This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document bf2ea936-fe22-11e9-8c1f-01aa75ed71a1
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1111 of 3 August 2018 authorising the placing on the market of products containing, consisting of, or produced from genetically modified maize MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) and genetically modified maize combining two of the events MON 87427, MON 89034 and NK603, and repealing Decision 2010/420/EU (notified under document C(2018) 5014) (Only the Dutch and French texts are authentic) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 tat-3 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 5014) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 tat-3 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 5014) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
No longer in force
02018D1111 — MT — 24.09.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1111 tat-3 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 5014) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (ĠU L 203 10.8.2018, p. 20) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 244 |
8 |
24.9.2019 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1111
tat-3 ta' Awwissu 2018
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE
(notifikata bid-dokument C(2018) 5014)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
L-identifikaturi uniċi li ġejjin huma assenjati għall-qamħirrum ġenetikament modifikat kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
(a) l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 87427 × MON 89034 × NK603;
(b) l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 87427 × NK603;
(c) l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 89034 × NK603;
(d) l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 87427 × MON 89034.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-għanijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
(a) l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu;
(b) l-għalf li jkun fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu;
(c) il-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, fi prodotti li fihom jew li huma magħmula minnu għall-użi għajr dawk stipulati fil-punti (a) u (b) ta' dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ġenetikament modifikat imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.
Artikolu 4
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu wkoll iressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 5
Metodu ta' detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum MON 87427 × MON 89034 × NK603, MON 87427 × NK603, MON 89034 × NK603 u MON 87427 × MON 89034.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.
Artikolu 8
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2010/420/UE b'dan titħassar.
Artikolu 9
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 10
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:
|
Isem |
: |
Bayer Agriculture BVBA |
|
Indirizz |
: |
Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju |
F'isem:
Monsanto Company — 800 N. Lindbergh Boulevard — St. Louis, Missouri 63167 — l-Istati Uniti tal-Amerka.
(b) Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:
(1) l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) imsemmi fil-punt (e), li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu;
(2) l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat fil-punt (e), li jkun jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu;
(3) il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) kif speċifikat fil-punt (e) fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li huma magħmulin minnu għall-użi għajr dawk stipulati fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Il-qamħirrum MON-87427-7 jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat.
Il-qamħirrum MON-89Ø34-3 jesprimi l-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2 li jipprovdu protezzjoni minn ċerti pesti lepidopteri.
Il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-proteina CP4 EPSPS u l-varjant CP4 EPSPS L214P, li jikkonferixxu tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat.
(c) Tikkettar:
(1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
(2) Fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum imsemmi fil-punt (e), bl-eċċezzjoni tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.
(d) Metodu tad-detezzjoni:
(1) Il-metodi ta' detezzjoni kwantitattivi speċifiċi għall-avvenimenti bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrum MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6 huma dawk ivvalidati għall-avvenimenti tal-qamħ ġenetikament modifikat MON-87427-7, MON-89Ø34-3 u MON-ØØ6Ø3-6.
(2) Ivvalidati mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;
(3) Materjal ta' Referenza: ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) huwa aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://crm.jrc.ec.europa.eu/, kif ukoll AOCS 0512-A (għal MON-87427-7), AOCS 0906-E (għal MON-89Ø34-3) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm.
(e) Identifikaturi uniċi:
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3.
(f) Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[Clearing House tal-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi nnotifikat].
(g) Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti jew restrizzjonijiet fuqhom:
Mhux meħtieġa.
(h) Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Ħolqa: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
Nota: il-ħoloq għal dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikati ġenetikament.