This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document d33c3f06-27eb-11ea-af81-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/759 of 28 April 2016 drawing up lists of third countries, parts of third countries and territories from which Member States are to authorise the introduction into the Union of certain products of animal origin intended for human consumption, laying down certificate requirements, amending Regulation (EC) No 2074/2005 and repealing Decision 2003/812/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
No longer in force
02016R0759 — MT — 14.12.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126 14.5.2016, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1793 tal-10 ta' Ottubru 2016 |
L 274 |
48 |
11.10.2016 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/731 tal-25 ta' April 2017 |
L 108 |
7 |
26.4.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626 tal-5 ta' Marzu 2019 |
L 131 |
31 |
17.5.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 |
L 131 |
101 |
17.5.2019 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/759
tat-28 ta' April 2016
li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI
▼M3 —————
▼M4 —————
KAPITOLU 2
TRANŻITU TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI
Artikolu 3
Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u l-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta' tranżitu immedjat jew wara l-ħażna fl-Unjoni skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 1 ), huma stabbiliti fil-partijiet IV u V tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, rispettivament.
Artikolu 4
Mudell ta' ċertifikat
1. Il-mudell taċ-ċertifikat għat-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u tal-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 hija stabbilita fl-Anness III.
Dak iċ-ċertifikat għandu jimtela skont in-noti stabbiliti fl-Anness IV u skont iċ-ċertifikat mudell rilevanti.
2. Jistgħu jintuaw ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħrajn armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 5
Derogi għat-tranżitu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja
1. B'deroga mill-Artikolu 3, it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn il-postijiet speċifiċi ta' spezzjoni fil-fruntiera magħżula fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati u mmarkati bir-rimarka speċjali 13 fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 2 ), tal-kunsinni tal-materja prima jew il-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, għandu jiġi awtorizzat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-kunsinna tiġi ssiġillata b'siġill innumerat f'serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(b) id-dokumenti ta' akkumpanjament mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;
(d) il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għat-tranżitu fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.
2. Il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fi ħdan l-Unjoni.
3. Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta' kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta' kwantitajiet korrispondenti ta' prodotti li jitilqu mill-Unjoni jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fl-Unjoni.
KAPITOLU 3
DISPOIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 6
Emenda
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jiġi emendat kif ġej:
(1) fit-Taqsima I, il-Kapitoli I, II, III u VI jitħassru;
(2) l-Appendiċi I, II, III u VI jitħassru.
Artikolu 7
Abrogazzjoni
Id-Deċiżjoni 2003/812/KE titħassar.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Il-kunsinni tal-prodotti mill-annimali li għalihom iċ-ċertifikati rilevanti nħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ġie ffirmat qabel it-3 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M3 —————
▼M4 —————
ANNESS III
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAT-TRANŻITU MILL-UNJONI, TRANŻITU IMMEDJAT JEW WARA L-ĦAŻNA, GĦALL-MATERJA PRIMA JEW IL-MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA/IL-KOLLAĠEN GĦALL-KONSUM UMAN
ANNESS IV
NOTI TA' SPJEGAZZJONI GĦALL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKATI
(imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 4(1))
(a) Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur, ibbażati fuq il-mudelli stipulati fl-Annessi II u III, skont id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi għall-prodotti mill-annimali kkonċernati.
Għandu jkollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skont il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz esportatur jew parti minnu.
Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jimponi, għall-prodotti mill-annimali kkonċernati, rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjonijiet li juru li dawk ir-rekwiżiti qed jiġu sodisfati għandhom jiġu inkorporati mal-kopja oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.
(b) Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.
(c) Għandu jiġi pprovdut ċertifikat separat u uniku għall-prodotti mill-annimali li huma esportati minn territorju jew territorji jew żona jew żoni tal-istess pajjiż esportatur elenkat jew imsemmija fl-Anness I li huma kkunsinjati lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju tal-ajru, jew vapur.
(d) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.
(e) Iċ-ċertifikat għandu jitħejja f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mnejn tidħol il-kunsinna fl-UE, kif ukoll f'dik tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.
(f) Għal raġunijiet ta' identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (inventarju fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), folji ta' karta addizzjonali jiġu mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-folji ta' karta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal li qed jiċċertifika.
(g) Meta ċ-ċertifkat, inklużi folji ta' karta addizzjonali msemmija fl-ittra (f), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (in-numru tal-paġna) min-(numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti n-naħa ta' fuq ta' kull paġna.
(h) Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat għandha tiġi mimlija u ffirmata minn veterinarju uffiċjali jew minn spettur uffiċjali ieħor deżinjat, fejn saru provvedimenti għal dan fil-mudell taċ-ċertifkat. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed jesporta għandhom jiżguraw li r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE ( 3 ) qed jiġu sodisfati.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b'marka tal-ilma.
(i) In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28).