Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 9f0d686c-83d5-11ea-bf12-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/39 of 16 January 2020 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of peroxosulphates (persulphates) originating in the People’s Republic of China following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EU) 2016/1036 of the European Parliament and of the Council
Text consolidat: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/39 tas-16 ta’ Jannar 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/39 tas-16 ta’ Jannar 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
02020R0039 — MT — 02.04.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/39 tas-16 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 013 17.1.2020, p. 18) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/477 tal-31 ta’ Marzu 2020 |
L 100 |
25 |
1.4.2020 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/39
tas-16 ta’ Jannar 2020
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-perossosulfati (persulfati) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd., Shanghai |
71,8 |
A820 |
|
United Initiators Shanghai Co., Ltd |
24,5 |
A821 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
71,8 |
A999 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.