9.

(2)   ĠU L 88, 4.4.2018, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 238/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1505]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/781 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 847/2000 fir-rigward tad-definizzjoni tat-terminu “spettur tal-Kummissjoni” (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiżdied mal-punt 15n (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2000) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendata bi:

32018 R 0781: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/781 tad-29 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/781 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 132, 30.5.2018, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 239/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1506]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1298 tal-11 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament fir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 16 (ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 1298: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1298 tal-11 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 244, 28.9.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1298 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 244, 28.9.2018, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 240/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1507]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/895 tat-22 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 0895: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/895 tat-22 ta’ Ġunju 2018 (ĠU L 160, 25.6.2018, p. 1).’

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/895 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 160, 25.6.2018, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 241/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1508]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1129 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1130 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1131 tas-It-Tnejn, 13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzl (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzm.

32018 R 1129: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1129 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 4).

12zzzzzn.

32018 R 1130: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1130 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 8).

12zzzzzo.

32018 R 1131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1131 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 12).’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1129, (UE) 2018/1130 u (UE) 2018/1131 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 205, 14.8.2018, p. 4.

(2)   ĠU L 205, 14.8.2018, p. 8.

(3)   ĠU L 205, 14.8.2018, p. 12.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 242/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1509]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 7 (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32015 L 0720: Id-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2015/720 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 243/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1510]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771 tal-25 ta' Jannar 2018 dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-waqgħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zzm (id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/779) tal-Kapitolu XXI tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1zzn.

32018 D 0771: Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771 tal-25 ta' Jannar 2018 dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-waqgħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 82).”=

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2018/771 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 129, 25.5.2018, p. 82.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 244/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1511]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/414) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“5.

32018 R 0608: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar (OJ L 101, 20,4.2018, p. 64).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/608 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 101, 20.4.2018, p. 64.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 247/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1512]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)

jiżdied l-inċiż li ġej:

“-

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).";

(ii)

jiżdiedu l-adattamenti li ġejjin:

“(k)

Referenzi għas-setgħat tal-EIOPA skont l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fi u f’konformità mal-punt 31h ta’ dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(l)

Fl-Artikoli 52(2) u 77f(l), il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kunsill’.

(m)

Fl-Artikolu 65a, il-kliem ‘jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘EIOPA’.

(n)

Fl-Artikolu 70, ir-referenzi għal ‘banek ċentrali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ)’ u ‘banek ċentrali tas-SEBĊ’ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti s-sens tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(o)

Fl-Artikolu 138(4), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘EIOPA’ għandha tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ u l-kliem ‘kif iddikjarat mill-AEAPX’ għandu jinqara ‘kif iddikjarat mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fuq il-bażi tal-abbozzi mħejjija mill-EIOPA’.

(p)

Informazzjoni li toriġina fl-Istati tal-EFTA ma għandhiex tiġi skambjata mill-EIOPA bħala parti minn arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi ma' pajjiżi terzi jew l-awtoritajiet tagħhom bis-saħħa tal-Artikoli 172(4)(e) jew 260(5)(e) mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li dawk l-awtoritajiet qablu dwarhom.

(q)

Fl-Artikolu 308b(15), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘mit-23 ta’ Mejju 2014’ għandu tinqara ‘mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 247/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018’.”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31h (ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendata bi:

32014 L 0051: Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2014/51/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 248/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar ŻEE [2021/1513]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1078 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju 2018 sad-29 ta’ Settembru 2018 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (1) għandu jiġu inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1z (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/730) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1za.

32018 R 1078: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1078 tat-30 ta' Lulju 2018 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b'dati ta' referenza mit-30 ta' Ġunju 2018 sad-29 ta' Settembru 2018 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 47).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1078 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*)*.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 194, 31.7.2018, p. 47.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 249/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1514]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b'dan li ġej:

32015 L 0849: Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

(a)

Il-punt (d) tal-Artikolu 3(4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

‘frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fejn tkun mill-inqas serja, kif definit hawn taħt:

(i)

fir-rigward tan-nefqa, kull att jew omissjoni intenzjonali li għandhom x'jaqsmu ma':

l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett l-approprjazzjoni jew iż-żamma bla dritt ta' fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew mill-baġits amministrati minn, jew f'isem, l-Unjoni Ewropea,

in-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni bi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett,

l-użu ħażin ta' fondi bħal dawn għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija oriġinarjament;

(ii)

fir-rigward ta' dħul kif imfisser fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5) kull att jew omissjoni maħsuba li għandhom x'jaqsmu ma':

l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett it-tnaqqis illegali tar-riżorsi tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropej jew ta' baġits amministrati minn, jew f'isem, l-Unjoni Ewropea,

in-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni bi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett,

l-użu ħażin ta' xi benefiċċju miksub legalment, bl-istess effett.

Frodi serju għandu jitqies bħala frodi li jinvolvi ammont minimu li ma jkunx stipulat bħala li jaqbeż il-EUR 50 000.’ ”

2.

Jitħassar it-test tal-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE).

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE):

“23bb.

32016 R 1675: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32015 L 0849: Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).’

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/849 u tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(2)   ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1.

(3)   ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(4)   ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29.

(5)   ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

għad-Deċiżjoni Nru 249/ 2018 li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim dwar iż-ŻEE

Id-Direttiva (UE) 2015/849 fiha dispożizzjonijiet b’referenzi għal atti adottati skont it-Titolu V TFUE. Ta’ min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta’ atti b’dispożizzjonijiet bħal dawn fil-Ftehim dwar iż-ZEE hi mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-leġiżlazzjoni tal-UE adottata skont it-Titolu V TFUE taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni Nru 249/ 2018 li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2015/849 fil-Ftehim dwar iż-ŻEE

Il-Partijiet Kontraenti qablu li jinkludu l-frodi serju li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea fil-lista ta’ reati predikati għall-ħasil tal-flus. Għal raġunijiet prattiċi, ir-Raba’ Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus (id-Direttiva (UE) 2015/849) ġiet inkorporata mingħajr ftehim reċiproku biex tipproteġi wkoll l-interessi finanzjarji tal-Istati tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE. Madankollu, il-prinċipji ta’ reċiproċità u l-omoġeneità kif stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, b’mod partikolari fil-Premessa 4 tiegħu u l-Artikolu 1, jibqgħu applikabbli bis-sħiħ ukoll għall-protezzjoni reċiproka kontra attività kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 249/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 250/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li jemenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1515]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/847 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006, li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement jenħtieġ li jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 23ba (imħassar) jinbidel b’dan li ġej:

32015 R 0847: Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (OJ L 141, 5.6.2015, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 4 u 6, fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ fondi fi Franki Svizzeri fil-Liechtenstein u minn u lejn il-Liechtenstein fl-Unjoni Monetarja tiegħu mal-Isvizzera, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 4 u 6 għandha tkun miġbura u magħmula disponibbli meta mitluba mill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min jitħallas fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, iżda mhux neċessarjament tkun trasferita immedjatament ma’ trasferimenti ta’ fondi kif previst fl-Artikoli 4 u 6. Din id-deroga għandha tkun applikabbli għal perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022.”

2.

Jitħassar it-test tal-punt 23d (ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/847 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2019 tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 337, 17.9.2021, p. 42


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 251/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1516]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 23bb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1675) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendata bi:

32018 R 0105: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1),

32018 R 0212: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2018/105 u (UE) 2018/212 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2019 tal-5 ta’ Diċembru 2018 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 337, 17.9.2021, p. 42


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 252/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1517]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 23bb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32018 R 1467: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1467 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2019 tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1.

(*)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 337, 17.9.2021, p. 42


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 253/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1518]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta' supplimenti għall-prospetti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“29bb.

32014 R 0382: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta’ supplimenti għall-prospetti (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 36).’

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 111, 15.4.2014, p. 36.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 254/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1519]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1604 tat-12 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ elementi relatati mal-prospetti u r-reklami (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32015 R 1604: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1604 tat-12 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1604 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 249, 25.9.2015, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 255/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1520]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 tat-30 ta’ Novembru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-prospett u t-tixrid tar-reklamar u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004):

“-

32016 R 0301: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 tat-30 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 13).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 29bb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014):

“29bc.

32016 R 0301: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 tat-30 ta’ Novembru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-prospett u t-tixrid tar-reklamar u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 13).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2016/301 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 58, 4.3.2016, p. 13.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 257/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1521]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi XIII u XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56b (id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32013 R 1257: Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 (ĠU L 330, 10.12.2013. p. 1).”

Artikolu 2

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32013 R 1257: Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 (ĠU L 330, 10.12.2013. p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32fg (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/632/UE):

“32fh.

32013 R 1257: Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 3(1)(10), il-kliem ‘jew, fejn applikabbli, skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE’ għandhom jiddaħħlu wara l-kliem ‘ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill’.

(b)

Fl-Artikoli 4 u 14, ir-referenzi għal ‘liġi rilevanti tal-Unjoni’, ‘dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni’ jew ‘dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni’ għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(c)

Fl-Artikolu 16:

(i)

fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-kliem li ġej għandu jiżdied wara l-kliem ‘l-Artikolu 14(3)’:

‘, jew li jinsabu fi Stat tal-EFTA u li ġew innotifikati minn dan l-Istat tal-EFTA lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 14(3)’;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem ‘li jinsab fi Stat Membru’ għandu jinbidel bil-kliem ‘li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea’;

(iii)

fil-paragrafu 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

‘Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti li tirċievi minn Stat tal-EFTA skont l-ewwel subparagrafu jew l-Artikolu 14.’ ”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandu jiġu ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 258/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li jemenda l-Anness XVIII (Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1522]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE), 24 (id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 27 (id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 32d (id-Direttiva 2001/23/KE) u 32f (id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32015 L 1794: Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32l (id-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE):

“32m.

32015 L 1794: Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2015/1794 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 259/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1523]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (1) kien inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (2).

(2)

Ħamsa u għoxrin Stat Membru (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri parteċipanti”) u l-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea, għamlu Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Pjattaformi Komuni tal-Irkant (3), u l-Istati Membri kollha (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri”) u l-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea, għamlu Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Monitoraġġ tal-Irkant (4) (minn hawn ’il quddiem “il-ftehimiet tal-akkwist konġunt”).

(3)

L-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5) jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea twettaq proċeduri ta’ akkwist konġunt mal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association, EFTA) jew ma’ pajjiżi kandidati tal-Unjoni jekk din il-possibbiltà tkun ġiet ippreveduta b’mod speċifiku fi trattat bilaterali jew multilaterali.

(4)

F’dan ir-rigward, l-Istati tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE ddeċidew li jwettqu akkwist konġunt, flimkien mal-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti, għall-ħatra ta’ pjattaforma tal-irkant waħda jew aktar previsti fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010, u mal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-ħatra ta’ sorveljatur tal-irkant previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi, wara proċedura ta’ akkwist konġunt fis-sens tal-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1902 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 biex l-irkantar ta' kwoti jiġi allinjat mad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tinħatar mir-Renju Unit (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-akkwisti konġunt għandha tkun mirfuda billi dawn isiru partijiet għall-ftehimiet tal-akkwist konġunt. F’konformità mat-termini tal-ftehimiet ta’ akkwist konġunt li jippermettu l-possibbiltà li l-Istati tal-EFTA jissieħbu fl-azzjoni konġunta, il-Kummissjoni hija awtorizzata tiffirma f’isem kull Stat Membru ftehim mal-Istati tal-EFTA li bih l-Istati tal-EFTA jissieħbu fil-ftehimiet tal-akkwist konġunt,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010):

“-

32017 R 1902: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1902 tat-18 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 13).”

2.

L-adattamenti fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2010) għandu jiġi jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(7) għandha tinqara kif ġej:

‘L-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw l-identità tal-irkantatur(i) u d-dettalji tiegħu/tagħhom lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, li min-naħa tagħha tgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni.’

(b)

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-Artikolu 24(2):

‘Soġġett għall-konklużjoni mill-Istati tal-EFTA u mill-Kummissjoni f’isimha stess u f’isem l-Istati Membri ta’ ftehim li bih l-Istati tal-EFTA jissieħbu fil-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Sorveljatur tal-Irkant, l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont dan l-Artikolu.’

(c)

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-Artikolu 26(1):

‘Soġġett għall-konklużjoni mill-Istati tal-EFTA u mill-Kummissjoni f’isimha stess u f’isem l-Istati Membri parteċipanti ta’ ftehim li bih l-Istati tal-EFTA jissieħbu fil-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt biex Jipproċessaw Pjattaformi Komuni tal-Irkant, l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont dan l-Artikolu.’;

(d)

L-Artikoli minn 30 sa 32 ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(e)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 52(3):

‘Is-sehem mill-spejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b'rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) għandu jiġġarrab mill-Istati Membri parteċipi fl-azzjoni konġunta u l-Istati tal-EFTA skont l-ishma tagħhom fil-volum totali tal-kwoti rkantati fil-pjattaforma tal-irkant konċernata.’ ’

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2017/1902 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

(3)  https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/auctioning/docs/en_cap_en.pdf

(4)  https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/auctioning/docs/en_am_en.pdf

(5)   ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(6)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 13.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 260/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1524]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398 tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma’ applikazzjoni għal faċilità li tinsab f’pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32fh (ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“32fha.

32015 D 2398: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398 tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma’ applikazzjoni għal faċilità li tinsab f’pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 145).’

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2398 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 257/2019 tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 332, 18.12.2015, p. 145.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 337, 17.9.2021, p. 42


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 261/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1525]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/255 tad-19 ta’ Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (European Health Interview Survey, EHIS) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z6 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“18z7.

32018 R 0255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/255 tad-19 ta’ Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (ĠU L 48, 21.2.2018, p. 12).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/255 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)   ĠU L 48, 21.2.2018, p. 12.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 245/2018 [2021/1526]

ġiet revokata u għalhekk tħalliet vojta


Top