Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 58ff5563-96ce-11eb-b85c-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/962 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jissospendi l-awtorizzazzjoni ta' etossikin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02017R0962 — MT — 12.03.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/962

tas-7 ta' Ġunju 2017

li jissospendi l-awtorizzazzjoni ta' etossikin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 145 8.6.2017, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/412 tat-8 ta’ Marzu 2021

  L 81

30

9.3.2021




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/962

tas-7 ta' Ġunju 2017

li jissospendi l-awtorizzazzjoni ta' etossikin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Sospensjoni tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni mogħtija bid-Direttiva 70/524/KEE u li ġiet estiża bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittiv etossikin speċifikat fl-entrata E 324 tar-Reġistru tal-addittivi tal-għalf imsemmi fl-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament (“l-addittiv etossikin”), hija sospiża.

Artikolu 2

Miżuri transizzjonali

1.  
Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv etossikin u ta' taħlitiet lesti minn qabel li fihom etossikin jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq sat-28 ta' Settembru 2017 u jistgħu jibqgħu jintużaw sat-28 ta' Diċembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017.
2.  
Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost prodotti bl-addittiv etossikin jew b'taħlitiet lesti minn qabel li fihom etossikin jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq sat-28 ta' Diċembru 2017 u jistgħu jibqgħu jintużaw sat-28 ta' Marzu 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel sat-28 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 3

Miżuri transizzjonali speċifiċi għal ċerti materjali tal-għalf u prodotti relatati

1.  

B'deroga għall-Artikolu 2:

(a) 

l-addittiv etossikin u taħlitiet lesti minn qabel li fihom etossikin, maħsuba biex jiġu inkorporati fil-materjali tal-għalf elenkati fl-entrata 7.1.2 u fil-Kapitolu 10 tal-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 ( 1 ), jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Settembru 2019, sakemm fuq it-tikketta tal-addittiv etossikin jew ta' taħlitiet lesti minn qabel li fihom etossikin tissemma l-inkorporazzjoni intenzjonata f'dawk il-materjali tal-għalf;

(b) 

il-materjali tal-għalf imsemmija fil-punt (a) li jiġu prodotti bl-addittiv etossikin jew b'taħlitiet lesti minn qabel li fihom etossikin jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019;

(c) 

l-għalf kompost li jiġi prodott bil-materjali tal-għalf imsemmija fil-punt (b) jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Marzu 2020.

2.  
Il-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jintużaw skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sa 3 xhur wara d-dati speċifikati rispettivament f'dawk il-punti.

Artikolu 4

Miżuri transizzjonali speċifiċi għal ċerti preparati ta' addittivi u prodotti relatati

1.  

B'deroga għall-Artikolu 2:

(a) 

l-addittiv etossikin maħsub biex jiġi inkorporat fil-preparati tal-addittivi li ġejjin li ġew awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Marzu 2018, sakemm fuq it-tikketta tal-addittiv etossikin tissemma l-inkorporazzjoni intenzjonata f'dawk il-preparati ta' addittivi:

— 
preparati ta' vitamina A;
— 
preparati ta' vitamina D;
— 
preparati ta' vitamina E;
— 
preparati ta' vitamina K;
— 
preparati ta' luteina;
— 
preparati ta' żeaksantina;
— 
preparati ta' etil ester ta' beta-apo-8′-aċidu karoteniku;
— 
preparati ta' ċitranażantin;
— 
preparati ta' kapsantin;
— 
preparati ta' astaksantin;
— 
preparati ta' dimetildisuksinat tal-astaksantin;
— 
preparati ta' kantaksantin;
— 
preparati ta' beta-karotene;
(b) 

il-preparati tal-addittivi msemmija fil-punt (a) li fihom l-addittiv etossikin u taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk il-preparati ta' addittivi, jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018;

(c) 

il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom il-prodotti msemmija fil-punt (b) jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Settembru 2018.

2.  
Il-prodotti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jintużaw skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta' Ġunju 2017 sa 3 xhur wara d-dati speċifikati rispettivament f'dawk il-punti.

▼M1

Artikolu 5

Rieżami

Ir-rieżami ta’ dan ir-Regolament għandu jsir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, iżda biss wara l-adozzjoni ta’ opinjoni mhux favorevoli mill-Awtorità rigward is-sigurtà jew l-effikaċja tal-addittiv etossikin.

▼B

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).

Top