Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 2841540f-9e9f-11ea-9d2d-01aa75ed71a1

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)

02019D0021(01) — MT — 05.05.2020 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Lulju 2019

dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)

(ĠU L 204 2.8.2019, p. 100)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1558 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-12 ta' Settembru 2019

  L 238

2

16.9.2019

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2020/407 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ Marzu 2020

  L 80

23

17.3.2020

►M3

DEĊIŻJONI (UE) 2020/614 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-30 ta’ April 2020

  L 141

28

5.5.2020




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Lulju 2019

dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M3

(1) 

“punt ta' riferiment ta' tislif nett” tfisser l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli li parteċipant jeħtieġ li jaqbeż fit-tieni perjodu ta’ referenza u, b’mod fakultattiv, fil-perjodu ta’ referenza speċjali, sabiex jikkwalifika għal rata tal-imgħax fuq is-self tal-parteċipant li tkun aktar baxxa mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkolata f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, rispettivament;

▼B

(2) 

“punt ta' riferiment tal-ammont pendenti” tfisser l-ammonti pendenti tas-somma tas-self pendenti eliġibbli tal-parteċipant fil-31 ta' Marzu 2019 u l-punt ta' riferiment ta' tislif nett tal-parteċipant li huwa kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(3) 

“limitu tal-offerta” tfisser l-ammont limitu li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III ikkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(4) 

“limitu fuq is-self” tfisser l-ammont kumplessiv li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III u kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;

(5) 

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 1 );

(6) 

“devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti” tfisser il-punti perċentwali li permezz tagħhom is-selfiet eliġibbli tal-parteċipant li ngħataw fil-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 żdiedu jew tnaqqsu fir-rigward tal-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti, kif ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I;

(7) 

“selfiet eliġibbli” tfisser selfiet lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) residenti, kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 ( 2 ), fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, ħlief għal selfiet lil unitajiet domestiċi għal xiri ta' djar, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;

(8) 

“tislif nett eliġibbli” tfisser self gross fil-forma ta' selfiet eliġibbli nett mill-ħlasijiet lura tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli tul perjodu speċifiku, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;

(9) 

“korporazzjoni finanzjarja vettura” (FVC) tfisser korporazzjoni finanzjarja vettura kif iddefinita fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) ( 3 );

(10) 

“l-ewwel perijodu ta' referenza” tfisser l-perijodu mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2019;

(11) 

“kodiċi FVC” tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal FVC fil-lista tal-FVCs miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2103 (BĊE/2013/40);

▼M3

(12) 

“aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax” tfisser it-tnaqqis, jekk ikun hemm, fir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti meħuda b’self taħt it-TLTROs-III, espressa bħala frazzjoni tad-differenza medja bejn ir-rata tal-imgħax massima possibbli rilevanti u r-rata tal-imgħax minima possibbli rilevanti, kif ikkalkulata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness I;

▼B

(13) 

“Identifikatur ta' Entità Ġuridika” (LEI) tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont ISO 17442 li jiġi assenjat lil entità ġuridika;

(14) 

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (IFM) tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 4 );

(15) 

“kodiċi IFM” ifisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal IFM fil-lista tal-IFMi miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2103 (BĊE/2013/33);

(16) 

“ammonti pendenti fuq selfiet eliġibbli” tfisser selfiet eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet eliġibbli titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness II;

(17) 

“parteċipant” tfisser kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema b'konformità mal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), li jagħmel offerti fi proċeduri tal-offerti tat-TLTRO-III jew fuq bażi individwali jew fuq bażi ta' grupp bħala istituzzjoni prinċipali, u li huwa soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċeduri tal-offerta tat-TLTRO-III;

(18) 

“ammont pendenti ta' referenza” tfisser is-somma ta' ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit- 28 ta' Frar 2019;

(19) 

“BĊN relevanti” tfisser, b'referenza għal partiċipant partikolari, il-BĊN tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-parteċipant;

(20) 

“it-tieni perijodu ta' referenza” tfisser il-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021;

(21) 

“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni li hija jew: (a) titolizzazzjoni tradizzjonali kif iddefinita fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); u/jew (b) titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) u li tinvolvi t-trasferiment tas-selfiet li jkunu qegħdin jiġu ttitolizzati lil FVC;

(22) 

“selfiet eliġibbli awtotitolizzati” tfisser selfiet eliġibbli oriġinati u titolizzati minn parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III fejn it-titoli ggarantiti b'assi li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni jinżammu 100 % minn dak il-parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III;

▼M3

(23) 

“il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva” tfisser il-perjodu mid-data tal-ħlas tat-TLTRO-III rispettiv sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sad-data ta’ maturità tiegħu jew sad-data tal-ħlas lura bikri, kif ikun applikabbli, sabiex b’hekk jiġi eskluż il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali;

(24) 

“perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali” tfisser il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021;

(25) 

“perjodu ta’ referenza speċjali” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.

▼B

Artikolu 2

It-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal

1.  L-Eurosistema għandha twettaq seba' TLTROs-III skont kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit tal-BĊE.

▼M1

2.  Kull TLTRO-III għandu jimmatura tliet snin wara d-data ta' saldu rispettiva, f'ġurnata li tikkoinċidi mad-data ta' saldu ta' operazzjoni ta' rifinanzjament ewlenija tal-Eurosistema, skont il-kalendarju indikattiv għat- TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

▼B

3.  It-TLTROs-III għandhom:

(a) 

ikunu operazzjonijiet ta' treġġigħ lura li jipprovdu likwidità;

(b) 

jiġu eżegwiti b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;

(c) 

jiġu eżegwiti permezz ta' proċedura ta' offerti standard; u

(d) 

jiġu eżegwiti fil-forma ta' proċeduri ta' offerti b'rata fissa.

4.  Il-kundizzjonijiet standard li taħthom il-BĊNi huma lesti li jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw fir-rigward tat-TLTROs-III, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' suq miftuħ, il-kriterji li jistabbilixxu l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet u l-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema u s-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tal-kontropartijiet. Kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija stabbilita fl-oqfsa legali ġenerali u temporanji applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament u kif implimentata fl-oqfsa nazzjonali kuntrattwali u/jew regolatorji tal-BĊNi.

5.  F'każ ta' kunflitt bejn din id-Deċiżjoni u l-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), jew kwalunkwe att legali ieħor tal-BĊE li jistabbilixxi l-qafas legali applikabbli għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal u/jew kwalunkwe miżura nazzjonali li timplimentah f'livell nazzjonali, għandha tipprevali din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni

1.  L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem fit-TLTROs-III fuq bażi individwali jekk ikunu kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

2.  L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'TLTROs-III fuq bażi ta' grupp billi jgħaqqdu grupp tat-TLTROs-III. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp hija relevanti għall-finijiet li jiġi kkalkolat l-limitu fuq is-self u l-punti ta' riferiment applikabbli kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-obbligi ta' rapportar assoċjati kif stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ma tistax tkun membru ta' iktar minn grupp wieħed ta' grupp TLTRO-III;

(b) 

istituzzjoni li tieħu sehem fit-TLTROs-III fuq bażi ta' grupp ma tistax tieħu sehem fuq bażi individwali;

(c) 

l-istituzzjoni maħtura bħala l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun l-uniku membru tal-grupp tat-TLTRO-III li tista' tieħu sehem fil-proċeduri ta' offerta tat-TLTRO-III; u

(d) 

il-kompożizzjoni u l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III għandhom jibqgħu l-istess għat-TLTROs-III kollha, bla ħsara għall-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.

3.  Għall-parteċipazzjoni fit-TLTROs-III permezz ta' grupp TLTRO-III, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a) 

B'effett mill-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, kull membru ta' grupp partikolari għandu:

(i) 

ikollu rabta mill-qrib ma' membru ieħor tal-grupp skont it-tifsira ta' “rabta mill-qrib” kif iddefinit fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-referenzi li hemm għal “kontroparti”, “garanti”, “emittent” jew “debitur” għandhom jinftiehmu bħala referenza għal membru ta' grupp; jew

(ii) 

ikollu r-riżervi meħtieġa fl-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) ( 6 ) b'mod indirett permezz ta' membru ieħor tal-grupp jew jintuża minn membru ieħor tal-grupp sabiex b'mod indirett iżomm ir-riżervi meħtieġa mal-Eurosistema.

(b) 

Il-grupp għandu jaħtar membru wieħed bħala l-istituzzjoni prinċipali għall-grupp. L-istituzzjoni prinċipali għandha tkun kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(c) 

Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(d) 

Bla ħsara għall-punt (e), l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika għal parteċipazzjoni ta' grupp lill-BĊN tagħha skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(i) 

isem l-istituzzjoni prinċipali;

(ii) 

lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu fil-grupp tat-TLTROs-III;

(iii) 

spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni ta' grupp, inkluża lista tar-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;

(iv) 

fil-każ ta' membri ta' grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u jaqbel li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp tat-TLTRO-III ieħor, flimkien ma' evidenza xierqa li l-konferma relevanti bil-miktub mill-istituzzjoni prinċipali ġiet eżegwita minn firmatarji awtorizzati kif xieraq. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti l-konferma meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità tal-konferma bil-miktub kkonċernata; u

(v) 

Fil-każ ta' membru ta' grupp li għalih japplika l-punt (i) tal-punt (a): (1) konferma bil-miktub mill-membru tal-grupp rilevanti dwar id-deċiżjoni formali tiegħu li jsir membru fil-grupp tat-TLTROs-III inkwistjoni u li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp ieħor tat-TLTRO-III; u (2) evidenza xierqa, ikkonfermata mill-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti, li din id-deċiżjoni formali ttieħdet fl-ogħla livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istruttura korporattiva tal-membru, bħall-Bord tad-Diretturi jew ekwivalenti b'konformità ma' kwalunkwe liġi applikabbli.

(e) 

Grupp TLTRO-II rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) jista' jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala grupp TLTRO-III sakemm l-istituzzjoni prinċipali tiegħu tissottometti notifika bil-miktub f'dak is-sens lill-BĊN rilevanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE. In-notifika għandha tinkludi:

(i) 

lista ta' membri tal-grupp TLTRO-II li ddeċidew formalment li jkunu membri tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u ma jipparteċipawx fit-TLTRO-III bħala kontropartijiet individwali jew bħala membri ta' ebda grupp TLTRO-III ieħor. Fil-każ ta' membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a), l-istituzzjoni prinċipali tista' tipprovdi n-notifika meħtieġa meta jkun hemm ftehim fis-seħħ, kif imsemmi fil-punt (iv) tal-punt (d), li jgħid espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklussivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-lista; u

(ii) 

evidenza xierqa, kif jista' jintalab mill-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, li ġiet eżegwita mill-firmatarji debitament awtorizzati.

(f) 

L-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizzjonali oħra li hija relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-grupp TLTRO-III potenzjali mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punti (d) jew (e) skont il-każ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, anki istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-superviżjoni konsolidata, inklużi friegħi tal-istess istituzzjoni ta' kreditu, għandhom jitqiesu bħala applikanti xierqa għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III, u għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu mutatis mutandis. Din tiffaċilita t-tiswir ta' gruppi tat-TLTRO-III fost dawn l-istituzzjonijiet, meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu parti mill-istess entità ġuridika. Għall-finijiet tal-konferma tat-tiswir, jew bidla fil-kompożizzjoni, ta' grupp TLTRO-III ta' dan it-tip, il-paragrafu 3(d)(v) u l-paragrafu 6(b)(ii)(5) għandhom japplikaw rispettivament.

4.  Jekk waħda jew iktar mill-istituzzjonijiet inklużi fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-BĊN relevanti jista' jiċħad b'mod parzjali l-applikazzjoni tal-grupp propost. F'dan il-każ, l-istituzzjonijiet li jissottomettu l-applikazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu bħala grupp TLTRO-II bil-kompożizzjoni limitata għal dawk il-membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa jew inkella jirtiraw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III.

5.  F'każijiet eċċezzjonali, meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jitbiegħed mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3.

6.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5, il-kompożizzjoni ta' grupp rikonoxxut skont il-paragrafu 3 tista' tinbidel fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) 

Membru għandu jiġi eskluż mill-grupp TLTRO-III jekk ma jissodisfax iktar ir-rekwiżiti tal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3. Il-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni prinċipali dwar in-nuqqas tal-membru tal-grupp li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

F'dawk il-każijiet, l-istituzzjoni prinċipali kkonċernata għandha tgħarraf lill-BĊN relevanti dwar il-bidla fl-istatus tal-membru tal-grupp tagħha.

(b) 

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib addizzjonali jew investimenti indiretti ta' riżervi meħtieġa mal-Eurosistema wara l-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti ż-żieda ta' membru ġdid, sakwmm:

(i) 

l-istituzzjoni prinċipali tapplika mal-BĊN tagħha għar-rikonoxximent tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTROs-III skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE;

(ii) 

l-applikazzjoni msemmija fil-punt (i) tinkludi:

(1) 

l-isem tal-istituzzjoni prinċipali;

(2) 

il-lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li huma intiżi li jiddaħħlu fil-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTROs-III;

(3) 

spjegazzjoni tal-bażi għall-applikazzjoni, inklużi dettalji tat-tibdil fir-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi IFM tiegħu;

(4) 

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (ii) tal-paragrafu 3(a): ikun hemm konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III tiegħu iddeċieda formalment li jkun membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u biex ma jipparteċipax fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp relevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp relevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-konferma bil-miktub; u

(5) 

fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (i) tal-paragrafu 3(a), ikun hemm konferma bil-miktub minn kull membru addizzjonali tad-deċiżjoni formali tiegħu biex ikun membru tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u mhux biex jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor, u konferma bil-miktub minn kull membru tal-grupp TLTRO-III, inkluż kemm fil-kompożizzjoni l-qadima u dik ġdida, tad-deċiżjoni formali tiegħu biex jaqbel mal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III, flimkien mal-evidenza xierqa, ikkonfermat mill-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti, kif iddettaljat fil-punt (v) tal-paragrafu 3(d); u

(iii) 

l-istituzzjoni prinċipali tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III mibdul ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizjonali relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punt (ii).

(c) 

Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni li tinvolvi membri tal-grupp TLTRO-III iseħħu wara l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u dik l-operazzjoni ma tirriżulta fl-ebda bidla fis-sett ta' selfiet eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti l-fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, skont il-każ, iżda l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (b) għandhom jitħarsu.

7.  Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III skont il-paragrafu 5, jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-gruppi TLTRO-III ikun seħħ skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:

(a) 

fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5, il-paragrafu 6(b), jew il-paragrafu 6(c) l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-III fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III tagħha biss wara li tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III ġie rrikonoxxut; u

(b) 

istituzzjoni li m'għadhiex membru ta' grupp tat-TLTRO-III m'għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-III oħrajn la b'mod individwali u lanqas bħala membru ta' grupp ieħor tat-TLTRO-III, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.

8.  Jekk istituzzjoni prinċipali titlef l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il-grupp tat-TLTRO-III tagħha m'għandux jibqa' rikonoxxut u din l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun obbligata li tħallas lura l-ammonti kollha meħuda b'self taħt it-TLTROs-III.

Artikolu 4

Limitu fuq is-self, limitu tal-offerta u punti ta' riferiment

1.  Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali għandu jiġu kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta dwar is-self fir-rigward tal-ammont pendenti ta' referenza tal-parteċipant individwali. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-parteċipant li huwa l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dejta aggregata dwar is-self fir-rigward tal-ammont pendenti ta' referenza għall-membri kollha tal-grupp tat-TLTRO-III.

▼M2

2.  Il-limitu fuq is-self ta’ kull parteċipant għandu jkun daqs 50 % tal-ammont pendenti totali ta’ referenza, wara li jitnaqqas kull ammont meħud b’self minn dak il-parteċipant tat-TLTRO-III taħt TLTROs-II skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) u li għadu pendenti fid-data tal-ħlas ta’ TLTRO-III wara li titqies kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas lura bikri sottomessa mill-partiċipant skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

▼B

3.  Jekk membru tal-grupp TLTRO rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) ma jkunx irid ikun membru tal-grupp TLTRO-III rispettiv, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self tat-TLTO-III għal dik l-istituzzjoni ta' kreditu bħala parteċipant individwali, dik l-istituzzjoni għandha titqies li sselfet taħt it-TLTROs-II ammont daqs l-ammont meħud b'self mill-istituzzjoni prinċipali tal-grupp TLTRO-II fit-TLTROs-II u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas ta' TLTRO-III immultiplikat bis-sehem ta' selfiet eliġibbli tal-membru lil dawk tal-grupp TLTRO-II fil-31 ta' Jannar 2016. Dan l-aħħar ammont jitnaqqas mill-ammont li l-grupp TLTRO-III rispettiv jitqies li ssellef taħt it-TLTROs-II għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu ta' fuq is-self tat-TLTRO-III tal-istituzzjoni prinċipali.

▼M2

4.  Il-limitu tal-offerta ta’ kull parteċipant għal kull TLTRO-III għandu jkun daqs il-limitu ta’ self tiegħu mnaqqas bl-ammonti meħuda b’self taħt TLTROs-III preċedenti. Dan l-ammont għandu jitqies li jirrappreżenta limitu ta’ offerta massima għal kull parteċipant u r-regoli applikabbli għal offerti li jaqbżu dan l-limitu massimu tal-offerta, kif stipulat fl-Artikolu 36 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għandhom japplikaw. Il-kalkoli tekniċi relevanti huma mfissra fl-Anness I.

▼B

5.  Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' tislif nett eliġibbli fl-ewwel perijodu ta' referenza, kif ġej:

(a) 

għal parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun żero;

(b) 

għall-parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun daqs it-tislif nett eliġibbli għall-ewwel perijodu ta' referenza.

Il-kalkoli tekniċi relevanti huma mfissra fl-Anness I. Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għall-parteċipanti li ngħataw liċenzji bankarji wara t-28 ta' Frar 2019 għandu jkun żero ħlief jekk il-Kunsill Governattiv, f'ċirkustanzi fejn huwa oġġettivament ġġustifkat, jiddeċiedi mod ieħor.

6.  Il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fil-31 ta' Marzu 2019 u l-punt ta' riferiment tat-tislif nett. Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.

▼M3

Artikolu 5

Imgħax

1.  Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3a):

(a) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi; u

(b) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

2.  Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (ii) ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, bħal fil-punt (b); u

(b) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun anqas mir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva u tista' tkun baxxa daqs ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti.

3.  Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom, kemm matul il-perjodu ta' referenza speċjali u anki matul it-tieni perjodu ta' referenza, ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u

(b) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.”

4.  Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevenati dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.

5.  L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli.

6.  Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti tat-TLTRO-III qabel ma tiġi kkomunikata d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi stabbilita: (a) għall-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (b) għall-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament fuq il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva sad-data li fiha kien meħtieġ li jsir il-ħlas lura mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, ikunu ġew ikkomunikati lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi ffissata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3.

▼M1

Artikolu 5a

Ħlas lura bikri

▼M2

1.  Minn Settembru 2021, b’bidu minn 12-il xahar wara l-ħlas ta’ kull TLTRO-III, il-parteċipanti għandhom, fuq bażi trimestrali, ikollhom l-għażla li jtemmu jew inaqqsu l-ammont tat-TLTRO-III kkonċernati, qabel il-maturità.

▼M1

2.  Id-dati ta' ħlas lura bikri għandhom jikkoinċidu mad-data ta' saldu ta' operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament tal-Eurosistema, kif speċifikat mill-Eurosistema.

3.  Sabiex jibbenefika mill-proċedura ta' ħlas lura bikri, parteċipant għandu jinnotifika lill-BĊN relevanti li biħsiebu jħallas lura bil-proċedura ta' ħlas lura bikri fid-data ta' ħlas lura bikri, tal-inqas ġimgħa qabel dik id-data ta' ħlas lura bikri.

4.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant kkonċernat ġimgħa qabel id-data ta' ħlas lura bikri li tirreferi għaliha. Nuqqas min-naħa tal-parteċipant li jħallas, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, l-ammont dovut skont il-proċedura ta' ħlas lura bikri sad-data ta' ħlas lura jista' jirriżulta fl-impożizzjoni ta' penali finanzjarja. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont l-Anness VII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandha tikkorrispondi mal-penali finanzjarja applikata għal nuqqasijiet ta' konformità mal-obbligi biex jiġi kkollateralizzat b'mod adegwat u saldat l-ammont li l-kontroparti tkun ġiet assenjata fir-rigward ta' tranżazzjonijiet lura għal għanijiet ta' politika monetarja. L-impożizzjoni ta' penali finanzjarja għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊN li jeżerċita r-rimedji stabbiliti għal jew meta jseħħ każ ta' inadempjenza kif stabbilit fl-Artikolu 166 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼B

Artikolu 6

Rekwiżiti ta' rapportar

1.  Kull parteċipant fit-TLTROs-III għandu jissottometti lill-BĊN relevanti d-dejta identifikata fil-mudelli tar-rapportar pprovduti fl-Anness II kif ġej:

(a) 

l-ammont pendenti ta' referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta tal-parteċipant, u dejta dwar l-ewwel perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu stabbiliti l-punti ta' riferiment tal-parteċipant (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-“ewwel rapport”); u

▼M3

(b) 

data relatata ma’ (i) it-tieni perjodu ta’ referenza u, (ii) b’mod fakultattiv, mal-perjodu ta’ referenza speċjali, għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati tal-imgħax applikabbli (aktar 'il quddiem imsejjaħ it-“tieni rapport”).

▼B

2.  Id-dejta għandha tiġi pprovduta skont:

(a) 

il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b) 

il-linji gwida stabbiliti fl-Anness II; u

(c) 

l-istandards minimi għall-preċiżjoni u konformità mal-kunċetti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

3.  Il-parteċipanti li jkun beħsiebhom jinkludu selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-finijiet li jikkalkulaw il-limitu fuq is-self tagħhom għandhom jeżerċitaw din l-opzjoni billi jipprovdu l-partiti supplimentari relatati mas-selfiet eliġibbli awtotitolizzati kollha, kif spjegat fid-dettall fl-Anness II, flimkien mail-valutazzjoni tal-awditur ta' dawk il-partiti supplimentari, skont ir-regoli li ġejjin:

(a) 

Parteċipanti li jieħdu sehem fl-ewwel jew it-tieni operazzjoni TLTRO-III jistgħu jipparteċipaw fuq il-bażi tal-ewwel rapport li jħalli barra l-partiti supplimentari. Madankollu, sabiex selfiet awtotitolizzati jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self tagħhom u limiti tal-offerta sa mit-tieni jew it-tielet operazzjoni, il-partiti supplimentari u l-evalwazzjoni rispettiva tal-awditur tal-partiti supplimentari għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti qabel l-iskadenza għall-ewwel rapport għal kwalunkwe waħda minn dawn l-operazzjonijiet speċifikati fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.

(b) 

Parteċipanti li l-ewwel jipparteċipaw fit-tielet operazzjoni TLTRO-III jew oħrajn sussegwenti għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti, sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, kemm l-ewwel rapport li jinkludi l-partiti supplimentari, kif ukoll il-valutazzjoni tal-awditur rispettiva tal-partiti supplimentari.

▼M3

3a.  Il-parteċipanti li jkollhom il-ħsieb li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1) għandhom jeżerċitaw din l-għażla billi jipprovdu separatament, fit-tieni rapport, id-data dwar il-perjodu ta’ referenza speċjali, kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur ta’ din id-data skont l-Artikolu 6(6)(b). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipanti għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(2) jew (3). L-ebda sanzjoni għandha tapplika għan-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data dwar il-perjodu ta’ referenza speċjali u/jew ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awdituri rispettivi tagħha.

▼B

4.  Termini użati fir-rapport sottomess mill-parteċipanti għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjonijiet ta' dawk it-termini fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

5.  L-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi ta' TLTRO-III għandhom jissottomettu rapporti li jirriflettu dejta aggregata fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp tat-TLTRO-III. Barra minn hekk, il-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jew il-BĊN ta' membru ta' grupp tat-TLTRO-III jistgħu, f'koordinazzjoni mal-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, jeħtieġu li l-istituzzjoni prinċipali tissottometti dejta diżaggregata għal kull membru ta' grupp individwali.

▼M3

6.  Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-data sottomessa skont il-paragrafi 1 sa 3a tiġi vvalutata minn awditur estern f’konformità mar-regoli li ġejjin:

▼B

(a) 

il-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;

(b) 

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur fir-rigward tat-tieni rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE;

(c) 

▼M3

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3a u 4. B’mod partikolari, l-awditur għandu:

▼B

(i) 

jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta billi jivverifika li s-sett ta' selfiet eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta' istituzzjoni prinċipali, is-selfiet eliġibbli għall-membri tal-grupp TLTRO-III, jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà;

(ii) 

jivverifika li d-dejta rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti mdaħħla permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iii) 

jivverifika li d-dejta rapportata hija konsistenti mad-dejta miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iv) 

jivverifika jekk hemmx fis-seħħ kontrolli u proċeduri għall-validazzjoni tal-integrità, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta; u

(v) 

fir-rigward tal-partiti supplimentari, jiżgura, permezz ta' proċedura ta' ingaġġ ta' assigurazzjoni pożittiva, jiġifieri proċedura li tiċċertifika li d-dejta rrapportata hija preċiża u relevanti, li selfiet eliġibbli awtotitolizzati inklużi għall-fini tal-kalkolu tal-ammont pendenti ta' referenza ta' parteċipant jikkorrispondu għat-titoli ggarantiti b'assi relevanti li huma miżmuma 100 % mill-parteċipant rispettiv jew membru tal-grupp TLTRO-III, li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri l-oħrajn tal-grupp TLTRO-III. Fuq talba tal-BĊN tal-parteċipant, riżultati ddettaljati tal-valutazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta' parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.

(d) 

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandu jinkludu ta' mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

(i) 

it-tip ta' proċedura ta' awditjar applikata;

(ii) 

il-perijodu kopert mill-awditu;

(iii) 

id-dokumentazzkjoni analizzata;

(iv) 

deskrizzjoni tal-metodi segwiti mill-awdituri sabiex iwettqu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 6(6)(c);

(v) 

fejn applikabbli, l-identifikaturi (kodiċijiet FVC u/jew LEIs, kif applikabbli) ta' kull vejikolu ta' titolizzazzjoni li jżomm is-selfiet eliġibbli awtotitolizzati msemmija fil-paragrafu (c)(v), u l-kodiċi IFM tal-parteċipant jew il-membru tal-grupp tat-TLTRO-III li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati;

(vi) 

il-korrezzjonijiet imwettqa, jekk ikun hemm, wara li jiġu applikati l-metodi deskritti fil-punt (iv);

(vii) 

konferma li d-dejta inkluża fil-mudelli tar-rapportar huma konformi mal-informazzjoni li tinsab fis-sistemi interni tal-parteċipanti; u

(viii) 

osservazzjonijiet jew valutazzjoni finali bħala riżultat tal-awditjar estern.

L-Eurosistema tista' tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif il-valutazzjoni tal-awditur għandha ssir, f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fil-valutazzjoni tagħhom.

7.  Bla ħsara għall-paragrafu 8, wara bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva, bħal fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni (inkluża waħda li tirriżulta minn riżoluzzjoni jew likwidazzjoni tal-parteċipant), li taffettwa is-sett tas-selfiet eliġibbli tal-partiċipant, l-ewwel rapport rivedut għandu jiġi sottomess skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-BĊN tal-partecipant. Il-BĊN relevanti għandu jevalwa l-impatt tar-reviżjoni u jieħu azzjoni xierqa. Din l-azzjoni tista' tinkludi rekwiżit biex jitħallsu lura ammonti meħuda b'self li, wara li tittieħed inkunsiderazzjoni l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva, jaqbżu l-limitu fuq is-self relevanti. Il-parteċipant ikkonċernat, li jista' jinkludi entità ġdida stabbilita wara riorganizzazzjoni korporattiva, għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN relevanti għall-għajnuna fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.

8.  B'eċċezzjoni mill-paragrafu 7, reviżjoni tal-ewwel rapport mhuwiex meħtieġ, imma l-impatt relevanti fuq selfiet eliġibbli jista' minflok jiġi rreġistrat bħala aġġustament fit-tieni rapport f'każijiet fejn:

(a) 

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi istituzzjonijiet li, qabel ir-riorganizzazzjoni korporattiva, kienu soġġetti għal miżuri superviżorji jew ta' riżoluzzjoni u dawn il-miżuri, kif ikkonfermat mill-BĊN relevanti, tabilħaqq fixklu l-kapaċità tagħhom li jsellfu waqt l-aħħar nofs tat-tieni perijodu ta' referenza;

(b) 

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi akkwiżizzjoni minn parteċipant li tlestiet fl-aħħar sitt xhur tat-tieni perijodu ta' referenza; jew

(c) 

il-BĊN relevanti jevalwa l-impatt tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp jew riorganizzazzjoni korporattiva bħala li ma jeħtieġx rapport rivedut.

Għall-każijiet (b) u (c), il-parteċipanti xorta jistgħu jagħżlu li jirrevedu l-ewwel rapport sabiex jitqiesu r-riorganizzazzjonijiet korporattivi.

9.  Id-dejta pprovduta mill-parteċipanti skont dan l-Artikolu tista' tintuża mill-Eurosistema għall-implimentazzjoni tal-qafas TLTRO-III, kif ukoll għall-analiżi tal-effettività tal-qafas u għanijiet analitiċi tal-Eurosistema oħrajn. Għal dawn il-finijiet, il-BĊNi li jirċievu dejta rapportata skont dan l-Artikolu jistgħu jpartu din id-dejta fi ħdan l-Eurosistema. Id-dejta rapportata skont dan l-Artikolu tista' tiġi kondiviża wkoll fi ħdan l-Eurosistema għall-finijiet tal-validazzjoni tad-dejta pprovduta.

Artikolu 7

Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar

1.  Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-awditu, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-dejta rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi l-ewwel rapport għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti, il-limitu fuq is-self tiegħu għandu jiġi ffissat għal żero.

▼M3

(b) 

Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, il-parteċipant għandu jħallas lura l-ammonti kollha pendenti meħuda b'self taħt it-TLTRO-III fid-data ta' saldu tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li jmiss bir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv sad-data ta’ saldu tal-ħlas lura, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.

▼M1

(c) 

Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti t-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III flimkien ma' penali addizjonali ta' EUR 500 kuljum sakemm jintbagħat it-tieni rapport, iżda sa massimu ta' EUR 15 000 . Il-penali għandhom jakkumulaw u jintalab il-ħlas tagħhom malli l-BĊN relevanti jirċievi t-tieni rapport jew meta l-penali massima tkun intlaħqet jekk it-tieni rapport ikun għadu ma ġiex riċevut sa dak il-punt.

▼M3

(d) 

Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur ta’ data dwar it-tieni perjodu ta’ referenza fit-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.

(e) 

Jekk parteċipant jonqos milli b'mod ieħor jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) jew (7), ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.

▼B

(f) 

Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-verifika msemmija fl-Artikolu 6(6) jew b'xi mod ieħor, jidentifika żbalji fid-dejta sottomessa fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, għandu jinnotifika lill-BĊN relevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti ikun ġie nnotifkat b'dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet, jew fejn dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet ikkonċernati; u (ii) il-BĊN relevanti jista' jieħu l-azzjoni xierqa, li tista' tinkludi kalkolu mill-ġdid tal-valuri relevanti li, min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-III u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti meħuda b'self li, minħabba żball, jaqbżu l-limitu fuq is-self tal-parteċipant.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 ( 7 ) fir-rigward tal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Awwissu 2019.




ANNESS I

IT-TWETTIQ TAT-TIELET SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL

1.    Kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta

Il-parteċipanti f'waħda mit-tielet sensiela ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-III), li jaġixxu jew individwalment jew bħala istituzzjoni prinċipali ta' grupp TLTRO-III, huma suġġetti għal limitu fuq is-self. Il-limitu fuq is-self ikkalkolat jitqarreb għall-figura multipla li jmiss ta' EUR 10 000 .

Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali fit-TLTROs-III huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza li jinkludi l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit-28 ta' Frar 2019. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza b'rabta mal-membri kollha tal-grupp TLTRO-III.

▼M2

II-limitu fuq is-self huwa ta 50 % tal-ammont pendenti ta’ referenza relatat mal-parteċipant ( 8 ) wara li jitnaqqsu l-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant fl-operazzjoni mmirata ta’ rifinanzjament għal żmien itwal skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) (TLTROs-II) u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas tal-TLTRO-III rispettiv, jew żero jekk dak l-ammont huwa negattiv, jiġifieri:

imagegħal k = 1,…,7.

▼B

Fejn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-III k (bi k = 1,…,7), ORFeb 2019 huwa l-ammont pendenti ta' referenza fit-28 ta' Frar 2019 u OBk huwa l-ammont meħud b'self mill-parteċipant fit-TLTROs-II u li għadu pendenti fid-data tas-saldu tal-TLTRO-III k.

▼M2

Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f’kull TLTRO-III huwa l-limitu ta tislif tiegħu BAk wara li jitnaqqsu l-ammonti meħuda b’self taħt TLTROs-III preċedenti. Fejn image ikun is-self ta’ parteċipant fit-TLTRO-III k, mela image fejn BLk ikun il-limitu tal-offerta għal dan il-parteċipant fl-operazzjoni k li hija ddefinita kif ġej:

image

għal k = 2,…,7.

▼B

2.    Kalkolu tal-punti ta' riferiment

Fejn NLm huwa t-tislif nett eliġibbli ta' parteċipant f'xahar kalendarju m, ikkalkulat bħala l-fluss gross ta' parteċipant ta' selfiet eliġibbli ġodda f'dak ix-xahar bit-tnaqqis ta' ħlasijiet lura ta' selfiet eliġibbli, kif iddefinit fl-Anness II.

Indika b'NLB il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għal dan il-parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

NLB = min (NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019, 0)

Dan jimplika li jekk il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = 0. Jekk, madankollu, il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019.

Indika b'OAB l-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti ta' parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:

OAB = max (OLMar 2019 + NLB, 0)

fejn OLMar 2019 huwa l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli fi tmiem Marzu 2019.

▼M3

3.    Kalkolu tar-rata tal-imgħax

A. 

Ħalli image tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perjodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.

image

B. 

Ħalli image tindika l-ammont miksub billi jingħaddu flimkien it-tislif nett eliġibbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta’ tislif eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2019; dan huwa kkalkolat bħala:

image.

Indika issa permezz ta’ image id-devjazzjoni perċentwali ta’ image mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2019 u l-31 ta' Marzu 2021, jiġifieri,

image

EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15.

C. 

Ħalli image tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III image u espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli image tkun il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k, fejn ir-rata tal-imgħax applikabbli tirreferi għall-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

image

image

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq image(għal k=1,…,7) tindika n-numru ta’ jiem tat-TLTRO-III k u fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa image tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, image tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq image tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

D. 

Ħalli kspeċjali tfisser li l-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali jkun il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021, u krol tindika ż-żewġ perjodi li jikkostitwixxu l-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III k rispettiva (b’referenza għall-perjodu mid-data ta’ ħlas tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, skont kif ikun applikabbli).

Ħalli image tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta' Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli image tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k u f'kull każ espress bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

image

image

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq image tindika n-numru ta’ jiem tal-perjodu image tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa image tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu image tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, image tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu image tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq image tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perjodu image tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

E. 

Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn image u image, jiġi indikat image;

F. 

Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa tat-TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata image Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perjodu image, b’j = speċjali jew rol, ta’ TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata image.

G. 

Ir-rata tal-imgħax image hija ddefinita bħala:

image

Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq image jindika n-numru ta’ ġranet tal-perjodu image tat-TLTRO-III k.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:

a) 

Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk image, mela image;

(ii) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk image, mela image.

b) 

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’tal-anqas 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i) 

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-anqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk imageuimage, mela image u image;

(ii) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk imageu image, mela image u image

c) 

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’anqas minn 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-aktar rata baxxa bejn il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (ii) ta’ hawn taħt, jiġifieri:

jekk image u image, mela image u image

(ii) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: ir-rata tal-imgħax li hija ggradata b’mod lineari skont il-perċentwali li bih il-parteċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,

jekk image u image, mela image and image;

(d) 

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali u lanqas ma jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta' referenza, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i) 

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk image u image, then image;

(ii) 

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk image u image, mela imageu image

L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax (image) jiġi espress bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rati tal-imgħax image u image jiġu espressi bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rata tal-imgħax finali image tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali.

▼B




ANNESS II

IT-TIELET SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL — LINJI GWIDA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAD-DEJTA MEĦTIEĠA GĦALL-MUDELLI TA' RAPPORTAR

1.    Introduzzjoni ( 9 )

Dawk il-linji gwida jipprovdu struzzjonijiet għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta li l-parteċipanti fit-TLTROs-III għandhom jissottomettu skont l-Artikolu 6. Ir-rekwiżiti tar-rapportar huma ppreżentati fil-mudelli ta' rapportar fl-aħħar ta' dan l-Anness. Dawn il-linji gwida jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-gruppi tat-TLTRO-III li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet.

It-Taqsimiet 2 u 3 jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni tad-dejta u t-Taqsima 4 tispjega l-indikaturi li għandhom jiġu rrapportati.

2.    Informazzjoni ġenerali

Il-miżuri li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self huma relatati ma' self tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM) lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u self IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro ( 10 ), bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar, fil-muniti kollha. Skont l-Artikolu 6, żewġ rapporti tad-dejta għandhom jiġu sottomessi: l-ewwel rapport ikopri dejta dwar l-ammont pendenti ta' referenza u dejta relatata mal-ewwel perijodu ta' referenza, u t-tieni rapport ikopri dejta relatata mat-tieni perijodu ta' referenza. L-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u għal unitajiet domestiċi. L-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli huma aġġustati biex jaħsbu għal selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor u mhux dekontabilizzati, iżda l-parteċipanti jistgħu jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) li jżidu selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-fini li jikkalkolaw il-limitu fuq is-self tagħhom, irrispettivament mill-istatus ta' rikonoxximent fuq il-karta tal-bilanċ. Informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa wkoll fuq subkomponenti relevanti ta' dawn il-partiti, kif ukoll fuq l-effetti li jirriżultaw f'tibdil lil ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli imma ma humiex relatati ma' tislif nett eliġibbli (iktar 'il quddiem “aġġustamenti għall-ammonti pendenti”), li jkopru wkoll xiri u bejgħ ta' self u trasferimenti ta' self oħra.

▼M3

Fil-każ li l-parteċipanti jkollhom l-intenzjoni li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1), it-tieni rapport għandu jkopri wkoll data relatata mal-perjodu ta’ referenza speċjali fuq bażi simili għar-rekwiżiti għat-tieni perjodu ta’ referenza.

▼M3

Fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni miġbura, għandha tintuża data dwar l-ammont pendenti ta’ referenza sabiex jiġi ddeterminat il-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, id-data dwar it-tislif nett eliġibbli matul l-ewwel perjodu ta' referenza tintuża għall-kalkolu tal-punt ta' riferiment ta' tislif nett u tal-ammont pendenti ta' referenza. Sadanittant, id-data dwar it-tislif nett eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza u, jekk applikabbli, il-perjodu ta’ referenza speċjali, tintuża sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi fit-tislif u, konsegwentement, ir-rati tal-imgħax applikabbli. L-indikaturi l-oħra kollha huma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza interna tal-informazzjoni u l-konsistenza tagħha mad-data statistika miġbura fl-Eurosistema, kif ukoll għal monitoraġġ fil-fond tal-impatt tal-programm tat-TLTRO-III.

▼B

Il-qafas ġenerali sottostanti t-tlestija tar-rapporti tad-dejta huwa pprovdut mir-rekwiżiti ta' rapportar tal-IFM taż-żona tal-euro fil-kuntest tal-istatistika dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tal-IFM, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). B'mod partikolari, fir-rigward tas-self, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li dan “[għandu jiġi rrapportat] skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. It-tħassir u tnaqqis fil-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà relevanti għandhom ikunu esklużi minn dan l-ammont. […] is-self m'għandux ikun nnettjat kontra ebda assi jew passiv oħra”. Madankollu, għall-kuntrarju tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(2), li jimplikaw ukoll li s-self irid jiġi rrapportat gross mill-provvedimenti, l-Artikolu 8(4) jistipula li l-“BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta' self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta' self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom [jiġifieri l-valur tat-tranżazzjoni tagħhom], sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw”. Selfiet eliġibbli awtotitolizzati jistgħu ma jiġux irraportati jekk ikunu dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. L-implikazzjonijiet li din id-devjazzjoni mill-gwida ġenerali dwar il-BSI għandha għall-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta huma rriveduti f'iktar dettall iktar 'il quddiem.

Ir-Regolament (UE) No 1071/2013 (BĊE/2013/33) għandu jintuża wkoll bħala d-dokument ta' referenza fir-rigward tad-definizzjonijiet li jridu jiġu applikati fil-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta. Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 1 għad-definizzjonijiet ġenerali, u l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II għal definizzjoni tal-kategoriji tal-istrumenti li għandhom ikunu koperti taħt “self” u tas-setturi ta' parteċipanti rispettivament. Huwa importanti, fil-qafas tal-BSI, li r-riċevibbli tal-imgħax dovut fuq is-self ikun, bħala regola, soġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif isir dovut (jiġifieri fuq bażi tad-dovuti minflok meta fil-fatt jiġi riċevut), iżda għandu jkun eskluż mid-dejta fuq l-ammonti pendenti ta' self. Madankollu, imgħax kapitalizzat għandu jiġi rreġistrat bħala parti mill-ammonti pendenti.

Filwaqt li ħafna mid-dejta li trid tiġi rrapportata diġà tinġabar mill-IFM skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), il-parteċipanti li jagħmlu offerti fit-TLTRO-III għandhom jiġbru ċerta informazzjoni addizzjonali. Il-qafas metodoloġiku għall-istatistika tal-BSI, kif stipulat fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” ( 11 ) (“Manwal dwar l-istatistiki tal-karta tal-bilanċ tal-IFM”), jipprovdi t-tagħrif ta' sfond kollu meħtieġ biex tinġabar din id-dejta addizzjonali; iktar dettalji huma pprovduti fil-punt 4 dwar id-definizzjonijiet tal-indikaturi individwali.

3.    Struzzjonijiet ġenerali ta' rapportar

(a)   Struttura tal-mudelli dwar ir-rapportar

Il-mudelli jinkludu indikazzjoni tad-dati ta' referenza li għalihom tirreferi d-dejta u jiġbru l-indikaturi f'żewġ blokok:: selfiet IFM lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro u selfiet IFM lil unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, esklużi selfiet għal xiri ta' djar. Id-dejta fiċ-ċelloli kollha mmarkati bl-isfar hija kkalkolata mid-dejta mdaħħla f'ċelloli oħrajn, fuq il-bażi tal-formuli pprovduti. Il-mudelli jinkorporaw ukoll regoli ta' validazzjoni li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta.

Hemm żewġ rapporti fit-TLTRO-III.

— 
L-ewwel rapport jeħtieġ il-mudell A tad-dejta komplut b'rabta mal-ammont pendenti ta' referenza għall-fini tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limiti tal-offerta. Il-parteċipanti li jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) iridu jipprovdu l-partiti supplimentari relatati ma' selfiet eliġibbli awtotitolizzati, u l-valutazzjoni tal-awditur għal dawk il-partiti, skont l-Artikolu 6(6)(c)(v). L-ewwel rapport jeħtieġ ukoll il-mudell B komplut għall-“ewwel perijodu ta' referenza”, jiġifieri mill-1 ta' April 2018 sat-31 ta' Marzu 2019, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-punti ta' riferiment.

▼M3

— 
It-tieni rapport jeħtieġ il-mudell tad-data B komplut għat-“tieni perjodu ta’ referenza”, jiġifieri mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-paraguni mal-punti ta’ riferiment li fuqhom huma bbażati r-rati tal-imgħax applikabbli.
— 
Il-parteċipanti li jkollhom l-intenzjoni li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jeħtiġilhom jipprovdu, barra minn dan, il-mudell tad-data B komplut għall-“perjodu ta’ referenza speċjali”, jiġifieri mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-paraguni mal-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett li fuqu huma bbażati r-rati tal-imgħax aktar baxxi.

Fil-Mudell B, l-indikaturi marbutin ma' ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta' qabel ma beda l-perijodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perjodu ta' referenza ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2018 u fil-31 ta' Marzu 2019; għat-tieni perijodu ta' referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2019 u l-31 ta' Marzu 2021; għall-perjodu ta’ referenza speċjali l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif ikunu fid-29 ta’ Frar 2020 u fil-31 ta’ Marzu 2021. Min-naħa tagħha, id-data fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti relevanti kollha li jseħħu matul il-perjodu tar-rapportar.

▼B

(b)   Ir-rapportar fir-rigward ta' gruppi tat-TLTRO-III

Fir-rigward ta' parteċipazzjoni ta' grupp fit-TLTROs-III, bħala regola d-dejta għandha tiġi rrapportata fuq bażi aggregata. Madankollu, il-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊNi) għandhom il-possibbiltà li jiġbru t-tagħrif fuq bażi ta' istitituzzjonijiet individwali, jekk iqisu li dan ikun xieraq.

(c)   Tranżmissjoni tar-rapporti tad-dejta

Ir-rapporti tad-dejta kompletati għandhom jintbagħtu lill-BĊN relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 6 u skont il-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, li jistipula wkoll il-perjodi ta' referenza li jridu jkunu koperti f'kull trażmizzjoni u liema vintages tad-dejta għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni tad-dejta.

(d)   Unità tad-dejta

Id-dejta trid tiġi rrapportata f'termini ta' eluf ta' euro.

4.    Definizzjonijiet

Din is-sezzjoni tipprovdi definizzjonijiet tal-partiti li jridu jiġu rrapportati; l-enumerazzjoni użata fil-mudell ta' rapportar hija indikata fil-parenteżi.

(a)   Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (1 u 4)

Id-dejta f'dawn iċ-ċelloli tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fir-rigward tal-partiti li ġejjin fil-karta tal-bilanċ: “Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), nieqes l-“Ammonti pendenti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2), b'żieda ta' “Provvedimenti pendenti” (1.3 u 4.3). L-aħħar subterminu huwa relevanti biss f'każijiet li fihom, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti.

Il-partiti sottostanti tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli huma skont kif ġej:

(i) 

Ammonti pendenti fil-karta tal-bilanċ (1.1 u 4.1)

Din il-partita tinkludi ammonti pendenti ta' self mogħti lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi taż-żona tal-euro, bl-esklużjoni ta' self għax-xiri ta' djar. Għall-kuntrarju tal-imgħax kapitalizzat, l-imgħax dovut huwa eskluż mill-indikaturi.

Dawn iċ-ċelloli huma marbuta direttament mar-rekwiżiti tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 2 tat-Tabella 1 fuq stokks tax-xahar).

Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(ii) 

L-ammonti pendenti ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ (1.2 u 4.2)

Din il-partita tinkludi l-ammonti pendenti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda li ma ġewx dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet finanzjarji vetturi. Selfiet ipprovduti bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.

Il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 5.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar) tkopri l-informazzjoni meħtieġa fuq selfiet titolizzati lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi li ma ġewx dekontabilizzati, iżda ma teħtieġx li dawn tal-aħħar jitqassmu skont l-iskop. Barra minn hekk, ammonti pendenti ta' selfiet li ġew ittrasferiti b'xi mod ieħor (jiġifieri mhux permezz ta' titolizzazzjoni) iżda li mhumiex dekontabilizzati, mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għalhekk, għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, huma meħtieġa estrazzjonijiet ta' dejta separati mid-databases interni tal-IFM.

Għal iktar dettalji tal-partiti li jridu jiddaħħlu fir-rapporti tad-dejta, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.

(iii) 

Provvedimenti pendenti (1.3 u 4.3)

Din id-dejta hija relevanti biss għal dawk l-istituzzjonijiet li, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti. Fil-każ ta' istituzzjonijiet li jagħmlu offerti bħala grupp tat-TLTRO-III, dan ir-rekwiżit japplika biss għal dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp li jirreġistraw tislif nett mill-provvedimenti.

Din il-partita tinkludi provvedimenti individwali u kollettivi għal indeboliment u telf minn self (qabel ma jsir tħassir u tniżżil fil-valur). Id-dejta trid tirreferi għal “Ammonti pendenti ta' selfiet fuq il-karta tal-bilanċ” (1.1 u 4.1), esklużi “Ammonti pendenti ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (1.2 u 4.2).

Kif intqal iktar 'il fuq fit-tielet subparagrafu tal-punt 2, bħala regola, fl-istatistika tal-BSI is-selfet għandhom jiġu rrapportati bl-ammont pendenti ta' kapital, bil-provvedimenti korrispondenti li jiġu allokati f'“Kapital u riżervi”. F'dawn il-każijiet, m'għandha tiġi rrapportata l-ebda informazzjoni separata dwar provvedimenti. Fl-istess ħin, f'każijiet li fihom is-self jiġi rrapportat nett mill-provvedimenti, dan it-tagħrif addizzjonali jrid jiġi rrapportat sabiex tinġabar dejta kompletament paragunabbli bejn l-IFM.

Meta tkun il-prattika li jiġu rrapportati ammonti pendenti ta' tislif nett mill-provvedimenti, il-BĊNi għandhom l-għażla li jagħmlu r-rapportar ta' dan it-tagħrif mhux obbligatorju. Madankollu, f'dawn il-każijiet il-kalkoli skont il-qafas tat-TLTROs-III ser ikunu msejsin fuq l-ammonti ta' self pendenti fil-karta tal-bilanċ nett mill-provvedimenti ( 12 ).

Għal dettalji addizzjonali, ara r-referenza għad-dispożizzjonijiet fid-definizzjoni ta' “Kapital u riżervi” fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

(b)   Tislif nett eliġibbli (2)

Dawn iċ-ċelloli jirreġistraw it-tislif nett (tranżazzjonijiet) mogħti matul il-perjodu tar-rapportar. Id-dejta tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-figuri rrapportati għas-subpartiti, jiġifieri s-“Self gross” (2.1) nieqes il-“Ħlasijiet lura” (2.2).

Self li huwa negozjat mill-ġdid matul il-perjodu tar-rapportar għandu jiġi rrapportat kemm bħala “Ħlasijiet lura” kif ukoll bħala “Self gross” meta jseħħ in-negozjar mill-ġdid. Id-dejta dwar l-aġġustament trid tinkludi effetti marbutin man-negozjar mill-ġdid tas-self.

Fil-prinċipju, tranżazzjonijiet “mreġġa' lura” matul il-perjodu (jiġifieri self mogħti u mħallas lura matul il-perjodu) għandhom jiġu rrapportati kemm bħala “Self gross” kif ukoll bħala “Ħlasijiet lura”. Madankollu, l-IFM li jagħmlu offerti jistgħu jitħallew jeskludu dawn l-operazzjonijiet ukoll meta jikkompilaw ir-rapporti tad-dejta, sabiex jittaffa l-piż tar-rapportar tagħhom. F'dan il-każ, għandhom jinfurmaw lill-BĊN relevanti u d-dejta fuq l-aġġustamenti għall-ammonti pendenti għandha teskludi wkoll effetti marbutin ma' dawn l-operazzjonijiet imreġġa' lura. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal self mogħti matul il-perjodu li huwa ttitolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor.

Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju. Għal dawn l-istrumenti, bidliet fil-bilanċi minħabba ammonti użati jew prelevati matul il-perjodi tar-rapportar għandhom jintużaw bħala indikaturi għat-tislif nett. L-ammonti pożittivi għandhom jiġu rrapportati bħala “Self gross” (2.1), filwaqt li l-ammonti negattivi għandhom jiġu rrapportati (bis-sinjal pożittiv) bħala “Ħlasijiet lura” (2.2).

(i) 

Tislif gross (2.1)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' selfiet ġodda grossi fil-perjodu tar-rapportar, għajr kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' self. Kreditu mogħti relatat ma' dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandu jiġi rrapportat ukoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Ammonti miżjudin matul il-perjodu mal-bilanċi dovuti tal-klijent, pereżempju, mal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax (għall-kuntrarju tad-dovuti tal-imgħax) u t-tariffi, għandhom ikunu inklużi wkoll.

(ii) 

Ħlasijiet lura (2.2)

Din il-partita tinkludi l-fluss ta' ħlasijiet lura tal-kapital matul il-perjodu tar-rapportar, bl-esklużjoni ta' dawk marbutin ma' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li mhumiex dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ. Il-ħlasijiet lura relatati mad-dejn tal-karta tal-kreditu, self ċirkolanti u kreditu fuq kont kurrenti bankarju għandhom jiġu rrapportati wkoll, kif spjegat iktar 'il fuq.

Il-ħlasijiet tal-imgħax marbutin mal-imgħax dovut li ma jkunx għadu ġie kapitalizzat, ċessjoni tas-self u aġġustamenti oħrajn fl-ammonti pendenti (inklużi tħassir u tniżżil fil-valur) ma għandhomx jiġu rrapportati.

Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jeħtieġ li konverżjoni dejn-għal-ekwità jiġu trattati bħala transazzjonijiet. Madankollu għall-finijiet tal-kompilazzjoni tar-rapporti tad-dejta ta' TLTRO-III, il-konverżjonijiet ta' dejn-għal-ekwità, li permezz tagħhom self mogħti minn parteċipant lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa sostitwit b'ekwità miżmuma minn dak il-parteċipant f'dawn il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jista' jiġi rrappurtat bħala riklassifikazzjoni minflok ħlas lura tas-self sakemm l-ammont ta' finanzjament ipprovdut mill-parteċipant għall-ekonomija reali ma jitnaqqasx b'dan il-mod, kif determinat mill-BĊN relevanti. Il-parteċipant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-BĊN sabiex ikun jista' jiddeċiedi kif għandha tiġi ttrattata l-konverżjoni.

(c)   Aġġustamenti fl-ammonti pendenti (3)

Dawn iċ-ċelloli huma sabiex jiġu rrapportati bidliet fl-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (tnaqqis (-) u żidiet (+)) li jseħħu tul il-perjodu tar-rapportar li mhumiex marbutin mat-tislif nett eliġibbli. Tali bidliet iseħħu minn operazzjonijiet bħal titolizzazzjonijiet tas-self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar, u minn aġġustamenti oħrajn marbutin mar-rivalutazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju, tħassir u tniżżil fil-valur ta' self u riklassifikazzjonijiet.

Il-partiti relatati ma' aġġustamenti ta' ammonti pendenti jiġu kkalkolati b'mod awtomatiku fuq il-bażi tal-figuri rrapportati fis-subpartiti, jiġifieri “Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti oħrajn ta' self matul il-perjodu tar-rapportar” (3.1) miżjuda ma' “Aġġustamenti oħrajn” (3.2).

(i) 

Bejgħ u xiri ta' self u trasferimenti ta' self oħrajn matul il-perjodu tar-rapportar (3.1)

— 
Flussi netti ta' selfiet li huma titolizzati b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1A)
Din il-partita tinkludi fiha l-ammont nett tas-selfiet li huma titolizzati matul il-perjodu tar-rapportar b'impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati, ikkalkolati bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet ( 13 ). L-attivitajiet kollha ta' titolizzazzjoni jridu jiġu rrapportati, indipendentement minn fejn huma residenti l-korporazzjonijiet finanzjarji vetturi. It-trasferimenti tas-self għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali ta' tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B (ara iktar 'il quddiem). Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti) ( 14 ).
Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 1.1 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b fuq id-dejta trimestrali) ikopru dawn l-elementi.
Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.
— 
Flussi netti ta' selfiet li huma ttrasferiti b'xi mod ieħor b'impatt fuq l-istokks tas-self (3.1B)
Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' selfiet ittrasferiti jew akkwistati matul il-perjodu b'impatt fuq l-istokks tas-selfiet irrapportati f'operazzjonijiet mhux relatati ma' attivitajiet ta' titolizzazzjoni, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti).
Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-taqsimiet 1.2 tat-Tabella 5a fuq id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti tas-selfiet li altrimenti huma ttrasferiti b'impatt fuq l-istokks tas-self, iżda jeskludu:
(1) 

Selfiet ittrasferiti jew akkwistati mingħand IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għar-ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. it-trasferiment ta' ġabra ta' selfiet minn sussidjarja domestika tal-IFM lill-IFM prinċipali);

(2) 

trasferimenti ta' selfiet fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-mili tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha. Għal definizzjoni iktar dettaljata tal-partiti li għandhom jiġu rrapportati, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 4.3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Fir-rigward tal-“Bidliet fl-istruttura tas-settur tal-IFM”, is-Sezzjoni 5.6 tal-“Manual on IFM balance sheet statistics” tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta' trasferimenti intragrupp, li tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom iseħħu trasferimenti bejn unitajiet istituzzjonali separati (eż. qabel ma unità waħda jew iktar ma jibqgħux jeżistu f'fużjoni jew akkwiżizzjoni) u dawk li jseħħu meta xi unitajiet ma jibqgħux jeżistu, f'liema każ għandha ssir riklassifikazzjoni statistika. Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta fiż-żewġ każijiet l-implikazzjonijiet huma l-istess u d-dejta għandha tiġi rrapportata taħt il-partita 3.1C (u mhux taħt il-partita 3.2C).
— 
Il-flussi netti tas-selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr impatt fuq l-istokks tas-self (3.1C)
Din il-partita tinkludi l-ammont nett ta' selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor matul il-perjodu tar-rapportar mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-selfiet irrapportati, u hija kkalkolata bħala l-akkwisti wara li jitnaqqsu ċ-ċessjonijiet. It-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bl-ammont nominali nett mit-tħassir u tniżżil fil-valur fi żmien il-bejgħ. Dan it-tħassir u tniżżil fil-valur għandu jiġi rrapportat, meta jkun jista' jiġi identifikat, taħt il-partita 3.2B. Fil-każ ta' IFM li jirrapportaw tislif nett mill-provvedimenti, it-trasferimenti għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tal-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-ammont nominali nett mill-provvedimenti pendenti). Flussi netti dwar l-għoti ta' self bħala kollateral lill-Eurosistema għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-politika monetarja fil-forma ta' pretensjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw fi trasferiment mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ huma esklużi minn din il-partita.
Ir-rekwiżiti tal-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ikopru dawn l-elementi b'mod parzjali. It-Taqsimiet 2.1 tat-Tabella 5a dwar id-dejta tax-xahar u t-Tabella 5b dwar id-dejta trimestrali jkopru dejta fuq il-flussi netti ta' selfiet li huma titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr ebda impatt fuq l-istokks tas-self, iżda selfiet lil unitajiet domestiċi għax-xiri ta' djar mhumiex identifikati separatament u b'hekk għandhom jinstiltu għalihom mid-databases interni tal-IFM. Barra minn hekk, kif ġie speċifikat iktar 'il fuq, ir-rekwiżiti jeskludu:
(1) 

Selfiet li huma ttrasferiti jew akkwistati minn IFM domestika oħra, inklużi trasferimenti intragrupp dovuti għal ristrutturar tan-negozju korporattiv (eż. meta sussidjarja ta' IFM domestika tittrasferixxi grupp ta' self lill-IFM prinċipali);

(2) 

Trasferimenti ta' self fil-kuntest ta' riorganizzazzjonijiet intragrupp dovuti għal fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet u diviżjonijiet.

Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-dejta, għandhom jiġu rrapportati dawn l-effetti kollha.
Għal dettalji addizzjonali dwar il-partiti li jridu jiġu inklużi, ara l-Parti 5 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 3.11 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.
(ii) 

Aġġustamenti oħrajn (3.2)

Il-partiti li ġejjin li huma relatati ma' aġġustamenti oħrajn trid tiġi rrapportata għal selfiet pendenti fil-karta tal-bilanċ, esklużi selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati.

— 
Rivalwazzjonijiet dovuti għal bidliet fir-rati tal-kambju (3.2A)
Ċaqliq fir-rati tal-kambju kontra l-euro jġib miegħu bidliet fil-valur tas-self denominat f'muniti barranin meta jkun espress f'euro. Id-dejta fuq dawn l-effetti għandha tiġi rrapportata b'sinjal negattiv (pożittiv) meta f'termini netti jwasslu għal tnaqqis (żieda) fl-ammonti pendenti, u huma meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn it-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.
Dawn l-aġġustamenti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Għall-finijiet tar-rapporti tad-dejta, jekk id-dejta (jew anki approssimazzjoni) ma tkunx disponibbli minnufih għall-IFM, dawn jistgħu jiġu kkalkolati skont il-gwida pprovduta fis-Sezzjoni 4.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Il-proċedura ta' stima ssuġġerita tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-kalkoli għall-muniti ewlenin u hija msejsa fuq l-istadji li ġejjin:
(1) 

l-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fl-aħħar tax-xahar li jippreċedi l-bidu tal-perijodu u fl-aħħar tal-perijodu (partiti 1 u 4) jinqasmu skont il-munita ta' denominazzjoni, bl-iffokar ikun fuq il-grupp ta' self denominat f'GBP, USD, CHF u JPY. Jekk din id-dejta ma tkunx faċilment disponibbli, tista' tintuża dejta fuq l-ammonti pendenti totali fuq il-karta tal-bilanċ, inkluż self titolizzat jew ittrasferit mod ieħor li ma huwiex dekontabilizzat - partiti 1.1 u 4.1;

(2) 

kull ġabra ta' selfiet hija ttrattata kif ġej. In-numri tal-ekwazzjoni relevanti fil-“Manual on MFI balance sheet statistics” huma pprovduti fil-parenteżi:

— 
l-ammonti pendenti fi tmiem ix-xahar li jiġi qabel ma jibda l-perjodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu huma kkonvertiti fil-munita oriġinali ta' denominazzjoni, billi jintużaw ir-rati tal-kambju nominali korrispondenti ( 15 ) (l-ekwazzjonijiet [7.2.2] u [7.2.3]);
— 
il-bidla fl-ammonti pendenti matul il-perjodu ta' referenza denominati f'munita barranija hija kkalkolata u kkonvertita lura f'euro billi jintuża l-valur medju tar-rati tal-kambju ta' kuljum matul il-perjodu tar-rapportar (ekwazzjoni [7.2.4]);
— 
id-differenza bejn il-bidla fl-ammonti pendenti kkonvertiti f'euro, kif ikkalkolata fl-istadju ta' qabel, u l-bidla fl-ammonti pendenti f'euro hija kkalkolata (ekwazzjoni [7.2.5], bis-sinjal oppost);
(3) 

l-aġġustament finali tar-rata tal-kambju huwa stmat bħala s-somma tal-aġġustamenti għal kull munita.

Għal iktar tagħrif, ara s-Sezzjonijiet 5.8 u 7.2.2 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.
— 
Tħassir/tnaqqis tal-valur (3.2B)
Skont il-punt (g) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), “tniżżil fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat ta' self fuq il-karta tal-bilanċ statistika dovut għall-indeboliment tiegħu. “B'mod simili, skont il-punt (h) l-Artikolu 1 tal-istess Regolament ‘tħassir’ tfisser tniżżil fil-valur tal-ammont riportat sħiħ ta' self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ.” L-effetti tat-tniżżil fil-valur u t-tneħħija għandhom jiġu rrapportati b'sinjal negattiv jew pożittiv meta f'termini netti dan jirriżulta, kif ikun applikabbli, fi tnaqqis jew żieda fl-ammonti pendenti. Din id-dejta hija meħtieġa biex tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni sħiħa bejn it-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.
Fir-rigward tat-tneħħija u t-tniżżil fil-valur marbut ma' self pendenti fil-karta tal-bilanċ, tista' tintuża d-dejta miġbura biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti minimi tal-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) Tabella 1A dwar l-aġġustamenti ta' kull xahar tar-rivalutazzjoni). Madankollu, is-separazzjoni tal-impatt tat-tneħħija u tniżżil fil-valur ta' self fuq selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati teħtieġ estrazzjoni ta' dejta separata mid-databases interni tal-IFM.
Fil-prinċipju, dejta fuq ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli (partiti 1 u 4) hija kkoreġuta għall-ammonti pendenti ta' provvedimenti f'każijiet li fihom is-self jiġi rreġistrat bħala nett mill-provvedimenti fuq il-karta tal-bilanċ statistika.
— 
F'każijiet li fihom il-parteċipanti jirrapportaw il-partiti 1.3 u 4.3, id-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur tas-self għandha tinkorpora t-tħassir tal-kanċellazzjoni fl-imgħoddi fuq self li ma għadux rekuperabbli (b'mod parzjali jew sħiħ) u, barra minn hekk, għandha tinkludi wkoll kwalunkwe telf li jmur lill hinn mill-provvedimenti, jekk dan ikun applikabbli. B'mod simili, meta self provvedut ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor, irid jiġi rreġistrat tħassir jew tniżżil fil-valur li jiġi daqs il-provvedimenti pendenti, bis-sinjal oppost, sabiex jaqbel mal-bidla fil-valur fil-karta tal-bilanċ, ikkoreġut għall-ammonti ta' provvedimenti u l-valur tal-fluss nett. Il-provvedimenti jistgħu jinbidlu maż-żmien minħabba provvedimenti għal indebolimenti ġodda u telf minn self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju). Tali bidliet ma għandhomx jiġu rreġistrati fir-rapporti tad-dejta bħala parti mit-tħassir/tniżżil fil-valur (peress li r-rapporti tad-dejta jibnu mill-ġdid il-valuri gross tal-provvedimenti) ( 16 ).
Is-separazzjoni tal-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur tas-self fuq selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati tista' titneħħa jekk ma tistax tiġi estratta dejta separata mid-databases interni tal-IFM.
— 
Meta tkun il-prattika li l-ammonti pendenti ta' self jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti, iżda l-partiti relevanti (1.3 u 4.3) relatati mal-provvedimenti ma jkunux irrapportati ara l-punt 4(a), it-tħassir/tniżżil fil-valur irid jinkludi provvedimenti għal indeboliment ġodda u telf minn self fuq il-portafoll tas-self (nett minn treġġigħ lura possibbli, inkluż dak li jseħħ meta self jitħallas lura mill-mutwatarju) ( 17 ).
Ma hemmx bżonn li jiġi separat l-impatt tat-tħassir u tniżżil fil-valur fuq self titolizzat jew self ittrasferit b'xi mod ieħor li mhuwiex dekontabilizzat jekk ma tkunx tista' tiġi estratta dejta separata fuq provvedimenti mid-databases interni tal-IFM.
Fil-prinċipju, dawn il-partiti jkopru wkoll rivalutazzjonijiet li jirriżultaw meta s-self ikun titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor u l-valur tat-tranżazzjoni jvarja mill-ammont nominali pendenti meta jseħħ it-trasferiment. Dawn ir-rivalutazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati, meta jkunu jistgħu jiġu identifikati, u għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn il-valur tat-tranżazzjoni u l-ammont nominali pendenti fi żmien il-bejgħ.
Għal iktar tagħrif, ara l-Parti 4 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u s-Sezzjoni 5.4 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”.
— 
Riklassifikazzjonijiet (3.2C)
Ir-riklassifikazzjonijiet jirreġistraw l-effetti kollha l-oħrajn li mhumiex marbutin mat-tislif nett, kif iddefinit fil-punt 4(b), iżda jirriżultaw f'bidliet fl-ammonti pendenti ta' selfiet fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati.
Dawn l-effetti mhumiex koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) u l-impatt tagħhom normalment jiġi stmat fuq bażi aggregata meta jissawru statistiċi makroekonomiċi. Madankollu, huma importanti fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali (jew gruppi tat-TLTRO-III) sabiex jiġu rikonċiljati t-tislif nett u l-bidliet fl-ammonti pendenti.
Iridu jiġu rrapportati l-effetti li ġejjin, fir-rigward tal-ammonti pendenti ta' selfiet fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor li ma ġewx dekontabilizzati u l-konvenzjoni tas-soltu ta' reġistrazzjoni tal-effetti li jwasslu għat-tnaqqis (żidiet) fl-ammonti pendenti b'sinjal negattiv (pożittiv) tapplika għal:
(1) 

Bidliet fil-klassifikazzjoni tas-settur jew il-post ta' residenza tal-mutwatarji li jirriżultaw f'bidliet fil-pożizzjonijiet pendenti rrapportati li mhumiex dovuti għat-tislif nett u b'hekk iridu jiġu rreġistrati;

(2) 

Bidliet fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti. Dawn jistgħu jaffettwaw l-indikaturi wkoll jekk l-ammonti pendenti ta' selfiet jiżdiedu jew jonqsu minħabba, pereżempju, ir-riklassifikazzjoni ta' titolu ta' dejn bħala self jew self bħala titolu ta' dejn;

(3) 

L-aġġustamenti li jirriżultaw mill-korrezzjoni ta' żbalji ta' rapportar, skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-BĊN relevanti skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(1):

(4) 

Aġġustamenti relatati ma' riorganizzazzjonijiet korporattivi u tibdil fil-kompożizzjonijiet tal-gruppi TLTRO-III li għalihom sottomissjonijiet mill-ġdid tal-ewwel rapport li jirriflettu l-istruttura korporattiva ġdida u l-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III mhumiex meħtieġa, skont l-Artikolu 6(8).

Għal informazzjoni addizzjonali, ara s-Sezzjoni 5.6 tal-“Manual on MFI balance sheet statistics”. Madankollu, id-differenzi kunċettwali enfasizzati iktar 'il fuq għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-derivazzjoni ta' dejta tal-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-livell tal-istituzzjonijiet individwali.

(d)   Ammonti supplimentari relatati ma' selfiet eliġibbli awtotitolizzati (S.1)

Il-parteċipanti li jeżerċitaw l-opzjoni skont l-Artikolu 6(3) għandhom jipprovdu wkoll il-partiti supplimentari li ġejjin relatati ma' ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati fil-mudell A:

(i) 

“Ammonti pendenti ta' selfiet awtotitolizzati eliġibbli mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.1)

Din id-dejta tirreferi għal selfiet li jkunu ġew awtotitolizzati u huma inklużi fl-ammonti rrapportati taħt il-partita 1.2.

(ii) 

“Ammonti pendenti ta' selfiet awtotitolizzati eliġibbli dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.2)

Din id-dejta tirreferi għal selfiet li jkunu ġew awtotitolizzati u li m'għadhomx irreġistrati fuq il-kart tal-bilanċ għaliex ġew dekontabilizzati. Sakemm is-selfiet ikomplu jiġu sservisjati mill-parteċipant, dawn jibqgħu soġġetti għal rapportar taħt il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) (Taqsima 3.1 tat-Tabelli 5a u 5b).

(iii) 

“Ammonti pendenti ta' provvedimenti kontra selfiet awtotitolizzati eliġibbli mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ” (S.1.3)

Din id-dajta tirreferi għal selfiet mhux dekontabilizzati mill-karta tal-bilanċ – jiġifieri rrapportati taħt S.1.1. Dawn il-partiti għandhom jiġu rrapportati biss f'każijiet fejn, għall-kuntrarju tal-prattika ġenerali tal-BSI, is-selfiet jiġu rrapportati netti mill-provvedimenti. Madankollu, meta dan ikun il-każ, il-parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux din l-informazzjoni, u f'dak il-każ l-ammonti relevanti ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli.



TLTRO-III mudell tar-rapportar A

Perijodu ta' rapportar:28 ta' Frar 2019

 

Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, bl-esklużjoni ta' self lil unitajiet domestiċi għax-xiri tad-djar (EUR eluf)

 

 

Aggregati ewlenin għall-ammont pendenti ta' referenza

 

Self lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self lil unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għal skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi), bl-esklużjoni ta' self għal xiri ta' djar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

partita

formula

validazzjoni

 

1

Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli …

 

0

0

1

1 = 1.1 – 1.2 (+ 1.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1

Ammonti supplimentari relatati ma' self eliġibbli awtotitolizzat …

 

0

0

S.1

S.1 = S.1.1 + S.1.2 (+ S.1.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partiti sottostanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli fuq il-karta tal-bilanċ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1

Ammonti pendenti fuq il-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2

L-ammonti pendenti ta' self li huwa titolizzat jew ittrasferit b'xi mod ieħor iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3

Provvedimenti pendenti kontra self rapportat fil-partita 1.1 eskluż 1.2 (*1)

 

 

 

1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partiti supplimentari relatati ma' self eliġibbli awtotitolizzat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.1

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli awtotitolizzat mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

S.1.1

 

S.1.1 <= 1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.2

Ammonti pendenti ta' self eliġibbli awtotitolizzat dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ …

 

 

 

S.1.2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

S.1.3

Ammonti pendenti ta' provvedimenti kontra self eliġibbli awtotitolizzat mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ (*1)

 

 

 

S.1.3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(*1)   Applikabbli biss f'dawk il-każijiet fejn is-self huwa rrapportat nett mill-provvedimenti; ara l-istruzzjonijiet tar-rappurtar għal iktar dettall.

▼M3

TLTRO-III mudell tar-rapportar B

image



( 1 ) Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

( 7 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).

( 8 ) Ir-referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi TLTRO-III.

( 9 ) Il-qafas kunċettwali sottostanti tar-rekwiżiti tar-rapportar baqa' ma nbidilx meta mqabbel ma' dak speċifikat fid-Deċiżjonijiet BĊE/2014/34 u (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10), bl-eċċezzjoni ta' bidliet relatati għall-inklużjoni ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu fuq is-self.

( 10 ) Għall-finijiet tar-rapportar ta' dejta, “unitajiet domestiċi” tinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jaqdu lil unitajiet domestiċi.

( 11 ) Ara l-“Manual on MFI balance sheet statistics”, BĊE, Jannar 2019, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE www.ecb.europa.eu. B'mod partikolari, is-Sezzjoni 4.3, p. 40, titratta r-rappurtar statistiku tas-self.

( 12 ) Din l-eċċezzjoni għandha implikazzjonijiet għar-rapportar tad-dejta fuq tħassir u tniżżil fil-valur ukoll, kif iċċarat iktar 'il quddiem.

( 13 ) Din il-konvenzjoni tas-sinjali, li hija l-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), hija konsistenti mar-rekwiżit ġenerali dwar id-dejta ta' aġġustament, kif speċifikat iktar 'il fuq – jiġifieri effetti li jwasslu għal żidiet jew tnaqqis fl-ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati, rispettivament, b'simbolu pożittiv jew negattiv.

( 14 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) jippermetti lill-IFM sabiex jirrapportaw self mixtri bil-valur tat-tranżazzjoni tagħhom sakemm din tkun prattika nazzjonali applikata mill-IFM kollha residenti fil-pajjiż. F'każijiet bħal dawn, il-komponenti ta' rivalwazzjoni li jistgħu jiġġarrbu għandhom jiġu rrapportati taħt il-partita 3.2B.

( 15 ) Għandhom jintużaw ir-rati tal-kambju ta' referenza tal-BĊE. Ara l-istqarrija għall-istampa tat-8 ta' Lulju 1998 dwar l-istabbiliment ta' standards tas-suq komuni li hija disponibbli fis-sit tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu.

( 16 ) Dan ir-rekwiżit huwa differenti mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

( 17 ) Dan ir-rekwiżit huwa l-istess bħall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mill-IFM li jirreġistraw tislif nett mill-provvedimenti.

Top