This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 92c1c33c-4c71-11ec-91ac-01aa75ed71a1
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1191 of 11 August 2020 establishing measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Tomato brown rugose fruit virus (ToBRFV) and repealing Implementing Decision (EU) 2019/1615
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1191 tal-11 ta’ Awwissu 2020 li jistabbilixxi miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam (ToBFV) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1191 tal-11 ta’ Awwissu 2020 li jistabbilixxi miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam (ToBFV) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615
02020R1191 — MT — 03.11.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1191 tal-11 ta’ Awwissu 2020 (ĠU L 262 12.8.2020, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/74 tas-26 ta’ Jannar 2021 |
L 27 |
15 |
27.1.2021 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1809 tat-13 ta’ Ottubru 2021 |
L 365 |
41 |
14.10.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1191
tal-11 ta’ Awwissu 2020
li jistabbilixxi miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam (ToBFV) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pest speċifikat” tfisser il-virus tal-frott imkemmex u kannella tat-tadam (ToBRFV);
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti, minbarra ż-żrieragħ speċifikati u l-frott speċifikat, tas-Solanum lycopersicum L. u tal-ibridi tiegħu u tal-Capsicum spp.;
“żrieragħ speċifikati” tfisser iż-żrieragħ tas-Solanum lycopersicum L. u tal-ibridi tiegħu u tal-Capsicum spp;
“frott speċifikat” tfisser il-frott tas-Solanum lycopersicum L. u tal-ibridi tiegħu u tal-Capsicum spp.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet li jikkonċernaw il-pest speċifikat
Il-pest speċifikat ma għandux jiġi introdott, jinġarr, jinżamm, jiżdied jew jiġi rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 3
Id-detezzjoni jew il-preżenza suspettata tal-pest speċifikat
Meta tirċievi din l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
minnufih tirreġistra l-informazzjoni pprovduta;
tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-preżenza jew il-preżenza suspettata tal-pest speċifikat;
tiżgura li kull persuna li jkollha pjanti li jistgħu jkunu infettati bil-pest speċifikat taħt il-kontroll tagħha tkun infurmata immedjatament b’dan li ġej:
il-preżenza jew il-preżenza suspettata tal-pest speċifikat, kif ukoll
ir-riskji possibbli assoċjati mal-pest speċifikat u l-miżuri li jridu jittieħdu.
Artikolu 4
Miżuri dwar il-preżenza kkonfermata tal-pest speċifikat
Barra minn hekk, dik l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-pest speċifikat.
L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tistabbilixxi żona demarkata kif ġej:
fil-każ tal-preżenza tal-pest speċifikat f’siti tal-produzzjoni bi protezzjoni fiżika, iż-żona demarkata għandha tikkonsisti mill-inqas fis-sit tal-produzzjoni fejn ikun instab il-pest speċifikat;
fil-każ tal-preżenza tal-pest speċifikat f’siti ta’ produzzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (a), iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn:
żona infestata li tinkludi mill-inqas is-sit tal-produzzjoni fejn tkun instabet il-preżenza tal-pest speċifikat;
żona ta’ lqugħ ta’ mill-inqas 30 m madwar iż-żona infestata.
Fiż-żona demarkata, l-awtorità kompetenti, jew l-operatur professjonali taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, għandhom:
għal siti tal-produzzjoni maħsuba għall-produzzjoni ta’ pjanti speċifikati jew għall-produzzjoni ta’ żrieragħ speċifikati:
immedjatament ineħħu u jeqirdu l-lottijiet infettati kollha tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil u, fejn applikabbli, iż-żrieragħ speċifikati li joriġinaw minn dawk il-lottijiet. It-tneħħija u l-qerda għandhom jitwettqu b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-pest speċifikat;
japplikaw miżuri tal-iġjene speċifiċi fuq il-persunal, l-istrutturi, l-għodod u l-makkinarju tas-sit tal-produzzjoni, il-materjali u l-mezzi tat-trasport, biex jipprevjenu t-tixrid tal-pest speċifikat għal-lottijiet l-oħra preżenti fis-sit tal-produzzjoni u għall-għelejjel suċċessivi tal-pjanti speċifikati jew għal siti oħra tal-produzzjoni;
jeqirdu jew jittrattaw il-materjal tat-tkabbir mill-inqas fl-aħħar tal-istaġun tal-kultivazzjoni b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tixrid tal-pest speċifikat;
għal siti tal-produzzjoni maħsuba għall-produzzjoni ta’ frott speċifikat:
ineħħu u jeqirdu l-pjanti kollha mis-sit tal-produzzjoni, mill-inqas fl-aħħar tal-istaġun tal-kultivazzjoni. It-tneħħija għandha titwettaq b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tixrid tal-pest speċifikat;
japplikaw miżuri tal-iġjene speċifiċi fuq il-persunal, l-istrutturi, l-għodod u l-makkinarju tas-sit tal-produzzjoni, il-materjali u l-mezzi tal-ippakkjar u tat-trasport tal-frott, biex jipprevjenu t-tixrid tal-pest speċifikat għal għelejjel suċċessivi tal-pjanti speċifikati jew għal siti oħra tal-produzzjoni;
jeqirdu jew jittrattaw il-materjal tat-tkabbir mill-inqas fi tmiem l-istaġun tal-kultivazzjoni b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tixrid tal-pest speċifikat;
Artikolu 5
Stħarriġ dwar il-preżenza tal-pest speċifikat fl-Istati Membri
Dak l-istħarriġ għandu:
jinkludi l-kampjunar u l-ittestjar kif stabbilit fl-Anness; kif ukoll
ikunu bbażati fuq:
ir-riskju vvalutat tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-pest speċifikat lejn l-Istat Membru kkonċernat u fih, u
prinċipji xjentifiċi u tekniċi sodi, fir-rigward tal-possibbiltà li ssir detezzjoni tal-pest speċifikat.
Artikolu 6
Moviment tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil fl-Unjoni
Il-pjanti speċifikati għat-tħawwil jistgħu jinġarru fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti u jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit ta’ produzzjoni fejn ikun magħruf li ma jinsabx il-pest speċifikat, abbażi ta’ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmien speċifiku meta jkun attiv il-pest speċifikat, u, meta l-pjanti speċifikati jkunu qed juru sintomi tal-pest speċifikat, dawn il-pjanti jkunu ġew soġġetti għal kampjunar u ttestjar mill-awtorità kompetenti, u dawn it-testijiet ikunu wrew li huma ħielsa mill-pest speċifikat;
il-lottijiet tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil ikunu nżammu separati minn lottijiet oħra ta’ pjanti speċifikati billi jkunu ġew applikati miżuri ta’ iġjene xierqa u separazzjoni fiżika.
Il-kampjunar għall-ittestjar, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, għandu jsir kif stabbilit fl-Anness.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
Pjanti speċifikati ta’ varjetajiet Capsicum spp., magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat;
il-pjanti speċifikati għat-tħawwil prodotti f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615.
Artikolu 7
Il-ġarr ta’ żrieragħ speċifikati fl-Unjoni
Iż-żrieragħ speċifikati jistgħu jinġarru fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti u jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti omm tagħhom ikunu ġew prodotti f’sit ta’ produzzjoni fejn ikun magħruf li ma jinsabx il-pest speċifikat, abbażi ta’ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmien adatt biex issir detezzjoni tal-pest speċifikat;
iż-żrieragħ jew il-pjanti omm tagħhom ikunu għaddew minn kampjunar u ttestjar għall-pest speċifikat mill-awtorità kompetenti, jew ikunu ġew soġġetti għal kampjunar u ttestjar minn operaturi professjonali taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, u skont dawk it-testijiet, ikunu nstabu ħielsa mill-pest speċifikat. Meta l-pjanti omm jiġu ttestjati, il-kampjunar għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli qabel l-ewwel ħsad tal-frott.
Fil-każ tal-preżenza suspettata tal-pest speċifikat, dawk il-kampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu biss mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 87(3)(c) tar-Regolament (UE) 2016/2031;
l-oriġini tal-lottijiet kollha taż-żrieragħ speċifikati jiġu rreġistrati u ddokumentati.
Iż-żrieragħ speċifikati li nħasdu qabel il-15 ta’ Awwissu 2020 għandhom jiġu eżentati mill-kundizzjoni fil-punt (a).
Iż-żrieragħ speċifikati li jinġarru għall-ewwel darba fl-Unjoni mill-1 ta’ April 2021 ’il quddiem, u li ġew ittestjati qabel it-30 ta’ Settembru 2020 bil-metodu Elisa, għandhom jerġgħu jiġu ttestjati b’metodu ta’ ttestjar, għajr dak tal-ELISA, kif imsemmi fil-punt 3 tal-Anness.
Artikolu 8
Introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil
Il-pjanti speċifikati għat-tħawwil, minbarra dawk tal-varjetajiet Capsicum spp., magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat, li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, jinkludi l-elementi li ġejjin:
dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti speċifikati għat-tħawwil joriġinaw minn żrieragħ speċifikati li jkunu għaddew minn kampjunar u ttestjar għall-pest speċifikat kif stabbilit fl-Anness, u li dawn it-testijiet juru li jkunu ħielsa mill-pest speċifikat;
dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti għat-tħawwil speċifikati jkunu ġew prodotti f’sit ta’ produzzjoni li huwa rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jkun magħruf li huma ħielsa mill-pest speċifikat fuq il-bażi ta’ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fi żmien xieraq għad-detezzjoni ta’ dak il-pest, u fil-każ ta’ sintomi, jkunu għaddew minn kampjunar uffiċjali u ttestjar għall-pest speċifikat u, skont dawk it-testijiet, instabu li kienu ħielsa mill-pest speċifikat;
l-isem tas-sit tal-produzzjoni rreġistrat.
Artikolu 9
Introduzzjoni ta’ żrieragħ speċifikati fl-Unjoni
Iż-żrieragħ speċifikati, li joriġinaw minn pajjiżi terzi, minbarra dawk tal-varjetajiet Capsicum spp., magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat, jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, jinkludi l-elementi li ġejjin:
dikjarazzjoni uffiċjali li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
il-pjanti omm taż-żrieragħ speċifikati kkonċernati jkunu ġew prodotti f’sit ta’ produzzjoni fejn ikun magħruf li ma jinsabx il-pest speċifikat, abbażi ta’ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa fiż-żmien adatt biex issir detezzjoni tal-pest speċifikat;
iż-żrieragħ speċifikati kkonċernati jew il-pjanti omm ta’ dawk iż-żrieragħ speċifikati kkonċernati jkunu għaddew minn kampjunar u minn ittestjar uffiċjali għall-pest speċifikat kif stabbilit fl-Anness u, skont dawk it-testijiet, ikunu nstabu ħielsa mill-pest speċifikat.
Meta l-pjanti omm jiġu ttestjati, il-kampjunar għandu jsir fl-iqsar żmien possibbli qabel l-ewwel ħsad tal-frott;
►M1 informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà tas-sit tal-produzzjoni tal-pjanti omm. ◄
Artikolu 10
Kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni
Għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni jew f’punt ta’ kontroll, mhux inqas minn 20 % tal-kunsinni taż-żrieragħ speċifikati u tal-pjanti speċifikati għat-tħawwil, kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 ( 1 ), kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Għal kunsinni ta’ żrieragħ speċifikati u pjanti speċifikati għat-tħawwil li joriġinaw fl-Iżrael, ir-rata ta’ kampjunar u ttestjar għandha tkun ta’ 50 % u għall-kunsinni ta’ żrieragħ speċifikati li joriġinaw fiċ-Ċina, għandha tkun ta’ 100 %.
Artikolu 11
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1615 titħassar mill-15 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 12
Perjodu ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika sal- ►M2 31 ta’ Mejju 2023 ◄ .
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
1. Skemi ta’ kampjunar taż-żrieragħ, għajr iż-żrieragħ tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat
Il-kampjunar taż-żrieragħ għall-ittestjar għandu jitwettaq fl-iskemi ta’ kampjunar li ġejjin, skont il-lottijiet taż-żrieragħ kif imsemmija fit-tabella rilevanti tal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31 “Methodologies for sampling of consignments” (ISPM31):
Is-subkampjuni għandhom jikkonsistu minn massimu ta’ 1 000 żerriegħa għall-metodi ta’ Reazzjoni Katina bil-Polimerażi (PCR).
Is-subkampjuni għandhom jikkonsistu minn massimu ta’ 250 żerriegħa għall-metodu tal-assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (Enzyme Linked Immuno Sorbent Assay - ELISA).
2. Skemi ta’ kampjunar ta’ pjanti speċifikati, għajr dawk tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat
Fil-każ ta’ pjanti speċifikati, għajr dawk tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat, għandhom jinġabru 200 werqa minn kull sit tal-produzzjoni u kultivar, preferibbilment il-weraq iż-żgħar min-naħa ta’ fuq tal-pjanti.
Fil-każ ta’ pjanti sintomatiċi, il-kampjunar għall-ittestjar għandu jsir fuq mill-inqas tliet werqiet sintomatiċi
3. Metodi ta’ ttestjar għad-detezzjoni u l-identifikazzjoni tal-pest speċifikat fuq iż-żrieragħ, għajr iż-żrieragħ tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat
Wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin għandu jintuża għad-detezzjoni tal-pest speċifikat fuq iż-żrieragħ speċifikati:
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tat-test ta’ detezzjoni, għandu jitwettaq metodu tal-ittestjar ieħor, differenti minn dak użat għad-detezzjoni, b’wieħed mill-metodi tal-RT-PCR f’ħin reali elenkati hawn fuq, billi jintuża l-istess kampjun biex tiġi kkonfermata l-identifikazzjoni. F’każ li tinkiseb inkonsistenza bejn ir-riżultati tad-detezzjoni u tal-identifikazzjoni għaż-żrieragħ miksija, il-kisi taż-żrieragħ għandu jitneħħa u ż-żrieragħ għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid.
4. Metodi ta’ ttestjar għad-detezzjoni u l-identifikazzjoni tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati, għajr dawk tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat, u fuq il-frott speċifikat
Għandu jitwettaq wieħed mill-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għad-detezzjoni tal-pest speċifikat fuq il-pjanti speċifikati, għajr dawk tal-varjetajiet tal-Capsicum spp. magħrufa li huma reżistenti għall-pest speċifikat, u fuq il-frott speċifikat:
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tat-test ta’ detezzjoni, għandu jitwettaq metodu tal-ittestjar ieħor, differenti minn dak użat għad-detezzjoni, b’wieħed mill-metodi RT-PCR elenkati hawn fuq, billi jintuża l-istess kampjun biex tiġi kkonfermata l-identifikazzjoni.
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki, (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
( 2 ) Protokoll żviluppat mill-Federazzjoni Internazzjonali għaż-Żrieragħ (L-Inizjattiva Internazzjonali dwar is-Saħħa taż-Żrieragħ għall-Għelejjel tal-Ħaxix (ISHI-Veg).
( 3 ) Protokoll żviluppat mill-Federazzjoni Internazzjonali għaż-Żrieragħ (L-Inizjattiva Internazzjonali dwar is-Saħħa taż-Żrieragħ għall-Għelejjel tal-Ħaxix (ISHI-Veg).