Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 7f4cba15-b6c5-11ec-b6f4-01aa75ed71a1
Decision of the European Central Bank of 2 July 2014 on the provision to the European Central Bank of supervisory data reported to the national competent authorities by the supervised entities (ECB/2014/29)
Консолидиран текст: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (BĊE/2014/29)
Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (BĊE/2014/29)
Вече не е в сила
02014D0029(01) — MT — 24.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 214 19.7.2014, p. 34) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1493 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Awwissu 2017 |
L 216 |
23 |
22.8.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2021/1396 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-13 ta’ Awwissu 2021 |
L 300 |
74 |
24.8.2021 |
|
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Lulju 2014
dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (BĊE/2014/29)
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Qafas tal-MSU, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-BĊE ta’ dejta rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni fuq il-bażi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 ( 1 ),Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 ( 2 ), u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/453 ( 3 ).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament Qafas tal-MSU.
Artikolu 3
Dati ta’ rimessa
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/453 u rrapportata lilhom mill-entitajiet taħt superviżjoni skont dan li ġej:
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE dejta relatata mal-entitajiet li ġejjin sa 12 nofsinhar Ħin Ewropew Ċentrali (CET) ( 4 ) fl-10 jum tax-xogħol wara d-dati ta’ rimessa rilevanti msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u d-dati ta’ rapportar rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/453:
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;
entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi konsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;
entitajiet taħt superviżjoni oħrajn li jirrapportaw fuq bażi konsolidata jew fuq bażi individwali, jekk ma jkunux meħtieġa jirrapportaw fuq bażi konsolidata, li huma “L-akbar Istituzzjonijiet fl-Istat Membru” kif definit fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-EBA tal-5 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-rapportar superviżorju mill-awtoritajiet kompetenti lill-EBA (EBA/DC/2020/334) ( 5 );
fejn il-punt (a) ma japplikax, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE dejta relatata mal-entitajiet li ġejjin sa 12 nofsinhar CET fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta’ rimessa rilevanti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u d-dati ta’ rapportar rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/453:
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni;
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni.
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirrapportaw lill-BĊE id-dejta msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 skont dan li ġej:
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirrapportaw lill-BĊE dejta relata għall-entitajiet li ġejjin sa 12 nofsinhar CET fl-10 jum tax-xogħol wara d-dati ta’ rimessa rilevanti msemmija fid-dispożizzjoni rilevanti għal kull partita tad-dejta fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2070:
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti;
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li ma humiex parti minn grupp taħt superviżjoni;
entitajiet taħt superviżjoni li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont il-kriterju tat-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-iktar sinifikanti fl-Istat Membru tagħhom u li jirrapportaw fuq bażi konsolidata jew fuq bażi individwali, jekk mhumiex meħtieġa jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata;
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi ħdan Stati Membri parteċipanti sa fejn ikunu l-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li jirrapportaw fuq bażi individwali jekk ma jkunux parti minn grupp taħt superviżjoni, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni EBA/DC/2020/337 tal-EBA;
Fejn il-punt (a) ma japplikax, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jirrapportaw lill-BĊE dejta relatata mal-entitajiet li ġejjin sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati ta’ rimessa rilevanti msemmija fid-dispożizzjoni rilevanti għal kull partita tad-dejta fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2070:
entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni;
entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni.
Artikolu 4
Kontrolli tal-kwalità tad-dejta
Minbarra l-konformità mar-regoli ta' validazzjoni u l-kontrolli tal-kwalità, id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont l-istandards minimi addizzjonali li ġejjin għall-finijiet ta' preċiżjoni:
l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni, jekk applikabbli, dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta ppreżentata; u
l-informazzjoni għandha tkun kompluta: il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u, jekk applikabbli, għandhom jiġu solvuti mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 5
Informazzjoni kwalitattiva
Artikolu 6
Speċifikazzjoni tal-format tat-trażmissjoni
Artikolu 7
L-ewwel dati ta' referenza għar-rapportar
Artikolu 7a
L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2017/23)
Artikolu 7b
L-ewwel rappurtar wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni (UE) 2021/1396 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/39)
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta rrapportata lilhom skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/453 skont id-Deċiżjoni (UE) 2021/1396 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/39) ( 7 ) li tibda bl-ewwel dati ta’ ta’ rimessa jew ta’ rapportar li jseħħu wara li dik id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.
Artikolu 8
Dispożizzjoni tranżitorja
Qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissottomettu lill-BĊE d-dejta msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta':
gruppi taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni li jkunu soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/3 ( 8 );
gruppi oħrajn taħt superviżjoni u entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet koperti mir-rapportar lill-ABE b'mod konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ABE/DC/090.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri partecipanti.
( 1 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-formoli, definizzjonijiet, u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lil awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).
( 2 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).
( 3 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/453 tal-15 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għar-riskju tas-suq (ĠU L 89, 16.3.2021, p. 3).
( 4 ) CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fil-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.
( 5 ) Disponibbli fuq is-sit web tal-EBA.
( 6 ) Deċiżjoni (UE) 2017/1493 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta' dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (BĊE/2017/23) (ĠU L 216, 22.8.2017, p. 23).
( 7 ) Deċiżjoni (UE) 2021/1396 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 u (UE) 2016/2070 (BĊE/2021/39) (ĠU L 300, 24.8.2021, p.74).
( 8 ) Deċiżjoni BĊE/2014/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma soġġetti għall-valutazzjoni komprensiva (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 107).