EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0128(02)

Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

ĠU C 26, 28.1.2011, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/6


Proposti leġiżlattivi adottati mill-Kummissjoni

2011/C 26/05

Dokument

Parti

Data

Titolu

COM(2009) 171

2

8.4.2009

Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

COM(2009) 235

 

20.5.2009

Proposta emendata għal Direttiva tal-Kunsill fuq l-annimali tal-fart ta’ razza pura għat-tnissil (verżjoni kkodifikata)

COM(2009) 264

 

5.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali

COM(2009) 265

 

5.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenuti tal-annessi tiegħu

COM(2009) 305

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid)

COM(2009) 306

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq

COM(2009) 307

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid)

COM(2009) 312

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

COM(2009) 315R

 

6.8.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005

COM(2009) 316

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tirrevoka d-Direttiva 2003/55/KE

COM(2009) 317R

 

5.8.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subaragrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-iskambju transkonfinali tal-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003

COM(2009) 318

 

22.6.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE

COM(2009) 348R

 

14.7.2009

Proposta emendata għal Direttiva Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

COM(2009) 420

 

29.7.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

COM(2009) 421

 

29.7.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

COM(2009) 422

 

29.7.2009

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni

Dawn it-testi huma disponibbli fuq il-EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Top