EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01966L0402-20200216

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (66/402/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1966/402/2020-02-16

01966L0402 — MT — 16.02.2020 — 019.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta' Ġunju 1966

dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

(66/402/KEE)

(ĠU P 125 11.7.1966, p. 2309)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 69/60/KEE tat-18 ta' Frar 1969

  L 48

1

26.2.1969

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 71/162/KEE tat-30 Marzu 1971

  L 87

24

17.4.1971

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 72/274/KEE tal-20 ta' Lulju 1972

  L 171

37

29.7.1972

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 72/418/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1972

  L 287

22

26.12.1972

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 73/438/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1973

  L 356

79

27.12.1973

►M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 75/444/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1975

  L 196

6

26.7.1975

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 78/55/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977

  L 16

23

20.1.1978

 M8

L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 78/387/KEE tat-18 ta’ April 1978

  L 113

13

25.4.1978

►M9

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 78/692/KEE tal-25 ta' Lulju 1978

  L 236

13

26.8.1978

 M10

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 78/1020/KEE tal-5 ta' Diċembru 1978

  L 350

27

14.12.1978

►M11

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 79/641/KEE tas-27 ta' Ġunju 1979

  L 183

13

19.7.1979

►M12

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 79/692/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1979

  L 205

1

13.8.1979

 M13

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 81/126/KEE tas-16 ta' Frar 1981

  L 67

36

12.3.1981

 M14

COUNCIL DIRECTIVE 81/561/EEC of 13 July 1981 (*)

  L 203

52

23.7.1981

 M15

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3768/85 of 20 December 1985 (*)

  L 362

8

31.12.1985

►M16

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 86/155/KEE tat-22 ta' April 1986

  L 118

23

7.5.1986

►M17

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 86/320/KEE ta’ l-20 ta' Ġunju 1986

  L 200

38

23.7.1986

►M18

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 87/120/KEE ta' l-14 ta' Jannar 1987

  L 49

39

18.2.1987

 M19

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/332/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988

  L 151

82

17.6.1988

►M20

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/380/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988

  L 187

31

16.7.1988

 M21

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 88/506/KEE tat-13 ta’ Settembru 1988

  L 274

44

6.10.1988

 M22

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/2/KEE tal-15 ta' Diċembru 1988

  L 5

31

7.1.1989

 M23

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 90/623/KEE tas-7 ta’ Novembru 1990

  L 333

65

30.11.1990

►M24

COUNCIL DIRECTIVE 90/654/EEC of 4 December 1990 (*)

  L 353

48

17.12.1990

 M25

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 93/2/KEE tat-28 ta Jannar 1993

  L 54

20

5.3.1993

 M26

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 95/6/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 1995

  L 67

30

25.3.1995

►M27

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/72/KE tat-18 ta' Novembru 1996

  L 304

10

27.11.1996

►M28

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/95/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998

  L 25

1

1.2.1999

►M29

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/96/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998

  L 25

27

1.2.1999

 M30

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/8/KE tat-18 ta' Frar 1999

  L 50

26

26.2.1999

►M31

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/54/KE tas-26 ta' Mejju 1999

  L 142

30

5.6.1999

►M32

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/64/KE tal-31 ta' Awissu 2001

  L 234

60

1.9.2001

►M33

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/61/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 165

23

3.7.2003

►M34

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/117/KE tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 14

18

18.1.2005

 M35

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/55/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Ġunju 2006

  L 159

13

13.6.2006

►M36

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/74/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Ġunju 2009

  L 166

40

27.6.2009

 M37

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/1/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-6 ta’ Jannar 2012

  L 4

8

7.1.2012

►M38

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/37/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-22 ta’ Novembru 2012

  L 325

13

23.11.2012

►M39

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1955 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' Ottubru 2015

  L 284

142

30.10.2015

►M40

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Marzu 2016

  L 60

72

5.3.2016

►M41

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1027 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-19 ta' Lulju 2018

  L 184

4

20.7.2018

►M42

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/177 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Frar 2020

  L 41

1

13.2.2020


Emendata bi:

►A1

ATT Li jirigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 73

14

27.3.1972

 A2

ATT Li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u l-aġġustamenti għat-Trattati

  L 291

17

19.11.1979

 A3

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  C 241

21

29.8.1994



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta' Ġunju 1966

dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież

(66/402/KEE)



▼M28

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni bil-ħsieb tal-kummerċ, u għall-bejgħ fis-suq, taż-żerriegħa taċ-ċereali ġewwa l-Komunità.

▼M28

Artikolu 1a

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, bejgħ fis-suq (kummerċ) għandu jfisser il-bejgħ, iż-żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ u kull disponibbiltà, provvista jew trasferiment immirati lejn l-isfruttament kummerċjali taż-żerriegħa lejn partijiet terzi, sewwa jekk bi ħlas u sewwa jekk le.

Ma għandux jitqies bejgħ fis-suq il-kummerċ fiż-żerriegħa mhux immirat lejn l-isfruttament kummerċjali tal-varjetà, bħal ma huma l-ħidmiet li ġejjin:

— 
il-provvista taż-żerriegħa lill-korpi uffiċjali tat-testjar u ta’ l-ispezzjoni;
— 
il-provvista taż-żerriegħa lill-dawk li jipprovdu s-servizzi għall-ipproċessar jew għall-ippakkjar, basta iżda li dawk li jipprovdu s-servizzi ma jiksibx titoli fuq iż-żerriegħa hekk fornita.

Il-provvista taż-żerriegħa fuq ċerti kondizzjonjiet lil dawk li jipprovdu s-servizzi għall-produzzjoni ta' ċerti materji prima agrikoli, intiża għal għanijiet industrijali, jew il-propagazzjoni taż-żerriegħa għal dan l-għan, ma għandhomx jitqiesu bħala kummerċ, basta iżda li dak li jipprovdi s-servizzi ma jiksibx titoli fuq iż-żerriegħa hekk fornita jew fuq il-prodott tal-ħsad. Il-fornitur taż-żerriegħa għandu jipprovdi lill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni kopja tal-partijiet relevanti tal-kuntratt magħmul ma’ dak li jipprovdi s-servizzi u dan għandu jinkludi l-livelli stabbiliti u l-kondizzjonijiet kurrentement milħuqa miż-żerriegħa pprovduta.

Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼B

Artikolu 2

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

A. 

▼M4

Ċereali: pjanti ta’ l-ispeċi li ġejjin intiżi għall-produzzjoni agrikola jew għall-ortikulturali minbarra l-produzzjoni għall-iskopijiet ornamentali:



▼M36

Avena nuda L.

Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq.

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur Aħmar

Avena strigosa Schreb.

Ħafur Iżwed, Ħafur lanżit

▼M11

Hordeum vulgare L.

Xgħir

▼B

Oryza sativa L.

Ross

▼M1

Phalaris canariensis L.

Il-Ħaxix kanarju

▼B

Secale cereale L.

Rye

▼M16

Sorghum bicolor (L.) Moench Sorghum

Ħaxix tas-Sorgu

►M36  Sorghum sudanense (Piper) Stapf ◄

Ħaxix tas-Sudan

▼M36

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal- ġenus Triticum u speċi tal-ġenus Secale

▼M11

►M36  Triticum aestivum L. ◄

Qamħ

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

▼B

Triticum spelta L.

Qamħ spelt

▼M2

Zea majs L. ►M18  (partim) ◄

Apparti minn convar. microsperma (Koern) u convar. saccharata (Koern)

▼M17

Din id-definizzjoni għandha tkopri wkoll lill-ibridi li ġejjin li jirriżultaw mit-tagħmir minn naħa għall-oħra ta' l-ispeċi msemmija hawn fuq.



▼M36

Sorghum bicolor (L.) Moench × Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

▼M17

Għajr jekk ikun speċifikat xorta oħra, iż-żerriegħa ta' l-ibridi msemmija hawn fuq għandha tkun bla ħsara għall-istandards jew il-kondizzjonijiet l-oħra li japplikaw għaż-żerriegħa ta' kull speċi li minnhom ikunu dderivati.

▼B

B. 

Varjetajiet, ibridi u linji mnissla minnhom infushom ta' qamħirrun ►M16  u Sorghum spp.  ◄ :

(a) 

Varjetà mdakkra fil-miftuħ: kull varjetà uniformi u stabbli biżżejjed;

(b) 

linja imnissla minnha nnifisha: kull linja uniformi u stabbli biżżejjed, miksuba jew permezz ta' awto-fertilizzazzjoni artifiċjali akkompanjata b’selezzjoni fuq diversi ġenerazzjonijiet sussegwenti jew permezz ta' operazzjonijiet ekwivalenti;

(ċ) 

Ibridu sempliċi: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn żewġ linji mnissla minnhom stess;

(d) 

Ibridu doppju: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, kif imfisser minn min irabbi, bejn żewġ ibridi sempliċi;

(e) 

Ibridu bi tlieta: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, kif imfisser minn min irabbi, bejn linja mnissla u kull ibridu sempliċi;

(f) 

Ibrid Top Cross: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn linja mnissla minnha nnifisha jew kull ibridu sempliċi u kull varjetà mdakkra fil-miftuħ;

(g) 

Ibridu intervarjat: l-ewwel ġenerazzjoni ta' kull inkroċju, imfisser minn min irabbi, bejn pjanti mkabbra minn żerriegħa bażika u żewġ varjetajiet imdakkra fil-miftuħ.

C. 

▼M20

Żerriegħa bażika (ħafur, xgħir, ross, skalora, segala triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi tagħhom f’kull każ): żerriegħa

▼B

(a) 

li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta' min irabbi skond taħriġ aċċettat sabiex tinżamm il-varjetà;

(b) 

li huwa maħsub għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata” jew tal-kategoriji ta’ “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċċertfikata, tieni ġenerazzjoni”;

(ċ) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) (a), tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbilita fl-Anness I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M34

(d) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), (b) u (ċ).

▼M20

Ca. 
►M31  

Iż-żerriegħa bażika (l-ibridi tal-ħafur, ix-xgħir, ir-ross, is-segala, il-qamħ, il-qamħ duru, il-qamħ Triticum aestivum u t-triticale li jippollinizza lilu nnifsu):

 ◄
(a) 

li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi;

(b) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M34

(ċ) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a) u (b).

▼B

D. 

Żerriegħa bażika (qamħirrun) ►M16  Sorghum spp.  ◄ :

1. 

Żerriegħa bażika ta' varjetajiet imdakkra fil-miftuħ: żerriegħa

(a) 

li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta' min irabbi skond it-taħriġ aċċettat għaż-żamma tal-varjetà;

(b) 

li huwa maħsub għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta' din il-varjetà tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata” jew ta' l-ibridi Top Cross jew ta' ibridi intervarjati;

(ċ) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M34

(d) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), (b) u (ċ).

▼B

2. 

Żerriegħa bażika ta' linji mnissla minnhom infushom: żerriegħa

(a) 

li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M34

(b) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a).

▼B

3. 

Żerriegħa bażika ta' ibridi sempliċi: żerriegħa

(a) 

li hija intiża għall-produzzjoni ta' ibridi doppji, ibridi bi tliet inkroċi u ibridi Top Cross;

(b) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

▼M34

(ċ) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a) u (b).

E. 

▼M20

►M31  

Iż-żerriegħa ċċertifikata (il-ħaxix kanarju, għajr l-ibridi, is-segala, is-sorgu, il-ħaxix tas-Sudan, il-qamħirrum u l-ibridi tal-ħafur, ix-xgħir, ir-ross, il-qamħ, il-qamħ duru, qamħ Triticumt aestivum u t-triticale li jippollinizza lilu nnifsu): iż-żerriegħa

 ◄

▼M1

(a) 

li huwa ta' dixxendenza diretta miż-żerriegħa bażika jew, jekk min ikabbarha hekk jitlob, miż-żerriegħa ta' ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika li tista' tissodisfa u li tkun instabet permezz ta' eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

▼B

(b) 

li hija intiża għal finijiet differenti mill-produzzjoni ta' żerriegħa tal-ġwież;

(ċ) 

li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) (b) u (2), tissodifa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċċertifikata; u

▼M34

(d) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(a), (b) u (ċ).

F. 

▼M20

Iż-żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa

▼M1

(a) 

li huwa ta' dixxendenza diretta miż-żerriegħa bażika jew, jekk min ikabbarha hekk jitlob, minn żerriegħa ta' ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika li tkun instabet permezz ta' eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

▼B

(b) 

li hija maħsuba jew għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kategorij “żerriegħa ċċertifikata, tieni ġenerazzjoni” jew għall-fini oħrajn barra minn dawk tal-produzzjoni tal-ġwież;

(ċ) 

li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għal żerriegħa ċertifikata ta’ l-ewwel ġenerazzjoni; u

▼M34

(d) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(a), (b) u (ċ).

G. 

▼M20

Iż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa

▼M1

(a) 

li huwa ta' dixxendenza diretta miż-żerriegħa bażika, minn żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni, jew jekk min ikabbarha hekk jitlob, minn żerriegħa ta' ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika li tkun instabet permezz ta' eżami uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;

▼B

(b) 

li hija maħsuba għal skopijiet oħra barra minn dawk tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġwież;

(ċ) 

li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni; u

▼M34

(d) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(a), (b) u (ċ).

▼B

H. 

Miżuri uffiċjali: miżuri meħuda

(a) 

mill-Awtoritajiet Statali, jew

(b) 

minn kull persuna legali sew jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat, jew

(ċ) 

fil-każ ta' attivitajiet anċillari li huma wkoll soġġetti għall-kontroll ta' l-Istat, minn kull persuna naturali debitament maħlufa għal dak l-għan, kemm-il darba l-persuni msemmija taħt (b) u (ċ) ma jieħdu ebda gwadan privat minn dawn il-miżuri.

▼M29

1a.  L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta’ l-ispeċji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (A) għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼M20

1b.  L-emendi li jridu jsiru għall-paragrafu 1 (Ċ) (Ċa), (E), (F) u (Ġ) bil-għan li jinkludu l-ibridi tal-iskalora, is-segala u t-triticale fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

1ċ.  It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. B’mod konformi ma’ l-istess proċedura, id-definizzjonijiet fil-paragradi I (B) għandhom jiġu adattati kif xierqa.

▼M28 —————

▼M12

►M20  1e. ◄   Sat- ►M20  30 ta’ Ġunju 1987 ◄ , l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li jippermettu t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-varjetajiet speċifiċi tax-xgħir, prinċipalment intiż għall-użu bħala għalf, li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kif stabbiliti:

— 
fl-Anness II fir-rigward tal-ġerminazzjoni.

▼M20 —————

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu:

(a) 

jinkludu bosta ġenerazzjoni fil-kategorija taż-żerriegħa bażika u jissuddividu din il-kategorija skond il-ġenerazzjoni;

(b) 

kemm-il darba l-eżamijiet uffiċjali rigward it-tnibbit u l-purità analitika ma jsirux fuqil-lottijiet kollha waqt iċ-ċertifikazzjoni sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II f'dan ir-rigward ġiex sodisfatt;

▼M1

(ċ) 

matul perjodu transitorju taż-żmien ta'mhux iktar minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva, u b'deroga mill-paragrafi 1 (E), (F) u (G), jiċċertifika bħala żerriegħa ċċertifikata ż-żerriegħa li tkun ta' dixxendenza diretta miż-żerriegħa uffiċjalment ikkontrollata fi Stat Membru skond l-iskema fis-seħħ f'dan iż-żmien u li tista' tagħti l-istess assigurazzjonijiet bħaż-żerriegħa bażika ċċertifikata skond il-prinċipji ta' din id-Direttiva; din id-disposizzjoni għandha tapplika b'mod korrispondenti għaż-żerriegħa ta' l-ewwel ġenerazzjoni riferita fil-paragrafu 1 (G);

▼M5

(d) 

jkunu awtoriżżati, fuq talba u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li uffiċjalment jiċċertifikaw iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi awtogami tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazjoni” jew “żerriegħa ċċertifikata, t-tieni ġenerazjoni” sal- ►M20  30 ta’ Ġunju 1989 ◄ l-aktar tard:

— 
meta, minflok ta’ l-ispezjoni uffiċjali ta’ l-għalqa preskritta fl-Anness I, l-ispezjoni ta’ l-għalqa, uffiċjalment ikkontrollata b’verifiki fuq il-post f’mill-anqas 20 % ta’ l-uċuħ ta’ kull speċi, jkunu mwettqa;
— 
basta li, b’żieda maż-żerriegħa bażika, mill-anqas żewġ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika immedjatament jippreċedu dik il-kategorija, jkunu nstabu minn eżami uffiċjali mwettaq mill-Istat Membru kkonċernat, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II dwar l-identità tal-varjetà u l-purità tal-varjeta taż-żerriegħa bażika.

▼M34

3.  Meta l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali stabbilita fil-paragrafi (1)(Ċ)(d), (1)(Ċa)(ċ), (1)(D)(1)(d), (1)(D)(2)(b), (1)(D)(3)(ċ), (1)(E)(d), (1)F)(d) u (1)(G)(d) hi mwettqa, għandu jkun hekk konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

A. 

Spezzjoni fuq il-post

(a) 

L-ispetturi għandhom:

(i) 

ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(ii) 

ma jiksbu l-ebda vantaġġ privat konness ma' l-eżekuzzjoni ta' l-ispezzjonijiet;

(iii) 

ikunu mogħtija liċenzja b'mod uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew il-ġurament ta' l-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' dikjarazzjoni ta' impenn bil-miktub għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(iv) 

jeżegwixxu spezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali skond ir-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali.

(b) 

L-uċuħ taż-żerriegħa li għandhom jiġu spezzjonati għandhom jitkabbru miż-żerriegħa, li ġiet sottomessa għal kontroll uffiċjali ta' wara li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti.

(ċ) 

Proporzjoni mill-uċuħ taż-żerriegħa għandhom jiġu kontrollati minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(d) 

Proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet ta' żerriegħa maħsuda minn uċuħ taż-żerriegħa għandhom jittieħdu għal kontroll uffiċjali ta' wara u, fejn xieraq għal eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorju fir-rispett ta' identità ta' varjetà u purità.

(e) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar tal-liċenzja prevista fi (a)(iii), minn dawk li huma spetturi li ngħataw liċenzja b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

B. 

Ezaminar taz-zerriegha

(a) 

L-eżaminar taż-żerriegħa għandu jitwettaq minn laboratorji għall-eżaminar taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b) sa (d).

(b) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkollu analista inkarigat li għandu responsabbilità diretta għall-operazzjonijiet tekniċi tal-laboratorju u li għandu kwalifiki meħtieġa għal amministrazzjoni teknika ta' laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa.

L-analisti taż-żerriegħa tiegħu għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal analisti uffiċjali ta' żerriegħa u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Il-laboratorju għandu jinżamm f'bini u b'tagħmir kkunsidrat b'mod uffiċjali mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bħala sodisfaċenti għall-fini ta' l-eżaminar taż-żerriegħa, fil-firxa ta' applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni.

Għandu jwettaq eżaminar taż-żerriegħa bi metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun:

(i) 

laboratorju indipendenti,

jew

(ii) 

laboratorju ta' kumpanija taż-żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (ii), il-laboratorju jista' jwettaq l-eżaminar taż-żerriegħa biss fuq lottijiet ta' żerriegħa prodotti f'isem il-kumpanija ta' żerriegħa li jagħmel parti minnha, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra ma dik il-kumpanija taż-żerriegħa u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni tal-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun soġġett għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija fi (d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa. Dak il-proporzjon għandu jkun fil-prinċipju mxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(f) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni provduta fi (a), minn laboratorji għall-eżaminar taż-żerriegħa awtorizzati b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

▼M29

4.  Jistgħu jiġu adottati iktar miżuri li japplikaw għat-twettiq ta' l-eżaminazzjoni taħt is-sorveljanza uffiċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritti fl-Artikolu 21.

▼M34 —————

▼B

Artikolu 3

▼M28

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċereali tista' ma tinħariġx fis-suq għajr jekk tiġi ċċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa bażika, żerriegħa ċċertifikata, żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni jew żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni.

▼B

2.  L-Istati Membri ►M28  ————— ◄ , għall-iskopijiet ta’ċertifikazzjoni u l-marketing, jistabbilixxu l-kontenut massimu ta’ l-umdità taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-eżamijiet uffiċjali taż-żerriegħa jitwettqu b'mod konformi mal-metodi internazzjonali kurrenti, sa fejn jeżistu dawn il-metodi.

▼M28 —————

▼M28

Artikolu 3a

Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li:

— 
iż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet ta' qabel iż-żerriegħa bażika, u
— 
iż-żerriegħa kif imkabbra, mibjugħa fis-suq għall-ipproċessar, basta iżda li tkun assigurata l-identità taż-żerriegħa,

jistgħu jinħarġu fis-suq.

▼B

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri jistgħu, madankollu, permezz ta’ derogazzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3:

(a) 

jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u t-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tat-tnibbit; għal dan l-għan kull miżura meħtieġa għandha tittieħed sabiex ikun jista’ jiġi żgurat illi l-fornitur jiggarantixxi kull tnibbit speċifiku li huwa jiddikjara għall-iskopijiet ta' marketing fuq kull tikketta speċjali li jkun fiha ismu u l-indirizz u n-numru tar-referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) 

sabiex iż-żerriegħa ►M1  ————— ◄ tkun disponibbli malajr, minkejja l-fatt li l-eżaminazzjoni uffiċjali sabiex tiġi mħarsa l-konformità ma' l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tat-tnibbit tkun għada ma tlestitx, tawtorizza ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u t-tqegħid fis-suq sa fejn ikun għadu l-ewwel ix-xerrej skond in-negozju tal-kategorija “taż-żerriegħa bażika” u “ż-żerriegħa ċertifikata”. Ċertifikazzjoni għandħa tingħata biss meta jiġi ppreżentat kull rapport analitiku proviżorju dwar iż-żerriegħa u kemm-il darba l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel persuna li tirċievi jingħata; kull miżura meħtieġa għandha tittieħed sabiex jiġi żgurat illi dak li qiegħed iforni jagħti garanzija tat-tnibbit kif żgurat fl-analiżi proviżorja; dan it-tnibbit għandu jiġi ddikjarat għal skopijiet ta' marketing fuq kull tabella speċjali li jkun fiha l-isem u l-indirizz ta' dak li jforni u n-numru ta' referenza tal-lott.

Dawn id-disposizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, jekk dan mhux ipprovdut fl-Artikolu 15 fir-rigward tat-tkattir barra mill-Komunità.

▼M28 —————

▼M28

4.  L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga li hemm provvediment dwarha, jew fis-subparagrafu (a), jew fis-subparagrafu (b) għandhom jgħinu wieħed lill-ieħor amministrattivament rigward l-ispezzjoni.

Artikolu 4a

1.  Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi fit-territorju tagħhom biex joħorġu fis-suq:

(a) 

kwantitajiet żgħar ta' żerriegħa għal għanijiet xjentifiċi jew għax-xogħol ta’ l-għażla;

(b) 

kwanitajiet xierqa ta' żerriegħa bl-għan ta' testijiet jew provi oħra, basta iżda li tkun tappartjeni għall-varjetajiet li għalihom tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni sabiex tidħol fil-katalogu fl-Istat Membru f'dak il-każ.

Fil-każ tal-materjal immodifikat ġenetikament, din l-awtorizzazzjoni tista' tiġi konċessa biss jekk ikunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għall-estimi tar-riskju fuq l-ambjent li għandu jitwettaq f'dan ir-rigward, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 70/457/KEE kif jixraq.

2.  L-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (b) jistgħu jingħataw, id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-marki tal-pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu din l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

3.  L-awtorizzazzjonijiet konċessi qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri lill-produtturi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2. Wara dan, dawn l-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti b'mod konformi mal-paragrafu 2.

▼B

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, jimponu rekwiżiti addizzjonali jew akter stretti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom stess.

▼M28

Artikolu 5a

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu ċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross u tal-qamħ għal dik ta' żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni.

▼B

Artikolu 6

▼M2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tkun, jekk min ikabbar hekk jitlob, ittrattata bħala kunfidenzjali.

▼B

Artikolu 7

▼M34

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-kontroll ta' varjetajiet, u għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, l-kampjuni jkunu meħuda b'mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali skond il-metodi xierqa. Madankollu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa bil-ħsieb ta' kontrolli skond l-Artikolu 19 għandhom jitwettqu b'mod uffiċjali.

▼M34

1a.  Meta t-teħid ta' kampjuni taħt sorveljanza uffiċjali previst fil-paragrafu (1) hu mwettaq, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a) 

It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq minn dawk li ġew awtorizzati jieħdu kampjuni ta' żerriegħa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b), (ċ), u (d).

(b) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa b'mod uffiċjali u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Għandhom iwettqu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa skond il-metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandhom ikunu:

(i) 

persuni fiżiċi indipendenti;

(ii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom ma jinvolvux il-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa;

jew

(iii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (iii), dak li jieħu l-kampjuni taż-żerriegħa jista' jeżegwi t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa biss fuq lottijiet taż-żerriegħa prodotti f'isem min jimpjegah, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra bejn min jimpjegah, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni ta' dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandha tkun soġġetta għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa. Meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku hu fl-operazzjoni proċeduri xierqa għandhom jiġu mħarsa u sorveljati b'mod uffiċjali.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija fi (d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn dawk li jieħdu l-kampjuni ta' żerriegħa b'mod uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun fil-prinċipju mxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %. Dan it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll ma japplikax għat-teħid ta' kampjuni awtomatiku.

L-Istati Membri għandhom iqabblu l-kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali ma' dawk ta' l-istess lott taż-żerriegħa meħud taħt sorveljanza uffiċjali.

(f) 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni prevista fi (a), minn dawk li huma awtorizzati b'mod uffiċjali biex jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa meħuda bħala kampjun hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

1b.  Miżuri ulterjuri applikabbli għat-twettiq tat-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2).

▼B

2.  Għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni għandhom jittieħdu minn lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ kull lott u l-piż minimu ta’ lott ta' kampjun huwa mogħti fl-Anness III.

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu illi ż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip tiġi mpoġġija fis-suq biss jekk biżżejjed ►M1  il-lottijiet ◄ omoġenji u ġewwa kontenituri ssiġillati li jkun fihom, kif imniżżel fl-Artikoli 9 u 10, kull tagħmir li jissiġilla u jimmarka.

2.  L-Istati Membri jistgħu, għat tqegħid fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar għall-konsumatur ta' l-aħħar, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ ppakkjar, issiġillar u mmarkar.

Artikolu 9

▼M9

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata tal-kategoriji kollha jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema tas-siġillar jew iħallu evidenza li jkun sar tbabis jew fuq it-tikketta uffiċjali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10(1) jew fuq il-pakkett.

Sabiex jassiguraw is-siġillar, is-sistema tas-siġillar għandha tinkludi mill-anqas jew it-tikketta msemmija hawn fuq jew it-tqegħid ta' siġill uffiċjali.

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' hawn fuq ma jkunux meħtieġa meta s-sistema tas-siġillar li ma tistax terġa' tintuża, tkun użata.

Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, jista' jkun stabbilit jekk sistema partikulari ta' siġillar tkunx taderixxi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

▼M1

2.  Il-pakkeġġi li jkunu ġew issiġillati uffiċjalment ma għandhomx jiġu ssiġillati mill-ġdid, sewwa jekk għal darba u sewwa għal aktar, għajr jekk b'mod uffiċjali ►M9  jew taħt superviżjoni uffiċjali ◄ . Jekk il-pakkeġġi jerġgħu jiġu ssiġġillati, għandha tiġi ddikjarati d-data l-iktar riċenti tas-siġġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli minn dan fuq it-tikketta meħtieġa skond l-Artikolu 10 (1).

▼M6

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar ►M28  issiġillat fit-territorju tagħhom. Il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-eċċezjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21 ◄ .

▼M7

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata tat-tip kollha:

(a) 

ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni u aħmar għaż-żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun asigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (1) (a) u (2), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa tal-qamħirrun ma jħarsux il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun mistqarr fuq it-tikketta. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) 

ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (3), (4) u (5). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax hija użata.

▼M28

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar ssiġillati fit-territorju tagħhom infushom. Il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-eċċezzjonijiert jistgħu jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼M7

3.  Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jżommu sat-30 ta' Ġunju 1980 id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali li l-ippakkettjar tagħhom jinkludi l-informazzjoni preskritta imma bi preżentazzjoni differenti minn dak li hemm provvediment dwarha fis-sitt sentenza tal-paragrafu 1 (a).

▼M32

Artikolu 10a

1.  L-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-Artikoli 8, 9 u 10, jipprovdu simplifikazzjoni tad-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-apparat ta' l-għeluq u l-immarkar tal-pakketti fil-każ tal-kummerċ taż-żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċċertifikata” bil-massa lejn il-konsumatur finali.

2.  Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-deroga permezz tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 21(2).

Sakemm dawn il-miżuri ikunu adottati, l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/650/KE ( 1 ) għandhom ikunu applikabbli.

▼M28

Artikolu 11

1.  B'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21, jista' jiġi provdut li, fil-każijiet l-oħra għajr dawk diġa pprovduti f'din id-Direttiva, il-pakketti taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull kwalità għandhom iġorru t-tikketta tal-fornitur (li tista' tkun tikketta għaliha mit-tikketta uffiċjali jew li tieħu l-għamla tat-tagħrif tal-fornituri stampat fuq il-pakkett innifsu). Il-partikolaritajiet ipprovduti fuq kull tikketta minn dawn għandhom ukoll jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼M28

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li għandhom jeħtieġu li l-lottijiet taż-żerriegħa li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw il-preżenza ta' l-Avena fatua preskritti b'mod konformi mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21 għandom jiġu akkumpanjati b'ċertifikat uffiċjali li jattesta l-konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet.

Artikolu 11a

Fil-każ taż-żerriegħa ta' varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew xorta oħra, li jiġu mwaħħla mal-lott taż-żerriegħa jew jakkumpanjawh, skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandhom jindikaw li l-varjetà tkun ġiet immodifikata ġenetikament.

▼B

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jitolbu illi kull trattament kimiku taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip tiġi mniżżla sew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta ta' min qiegħed jissupplixxi kif ukoll fuq il-kontenitur jew ġewwa fih.

Artikolu 13

▼M12

1.  L-Istati Membri ►M28  għandhom ◄ jippermettu li ż-żerriegħa ta' l-ispeċi taċ-ċereali li titqiegħed fis-suq fil-forma ta' taħlit speċifiku taż-żerriegħa tal-varjetajiet differenti basta li l-għerf xjentifiku jew tekniku juri li dan it-taħlit ikun tali li jkun partikolarment effettiv kontra l-propagazzjoni ta' ċerti organiżmi ta' ħsara u sakemm ukoll il-komponenti tat-taħlita jkunu konformi, qabel it-taħlit, mar-regoli tat-tqegħid fis-suq applikabbli dwarhom.

▼B

►M12  2. ◄   L-Istati Membri ►M28  għandhom ◄ jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ġwież fil-forma ta' taħlit ta' bosta speċi, kemm-il darba l-komponenti tat-taħlita jaqblu, qabel ma ssir it-taħlita, mar-regoli tal-marketing applikabbli għalihom.

▼M28

2a.  Il-kondizzjonijiet speċifiċi li fuqhom dawn it-taħlitiet jistgħu jinbigħu fis-suq għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼B

►M12  3. ◄   Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 8, 9 u 11 għandhom jgħoddu, kif ukoll dawk ta’ l-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni li għaż-żerriegħa mħallta t-tikketta li għandha tintuża għandha tkun ħadra.

▼M20

Artikolu 13a

▼M29

Bl-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet iddikjarati f'din id-Direttiva, jista' jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 21.

▼M20

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għaliha tapplika.. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.

▼B

Artikolu 14

▼M28

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa li tinħareġ fis-suq skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sewwa jekk mandatorja u sewwa jekk diskrezzjonarja, ma tkun soġġetta għal ebda restrizzjonijiet tal-kummerċ rigward il-karatteristiċi tagħha, il-ħtiġiet ta' l-eżaminazzjoni, il-marki u s-siġillar għajr dawk preskritti f'din id-Direttiva jew f'kull Direttiva oħra.

▼A1

1a.  Il-Kummissjoni tawtorizza skond il-proċedura ta' l-Artikolu 21 id-dħul fis-suq ta' żrieragħ ta' pjanti ta' l-għalf jew fit-territorju sħiħ jew inkella f'partijiet ta' Stat Membru wieħed jew iktar li disposizzjonijiet iktar iebsa minn dawk previsti fl-Anness II jiġu mposti għal dak li jirrigwarda l-preżenza ta' qxur tal-ħafur jekk, disposizzjonijiet bħalhom ikunu ġew applikati għall-produzzjoni tal-post u jekk kampanja biex jinqered il-ħafur tkun qed issir fl-agrikoltura taċ-ċereali tar-reġjun ikkonċernat.

▼M28 —————

▼M28

Artikolu 14a

Il-kondizzjonijiet li fuqhom iż-żerriegħa mrobbija ta' ġenerazzjonijiet ta' qabel iż-żerriegħa bażika tista' tinħareġ fis-suq skond l-ewwel inċiż ta' l- Artikolu 3a, għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

(iż-żerriegħa) trid tkun ġiet spezzjonata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti taċ-ċertifikazzjoni b'mod konformi mad-disposizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bażika;

(b) 

(iż-żerriegħa) trid tkun ġiet ippakkjata b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva; u

(ċ) 

il-pakketti jridu jġorru tikketta uffiċjali li tagħti għall-anqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

— 
l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-abbrevjazzjoni li tiddistingwihom,
— 
in-numru tar-referenza tal-lott,
— 
ix-xahar u s-sena tas-siġillar, jew
— 
ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar kampjunar uffiċjali għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni,
— 
l-ispeċi, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista' jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet ta' l-awturi, b'karattri Rumani,
— 
il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,
— 
id-deskrizzjoni iż-żerriegħa ta' qabel dik bażika,
— 
in-numru ta' ġenerazzjonijiet li jkunu ġew qabel iż-żerriegħa tal-kategoriji żerriegħa ċċertifikata jew żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni.

It-tikketta għandha tkun bajda b'linja dijagonali vjola.

▼M20

Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċereali

— 
li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħtija l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li jkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċċertfikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u
— 
li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta, f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment minn ġenerazzjoniet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

▼M28

2.  Iż-żerriegħa taċ-ċereali li tkun ġiet miġbura fil-muna fil-Komunità, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b'mod konformi mal-paragrafu 1, għandha:

— 
tiġi ppakkjata u ttikkettjata b'tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonjiet preskritti fl Anness V(A) u (B), b'mod konformi ma’ l-Artikolu 9(1), u
— 
għandha tkun akkumpanjata b'dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness V(C).

Id-disposizzjonijiet fl-ewwel paragrafu dwar l-ippakkjar u t-tikkettjar jistgħu jiġu rinunzjati għalihom jekk l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni fuq il-post, dawk li jfasslu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa li ma tkunx ġiet iċċertifikata definittivament u dawk responsabbli miċ-ċertifikazzjoni jkunu l-istess, jew jekk jiftiehmu dwar l-eżenzjoni.

▼M34

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali maħsuda fi pajjiż terz għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:

(a) 

ġiet prodotta direttament minn:

(i) 

żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata b'mod uffiċjali f''Stat Membru wieħed jew iżjed jew f'pajjiż terz li ġie mogħti ekwivalenza taħt l-Artikolu 16 (1) (b),

jew

(ii) 

it-taħlit ta' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali fi Stat Membru ma' żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali f'pajjiż terz imsemmi fi (i);

(b) 

ġiet sottomessa għal spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fi deċiżjoni ta' ekwivalenza meħuda taħt l-Artikolu 16(1)(a) għall-kategorija rilevanti;

(ċ) 

eżaminazzjoni uffiċjali wriet li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għall-istess kategorija ġew sodisfatti.

▼B

Artikolu 16

1.  Il-Kunsill, li jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata fuq kull proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina jekk:

(a) 

fil-każ li hemm provdut għalih fl-Artikolu 15, l-ispezzjonjiet fuq il-lok fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I;

▼M34

(b) 

żerriegħa taċ-ċereali fi pajjiż terz u li għandha l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżaminazzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll hi f'dawn l-aspetti ekwivalenti għal żerriegħa maħsuda fi ħdan il-Komunità u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

▼B

2.   ►M5  L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975. ◄

▼M3

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' kull Stat Membru ġdid mid-data tad-dħul tiegħu sad-data li fiha huwa jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva.

▼M24

4.  Paragraph 1 shall also apply to the territory of the former German Democratic Republic until 31 December 1991. Detailed rules may be adopted in accordance with the procedure laid down in Article 21.

▼M28

Artikolu 17

1.  Sabiex titneħħa kull diffikultà temporanja fil-provvista ġenerali taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata li sseħħ fil-Komunità u li ma tistax tingħeleb xorta oħra, jista' jiġi deċiż b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21 li l-Istati Membri għandhom jippermettu, għal perjodu speċifikat taż-żmien, il-kummerċ fil-Komunità kollha fi kwantitajiet meħtieġa sabiex jissolvew id-diffikultajiet fil-provvista, iż-żerriegħa tal-kategorija, bla ħsara għal restrizzjonijiet anqas restrinġenti, jew taż-żerriegħa mhux inkluża fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta' l-Ispeċi tal-Pjani Agrikoli jew fil-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet ta' l-Istati Membri.

2.  Għall-kategorija taż-żerriegħa ta' kull varjetà msemmija, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik ipprovduta għall-kategorija korrispondenti; għaż-żerriegħa tal-varjetajiet mhux inklużi fil-katalogi msemmija hawn fuq il-kulur tat-tikketta uffiċjali għandu jkun kannella. It-tikketta għandha dejjem tiddikjara li ż-żerriegħa f'dak il-każ hija ta' kategorija li tissodisfa ħtiġiet anqas strinġenti.

3.  Ir-regoli sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼B

Artikolu 18

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għaż-żerriegħa tal-ġwież li tidher li hija maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 19

▼M28

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ispezzjonijiet uffiċjali jitwettqu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ, għall-anqas b'kontrolli mingħajr ordni partikolari, sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

▼M28

2.  Mingħajr preġudizzju għaċ-ċaqliq ħieles taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jkunu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-kummerċ ta' kwantitajiet li jeċċedu ż-żewġ kilogrammi ta' żerriegħa importata minn pajjiżi terzi:

(a) 

l-ispeċi;

(b) 

il-varjetà;

(ċ) 

il-kategorija;

(d) 

il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali ta’ l-ispezzjoni;

(e) 

il-pajjiż tal-kunsinja;

(f) 

l-importatur;

(g) 

il-kwantità taż-żerriegħa.

Il-manjiera li biha dawn il-partikolaritajiet iridu jiġu ppreżentati tista' tiġi stabbilita b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21.

▼M33

Artikolu 20

1.  Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa taċ-ċereali mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk ikunu obbligatorji sew jekk liberi, u meħuda waqt it-teħid ta’ kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

— 
żerriegħa maqlugħa f’pajjiżi barranin,
— 
żerriegħa adatta għall-biedja organika,
— 
żerriegħa mqiegħda fis-suq relatata mal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tax-xtieli.

2.  Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.

3.  Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom.

4.  Il-Komunità tista’ tagħti kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijit u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.

5.  It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati fid-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

6.  It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

▼M32

Artikolu 21

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija stabbilit permezz ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 66/399/KEE (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 2 ) għandhom ikunu applikabbli.

Il-perjodu li hemm provvedimet dwaru fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

▼M2

Artikolu 21a

▼M5

L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

▼M20

Artikolu 21b

L-emendi li jridu jsiru għall-kontenut taAnnessi sabiex jiġu stabbiliti l-kondizjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru, tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt) u tal-ispeċji oħra li l-ibridi tagħhom huma inklużi fl-iskop ta’ din id-Direttiva skond Artikolu 2 (1b) u l-kondizzjonjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ triticale mnissla b’dakkir minn taħlit tar-razez għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

▼B

Artikolu 22

Salv għal kif inhu provdut fl- ►M20  Anness II (3) ◄ fir-rigward tat-tolleranzi għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' liġijiet nazzjonali ġġustifikati fuq bażi ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, annimali jew pjanti jew tal-ħarsien tal-proprjetà industrijali jew kummerċjali.

▼M28

Artikolu 22a

1.  Jistgħu jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċjali b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 21 sabiex iqisu l-iżviluppi fl-oqsma ta':

(a) 

il-kondizzjonijiet li fuqhom trid tinbiegħ fis-suq iż-żerriegħa ttrattata kimikment;

(b) 

il-kondizzjonijiet li fuqhom tista' tinbiegħ fis-suq iż-żerriegħa fejn għandhom x'jaqsmu l-konservazzjoni in situ u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inklużi t-taħlitiet taż-żerriegħa tal-ispeċi li jinkludu wkoll l-ispeċi elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE, u li jkunu assoċjati ma’ l-abitat speċifiċi naturali u l-abitat semi-naturali u li jkunu mhedda bit-tgħawwir (erożjoni) ġenetiku;

(ċ) 

il-kondizzjonijiet li fuqhom tista' tinbiegħ fis-suq iż-żerriegħa xierqa għall-produzzjoni organika.

2.  Il-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu partikolarment il-punti li ġejjin:

(i) 

fil-każ ta' (b), iż-żerriegħa ta' dawn l-ispeċi għandha tkun ta' provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f'kull wieħed mill-Istati Membri għall-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa f'żoni definiti;

(ii) 

fil-każ ta' (b), ir-restrizzjonijiet xierqa kwantitattivi.

▼B

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1968, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 (1) u, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1969, dawk neċessarji sabiex jikkonformaw id- disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u ta’ l-Annessi tagħha. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

▼M24

The Federal Republic of Germany is hereby authorized to comply, in respect of the territory of the former German Democratic Republic, with the following:

— 
Article 3 (1), in the case of:
— 
seed harvested prior to German unification or after unification insofar as the seed production fields had been sown before that date,
— 
other seed if it is certified in accordance with Article 2 (2) (c);
— 
Article 8 (2), in the case of the restriction to “small quantities”;
— 
Article 13 (1), in the case of seed of “Hordeum vulgare L.”;
— 
Article 16, within the limits of the traditional trade flows and in response to the production needs of undertakings in the former German Democratic Republic,

at a date later than referred to above, but not later than 31 December 1992 in respect of the first and fourth indents and not later than 31 December 1994 in respect of the second and third indents.

The Federal Republic of Germany shall ensure that seed in respect of which it applies this authorization, other than seed specified in the second sub-indent of the first indent, is not introduced into parts of the Community other than the territory of the former German Democratic Republic unless it is established that the provisions of this Directive are complied with.

▼M20

Artikolu 23a

Ma’ l-Applikazzjoni minn Stat Membru, li trid tiġi trattata kif hemm ipprovvdut fArtikolu 21, dan l-Istat jista’ jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 14 (1):

(a) 

rigward l-ispeċji li ġejjin:

— 
l-iskalora,
— 
is-sorgu,
— 
il-ħaxix tas-Sudan;
(b) 

rigward l-ispeċji l-oħra li ma jkunux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu.

▼B

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M36




ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MILL-PRODOTT

1.

Il-prodott preċedenti tal-għalqa ma setax kien inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi u l-varjetà tal-prodott, u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn li huma voluntiera minn prodotti preċedenti.

▼M41

2.

L-għelejjel għandhom jikkonformaw fir-rigward id-distanzi mis-sorsi fil-viċin tat-trab tad-dakra li jistgħu jirriżultaw f'dakkir barrani mhux mixtieq:



Għelejjel

Distanza minima

Phalaris canariensis, Secale cereale minbarra ibridi:

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

300 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

250 m

Sorghum spp.

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika (1)

400 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata (1)

200 m

 

 

xTriticosecale, varjetajiet li jdakkru lilhom infushom

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

50 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

20 m

Zea mays

200 m

(1)   F'dawn iż-żoni fejn il-preżenza ta' S. halepense jew S. sudanense titratta kwistjoni ta' dakkir inkroċjat partikolari, għandu japplika dan li ġej:
(a)  l-għelejjel għandhom jipproduċu ż-żerriegħa bażika ta' Sorghum bicolor jew l-ibridi taghħa jridu jiġi iżolati mhux inqas minn 800 m 'l bogħod minn kwalunkwe sors ta' tali trab tad-dakra li jikkontamina;
(b)  l-għelejjel għandhom jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' Sorghum bicolor jew l-ibridi taghħa jridu jiġi iżolati mhux inqas minn 400 m'l bogħod minn kwalunkwe sors ta' tali trab tad-dakra li jikkontamina.

Id-distanzi minimi mniżżla fit-tabella hawn fuq jistgħu jiġu injorati jekk hemm protezzjoni suffiċjenti minn kwalunkwe trab tad-dakra mhux mixtieq.

▼M36

3.

Il-prodott għandu jkollu identità u purezza varjetali suffiċjenti jew, fil-każ ta’ prodott ta’ linja konġenita, identità u purezza suffiċjenti relattivi għall-karatteristiċi tiegħu. Għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet tal-ibridi, id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, inkluża r-restorazzjoni tal-isterilità jew tal-fertilità maskili.

B’mod partikolari, prodotti Oryza sativa, Phalaris canariensis, Secale cereale apparti, Sorghum spp. u Zea mays għandhom jikkonformaw ma’ standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M42

A. 

Oryza sativa:

L-għadd ta’ pjanti li jingħarfu li ovvjament huma pjanti selvaġġi jew pjanti tal-qmugħ ħomor ma għandhomx jaqbżu:

— 
iż-0 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,
— 
il-1 għal kull 100 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata, tal-ewwel u tat-tieni ġenerazzjoni.

▼M36

B. 

Phalaris canariensis, Secale cereale apparti l-ibridi:

L-għadd ta’ pjanti tal-ispeċijiet tal-prodott li jkunu jistgħu jintgħarfu bħala li b’mod ovvju mhumiex veri għall-varjetà ma għandux jeċċedi:

— 
1 għal kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,
— 
1 għal kull 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata.
C. 

Sorghum spp.

(a) 

Il-persentaġġ skont l-għadd ta’ pjanti tal-ispeċi Sorghum apparti mill-ispeċijiet tal-prodott jew tal-pjanti li jintgħarfu bħala li ovvjament mhumiex veri għal-linja konġenita jew għall-komponent ma għandhux jeċċedi:

(aa) 

għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

(i) 

waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-fjur: 0,1 %;

(ii) 

waqt il-maturità: 0,1 %;

(bb) 

għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

(i) 

il-pjanti tal-komponent maskili li jkunu waqqgħu t-trab dakkari meta l-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċettivi: 0,1 %;

(ii) 

il-pjanti tal-komponent femminili

— 
waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-fjur: 0,3 %;
— 
waqt il-maturità: 0,1 %;
(b) 

L-istandards jew kundizzjonijiet oħra li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata tal-varjetajiet ibridi:

(aa) 

il-pjanti tal-komponent maskili għandhom iwaqqgħu biżżejjed trab dakkari waqt li l-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċettivi;

(bb) 

jekk il-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċettivi, il-persentaġġ tal-pjanti ta’ dak il-komponent li jkunu waqqgħu t-trab dakkari jew li jkunu qegħdin iwaqqgħu t-trab dakkari ma għandux jeċċedi 0,1 %;

(c) 

Prodotti ta’ varjetajiet imdakkra b’mod miftuħ jew varjetajiet sintetiċi ta’ Sorghum spp. għandhom jikkonformaw mal-istandards li ġejjin: l-għadd ta’ pjanti tal-ispeċijiet tal-prodott li jkunu jistgħu jintgħarfu bħala li b’mod ovvju mhumiex veri għall-varjetà ma għandux jeċċedi:

— 
wieħed għal kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,
— 
wieħed għal kull 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata.
D. 

Zea mays :

(a) 

Il-persentaġġ skont l-għadd ta’ pjanti li jintgħarfu b’mod ovvju bħala li mhumiex veri għall-varjetà, għal-linja konġenita, jew għall-komponent ma għandux jeċċedi:

(aa) 

għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika:

(i) 

il-linji konġeniti, 0,1 %,

(ii) 

l-ibridu sempliċi, kull komponent, 0,1 %,

(iii) 

il-varjetajiet miftuħa ta’ trab dakkari, 0,5 %;

(bb) 

għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata:

(i) 

il-komponent ta’ varjetajiet ibridi:

— 
il-linji konġeniti, 0,2 %,
— 
l-ibridu sempliċi, 0,2 %,
— 
il-varjetà miftuħa ta’ trab dakkari, 1,0 %,
(ii) 

il-varjetajiet miftuħa ta’ trab dakkari, 1,0 %;

(b) 

L-istandards jew kundizzjonijiet oħra li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:

(aa) 

biżżejjed trab dakkari għandu jfarfar mill-pjanti tal-komponent maskili waqt li l-pjanti tal-komponent femminili huma bil-fjuri;

(bb) 

fejn xieraq, l-emaskulazzjoni għandha titwettaq;

(cc) 

fejn 5 % jew aktar tal-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċettivi, il-persentaġġ tal-komponent femminili li jkollu trab dakkari mxerred jew qed ixerred trab dakkari ma għandux jeċċedi:

— 
1 % fi kwalunkwe spezzjoni uffiċjali fuq il-post, u
— 
2 fit-total tal-ispezzjonijiet uffiċjali li jsiru fuq il-post.

Il-pjanti huma kunsidrati bħala li jkunu xerrdu t-trab dakkari jew li qegħdin ixerrdu trab dakkari meta, fuq 50 mm jew aktar tal-assi ċentrali jew laterali tax-xuxa, l-anteri jkunu spuntaw mill-ħliefa tagħhom u jkunu xerrdu jew ikunu qed ixerrdu t-trab dakkari.

4.

Ibridi ta’ Secale cereale

(a) Il-prodott għandu jħares l-istandards li ġejjin rigward id-distanzi mis-sorsi tat-trab dakkari fil-qrib li jista’ jirriżulta f’dakkir barrani mhux mixtieq.



Prodott

Distanza minima

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

 

—  fejn użata l-isterilità maskili

1 000 m

—  fejn mhux użata l-isterilità maskili

600 m

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

500 m

(b) Il-prodott għandu jkollu identità u purità biżżejjed rigward il-karatteristiċi tal-komponenti, inkluża l-isterilità maskili.

B’mod partikolari, il-prodott għandu jħares standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-għadd tal-pjanti tal-speċijiet tal-prodott li jingħarfu bħala ovvjament li mhumiex veri għall-komponent ma għandhomx jaqbżu:

— 
wieħed għal kull 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,
— 
wieħed għal kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata, dan l-istandard għandu japplika għall-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post għall-komponenti femminili biss,
(ii) 

fil-każ taż-żerriegħa bażika, fejn tiġi użata l-isterilità maskili, il-livell tal-isterilità tal-komponent maskili sterili għandu jkun mill-inqas 98 %.

(c) Meta xieraq, iż-żerriegħa ċċertifikata għandha tiġi prodotta f’kultivazzjoni mħallta tal-komponent femminili li hu sterili għall-maskil ma’ komponent maskil li jreġġa’ lura l-fertilità maskili.

5.

►M39  Uċuħ tar-raba' biex jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u xTriticosecale li ddakkar lilha nfisha u uċuħ tar-raba' biex jipproduċu ż-żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Hordeum vulgare permezz ta' teknika li mhix l-Isterilità Maskili Ċitoplażmika (Cytoplasmic Male Sterility — CMS) ◄

(a) Il-prodott għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin fir-rigward ta’ distanzi minn sorsi mill-viċin ta’ trab dakkari li jista’ jirriżulta f’dakkir barrani mhux mixtieq:

— 
id-distanza minima tal-komponenti femminili għandha tkun ta’ 25 m minn kull varjetà oħra tal-istess speċi għajr minn prodott tal-komponent maskili,
— 
din id-distanza tista’ tiġi injorata jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn kull dakkir barrani li mhux mixtieq.

(b) Il-prodott għandu jkollu l-identità u l-purità biżżejjed rigward il-karatteristiċi tal-komponenti.

Fejn iż-żerriegħa hi prodotta bl-użu ta’ aġent kimiku ta’ ibridazzjoni, il-prodott għandu jkun konformi ma’ standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-purità minima varjetali ta’ kull komponent għandha tkun:

— 
Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum u Triticum spelta: 99,7 %,
— 
xTriticosecale, varjetajiet b’dakkir awtonomu: 99,0 %;
(ii) 

l-ibridità minima trid tkun ta’ 95 %. Il-perċentwal tal-ibridità għandu jitqies skont il-metodi kurrenti internazzjonali, safejn u sakemm dawn il-metodi jeżistu. Fil-każi fejn l-ibridità tiġi stabbilità matul it-testjijiet taż-żerriegħa qabel iċ-ċertifikazzjoni, ma għandhiex għalfejn tiġi stabbilità l-ibridità matul l-ispezzjoni fuq il-post.

▼M39

5a.

Uċuħ tar-raba' biex jipproduċu żerriegħa bażika u żerrieġħa ċċertifikata ta' ibridi ta' Hordeum vulgare permezz tat-teknika CMS:

(a) 

Il-wiċċ tar-raba' għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin rigward id-distanzi mis-sorsi ta' trab tad-dakra fil-qrib li jista' jirriżulta f'dakkir barrani mhux mixtieq:



Wiċċ tar-raba'

Distanza minima

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika

100 m

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata

50 m

(b) 

Il-wiċċ tar-raba' għandu jkollu biżżejjed identità u purità varjetali fir-rigward tal-karatteristiċi tal-komponenti.

B'mod partikolari, il-prodott għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(i) 

Il-perċentwal tal-għadd ta' pjanti li mhumiex veraċi għat-tip b'mod ovvju ma għandux jaqbeż:

— 
għall-uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika, 0,1 % għal-linja taż-żamma u tar-radd lura, u 0,2 % għas-CMS tal-komponent femminili,
— 
għall-uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika, 0,3 % għall-manutenzjoni u s-CMS tal-komponent femminili, u 0,5 % f'każ li s-CMS tal-komponent femminili huwa ibridu waħdieni.
(ii) 

Il-livell ta' sterilità maskili tal-komponenti femminili għandu jkun mill-inqas:

— 
99,7 % għal uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika,
— 
99,5 % għal uċuħ tar-raba' użati għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata,
(iii) 

Ir-rekwiżiti tal-punti (i) u (ii) għandhom jiġu eżaminati b'test uffiċjali ta' wara l-kontroll.

(c) 

Iż-żerriegħa ċċertifikata tista' tiġi prodotta f'kultivazzjoni mħallta ta' komponent femminili b'maskil sterili ma' komponent maskil li jreġġa' lura l-fertilità.

▼M42

6.

L-uċuħ tar-raba’ għandhom ikunu prattikament ħielsa minn kull pest li jnaqqas l-utilità u l-kwalità taż-żerriegħa.

L-uċuħ tar-raba’ għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (“RNQPs”) previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 ( 3 ), kif ukoll il-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

Il-preżenza tal-RNQPs fuq l-uċuħ tar-raba’ għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin kif stabbilit fit-tabella:



Fungi u oomiċeti

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Pjanti għat-tħawwili (ġenerui jew speċi)

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa prebażika

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

Gibberella fujikuroi Sawada [GIBBFU]

Oryza sativa L.

Mhux aktar minn żewġ pjanti sintomatiċi għal kull 200 m2 osservati matul l-ispezzjonijiet fuq il-post f’ħinijiet xierqa ta’ kampjun rappreżentattiv tal-pjanti f’kull wiċċ tar-raba’.

Mhux aktar minn żewġ pjanti sintomatiċi għal kull 200 m2 osservati waqt spezzjonijiet fuq il-post ta’ kampjun rappreżentattiv tal-pjanti f’kull wiċċ tar-raba’ f’perjodi xierqa.

Żerriegħa ċċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni (C1):

Mhux aktar minn erba’pjanti sintomatiċi għal kull 200 m2 osservati waqt spezzjonijiet fuq il-post ta’ kampjun rappreżentattiv tal-pjanti f’kull wiċċ tar-raba’ f’perjodi xierqa.

Żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (C2):

Mhux aktar minn tmien pjanti sintomatiċi għal kull 200 m2 osservati waqt spezzjonijiet fuq il-post ta’ kampjun rappreżentattiv tal-pjanti f’kull wiċċ tar-raba’ f’perjodi xierqa.

Nematodi

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Pjanti għat-tħawwil

(ġeneru jew speċi)

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa prebażika

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

Limiti stabbiliti għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata

Aphelenchoides esseyi Christie [APLOBE]

Oryza sativa L.

0 %

0 %

0 %

▼M36

7.

It-twettiq ta’ standards oħra jew kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom, fil-każ ta’ żerriegħa bażika, ikunu eżaminati fi spezzjonijiet uffiċjali fil-post jew fi spezzjonijiet magħmula taħt is-superviżjoni uffiċjali.

Dawn l-ispezzjonijiet fil-post għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A. 

Il-kundizzjoni u l-istadju tal-iżvilupp tal-prodott għandhom jippermettu eżami adegwat.

B. 

L-għadd ta’ spezzjonijiet fuq il-post għandu jkun minn tal-anqas:

(a) 

għal Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Phalaris canariensis, xTriticosecale, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, Secale cereale: wieħed;

(b) 

għal Sorghum spp. u Zea mays matul l-istaġun tal-fjuri:

(aa) 

il-varjetajiet miftuħa ta’ trab dakkari: wieħed,

(bb) 

linji konġeniti jew l-ibridi: tlieta.

Meta l-prodott isegwi l-prodott ta’ Sorghum spp. u ta’ Zea mays jew fis-sena ta’ qabel jew f’dik korrenti, għandha ssir minn tal-anqas spezzjoni speċjali waħda fuq il-post biex ikun ivverifikat it-twettiq tad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 ta’ dan l-Anness.

C. 

Il-qies, l-għadd u d-distribuzzjoni tal-proporzjonijiet tal-għalqa li sejra tkun spezzjonata biex ikun eżaminat is-sodisfazzjon tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness, għandhom ikunu stabbiliti bi qbil ma’ metodi xierqa.




ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI MIŻ-ŻERRIEGĦA

1.

Iż-żerriegħa għandu jkollha l-identità varjetali u l-purità varjetali biżżejjed, jew fil-każ taż-żerriegħa ta’ linja konġenita, l-identità u l-purità biżżejjed rigward il-karatteristiċi tagħha. Għaż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi, id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti.

B’mod partikolari, iż-żerriegħa tal-ispeċijiet elenkati hawn taħt għandhom ikunu konformi ma’ standards oħra jew il-kundizzjonijiet li ġejjin:

A. 

Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta apparti l-ibridi fl-kull każ:



Kategorija

Purità minima tal-varjetà

(%)

Żerriegħa bażika

99,9

Żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni

99,7

Żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni

99,0

Il-purità minima varjetali għandha tkun eżaminata l-aktar fl-ispezzjonijiet fil-post magħmula skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness I.

B. 

Varjetajiet b’dakkir awtonomu ta’ xTriticosecale apparti l-ibridi



Kategorija

Purità minima varjetali

(%)

Żerriegħa bażika

99,7

Żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni

99,0

Żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni

98,0

Il-purità minima varjetali għandha tkun eżaminata l-aktar fl-ispezzjonijiet fil-post magħmula skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Anness I.

▼M39

C. 

L-ibridi ta' Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, u xTriticosecale li ddakkar lilha nfisha.

Il-purità varjetali minima taż-żerriegħa tal-kategorija taż-żerriegħa ċċertifikata għandha tkun 90 %.

Fil-każ ta' Hordeum vulgare prodott permezz ta' CMS, din għandha tkun 85 %. Impuritajiet oħra li ma jroddux lura m'għandhomx jaqbżu t-2 %.

Il-purità varjetali minima għandha tiġi eżaminata waqt testijiet uffiċjali ta' kontroll fuq il-post bi proporzjon xieraq ta' kampjuni.

▼M36

D. 

Sorghum spp. u Zea mays :

Meta għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet ibridi komponent femminili maskili-sterili u komponent maskili li ma jroddx lura l-fertilità maskili jkunu ntużaw, iż-żerriegħa għandha tkun prodotta:

— 
jew billi jitħalltu lottijiet taż-żerriegħa bi proporzjon xieraq għall-varjetà, meta, min-naħa l-waħda, ikun intuża komponent femminili maskili-sterili u, meta min-naħa l-oħra, ikun intuża komponent femminili fertili-maskili,
— 
jew billi jitkabbar il-komponent femminili maskili-sterili u l-komponent femminili maskili-fertili bi proporzjon xieraq għall-varjetà. Il-proporzjon ta’ dawn il-komponenti għandu jkun eżaminat fi spezzjonijiet li jsiru fuq il-post b’mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
E. 

▼M39

Ibridi ta' Secale cereale u ibridi CMS ta' Hordeum vulgare

▼M36

Iż-żerriegħa ma għandhiex tiġi ċċertifikata għajr jekk ikunu tqiesu r-riżultati ta’ test uffiċjali ta’ wara l-kontroll, fuq kampjuni taż-żerriegħa bażika meħuda uffiċjalment u mwettqa matul l-istaġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata sabiex jiġi żgurat jekk iż-żerriegħa bażika tkunx laħqet il-ħtiġiet taż-żerriegħa bażika stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-identità u l-purità rigward il-karatteristiċi tal-komponenti, inkluża l-isterilità maskili.

2.

Iż-żerriegħa għandha tkun konformi ma’ standards oħra jew mal-kundizzjonijiet li ġejjin fejn għandhom x’jaqsmu t-tfellis, il-purità analitika u l-kontenut taż-żrieragħ ta’ speċijiet ta’ pjanti oħra:

A. 

Tabella:



Speċi u kategorija

Tfellis minimu

(% ta’ żerriegħa pura)

Purità analitika minima

(% bil-piż)

Kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ speċijiet ta’ pjanti oħrajn inklużi żrieragħ ħomor ta’ Oryza sativa f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 4 tal-Anness III

(total għal kull kolonna)

Speċijiet oħra ta’ pjanti (a)

Żrieragħ ħomor ta’ Oryza sativa

Speċijiet oħra ta’ ċereali

Speċijiet oħra ta’ pjanti apparti ċ-ċereali

Avena fatua, Avena sterilis, Lolium temulentum

Raphanus raphanistrum, Agrostemma githago

Panicum spp.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

85

99

4

 

1 (b)

3

0 (c)

1

 

—  żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni

85 (d)

98

10

 

7

7

0 (c)

3

 

Avena nuda:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

75

99

4

 

1 (b)

3

0 (c)

1

 

—  żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni

75 (d)

98

10

 

7

7

0 (c)

3

 

Oryza sativa:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

80

98

4

1

 

 

 

 

1

—  żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni

80

98

10

3

 

 

 

 

3

—  żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni

80

98

15

5

 

 

 

 

3

Secale cereale:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

85

98

4

 

1 (b)

3

0 (c)

1

 

—  żerriegħa ċċertifikata

85

98

10

 

7

7

0 (c)

3

 

Phalaris canariensis:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

75

98

4

 

1 (b)

 

0 (c)

 

 

—  żerriegħa ċċertifikata

75

98

10

 

5

 

0 (c)

 

 

Sorghum spp.

80

98

0

 

 

 

 

 

 

xTriticosecale:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—  żerriegħa bażika

80

98

4

 

1 (b)

3

0 (c)

1

 

—  żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni

80

98

10

 

7

7

0 (c)

3

 

Zea mays

90

98

0

 

 

 

 

 

 

B. 

Standards oħra jew kundizzjonijiet applikabbli meta ssir referenza dwarhom fit-tabella taħt Taqsima 2 (A) ta’ dan l-Anness:

(a) 

Il-kontenuti massimi taż-żrieragħ stabbiliti fil-kolonna 4 jinkludu wkoll iż-żrieragħ tal-ispeċijiet fil-kolonni 5 sa 10.

(b) 

It-tieni żerriegħa ma għandhiex titqies bħala impurità jekk it-tieni kampjun tal-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żrieragħ tal-ispeċijiet taċ-ċereali l-oħrajn.

(c) 

Il-preżenza ta’ żerriegħa waħda Avena fatua, Avena sterilis jew Lolium temulentum f’kampjun tal-piż preskritt ma għandhiex titqies bħala impurità fejn it-tieni kampjun tal-istess piż ikun ħieles minn kwalunkwe żrieragħ ta’ dawn l-ispeċi.

(d) 

Fil-każ tal-varjetajiet Hordeum vulgare (xgħir imneżża) il-kapaċita tat-tfellis minima meħtieġa titnaqqas għal 75 % ta’ żerriegħa pura. It-tikketta uffiċjali għandha tinkludi l-kliem “Kapaċità minima ta’ tfellis ta’ 75 %”.

▼M42

3.

Iż-żerriegħa għandha tkun prattikament ħielsa minn kull pest li jnaqqas l-utilità u l-kwalità taż-żerriegħa.

Iż-żerriegħa għandha tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta u l-RNQPs previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, kif ukoll mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.

Il-preżenza tal-RNQPs fuq iż-żrieragħ u fuq il-kategoriji rispettivi għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin kif stabbilit fit-tabella:



Nematodi

RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Pjanti għat-tħawwil

(ġeneru jew speċi)

Limiti stabbiliti għaż-żerriegħa prebażika

Limiti stabbiliti għaż-żerriegħa bażika

Limiti stabbiliti għaż-żerriegħa ċċertifikata

Aphelenchoides besseyi Christie [APLOBE]

Oryza sativa L.

0 %

0 %

0 %

Fungi

Gibberella fujikuroi Sawada [GIBBFU]

Oryza sativa L.

Prattikament ħielsa

Prattikament ħielsa

Prattikament ħielsa

▼M42

4.

Il-preżenza tal-korpi tal-fungi fuq iż-żrieragħ u fuq il-kategoriji rispettivi għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin kif stabbilit fit-tabella:



Kategorija

L-għadd massimu ta’ korpi tal-fungi, bħal skleroti, jew ergotini, f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 3 tal-Anness III

Ċereali apparti l-ibridi tas-Secale cereale:

 

— Żerriegħa bażika

1

— Żerriegħa ċċertifikata

3

Ibridi tas-Secale cereale:

 

— Żerriegħa bażika

1

— Żerriegħa ċċertifikata

(*1)

(*1)   Il-preżenza ta’ ħames korpi ta’ fungu bħal skleroti jew frammenti ta’ skleroti, jew ergotini f’kampjun ta’ piż preskritt għandha titqies bħala konformi mal-istandards, fil-każ li t-tieni kampjun bl-istess piż ma’ jkollux aktar minn erba’ korpi ta’ fungi.

▼M36




ANNESS III



PIŻIJIET TAL-LOTT U TAL-KAMPJUN

Speċijiet

Piż massimu ta’ lott

(f’tunnellati)

Piż minimu ta’ kampjun li jittieħed minn lott

(grammi)

Piż tal-kampjun biex jiġi ddeterminat skont l-għadd stipulat fil-kolonni 4 sa 10 tal-Anness II (2) (A) u l-Anness II (3)

(grammi)

1

2

3

4

Avena nuda, Avena sativa, Avena strigosa, Hordeum vulgare, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, Secale cereale, xTriticosecale

30

1 000

500

Phalaris canariensis

10

400

200

Oryza sativa

30

500

500

▼M38

Sorghum bicolor (L.) Moench

30

900

900

Sorghum sudanense (Piper) Stapf

10

250

250

▼M38

Ibridi ta’ Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

30

300

300

▼M36

Zea mays, żerriegħa bażika ta’ linji konġeniti minnhom infushom

40

250

250

Zea maysmays, żerriegħa bażika apparti ta’ linji konġeniti minnhom infushom; żerriegħa ċċertifikata

40

1 000

1 000

Il-piż massimu tal-lott ma għandux jaqbeż iżjed minn 5 %.

▼B




ANNESS IV

Tikketta

A.    Informazzjoni mitluba

(a) 

Għaż-żerriegħa bażika u għaż-żerrigħa ċċertifikata:

▼M1

1. 

“Ir-regoli u l-istandards tal- ►M27  KE ◄

2. 

L-Awtorità taċ-ċertifikatazzjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom

▼M40

2a. 

Numru serjali assenjat uffiċjalment

▼B

3. 

Numru tar-referenza tal-lott

▼M9

3a. 

ix-xahar u s-sena tas-siġill espressi hekk: “issiġillat …”(ix-xahar u s-sena),

jew

ix-xahar u s-sena ta' l-aħħar teħid uffiċjali tal-kampjunigħall-iskopijiet taċ-ċertifikazzjoni espressi hekk: “ilkampjunittieħed …” (ix-xahar u s-sena)

▼B

4. 

Speċi ►M20  indikat għall-anqas bl-isem botaniku tiegħu, li jista’ jingħataf’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet,b’karattri Rumani ◄

5. 

►M20  Il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani ◄

6. 

Kategorija

7. 

Pajjiż tal-produzzjoni

▼M4

8. 

Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjaratta’ qmugħ

▼M6

8a. 

grannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidioħrajn huma użati n-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattivitàapprossimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali

▼M20

9. 

Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

— 
għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linjakonġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħajkunu ġew aċċettati uffiċjalment skondid-Direttiva 70/457/KEE:
l-isem ta’ dan il-komponent, li taħtu tkun ġietuffiċjalment aċċettata, b’riferenza għall-varjetàaħħarija jew mingħajrha, akkumpanjata, fil-każtal-ibridi jew tal-linji konġeniti li huma intiżibiss bħala komponenti għall-varjietajiet aħħarija,bil-kelma “komponent”,
— 
għaż-żerriega bażika fil-każi l-oħrajn:
l-isem tal-komponent li għalih tappartjieniż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetàaħħarija, briferenza għall-funzjoni tiegħu (maskiljew femminil) jew mingħajrha, u akkumpanjatbil-kelma “komponent”,
— 
għaż-żerriegħa ċertifikata:
l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieniż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma “ibrida”

▼M7

10. 

Meta mill-inqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, ilkelma“ittestjat mill-ġdid... (ix-xahar u s-sena)” u sservizzresponsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkunindikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq stickeruffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali

▼M20

B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21,l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikawl-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq,għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit lil-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġimistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa

▼B

b) 

Għal taħlit ta’ żerriegħa

1. 

“Taħlit …” (speċi) ►M20  jew varjetajiet ◄

2. 

L-awtorità responsabbli għas-siġillar u l-Istat Membru

▼M40

2a. 

Numru serjali assenjat uffiċjalment

▼B

3. 

Numru tar-referenza tal-lott

▼M9

3a. 

ix-xahar u s-sena tas-siġillar espressi hekk: “issiġillat …”(is-sena u x-xahar)

▼B

4. 

Speċi, kategorija, varjeta, pajjiż tal-produzzjoni u l-proporzjon bil-piż ta’ kull ►M20  parti l-ismijiettal-ipeċji u tal-varjetajiet għandhom jiġu għall-anqas indikatib’karattri Rumani ◄

▼M4

5. 

Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjaratta’ qmugħ

▼M6

6. 

Grannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidioħrajn huma użati n-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattivitàapprossimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali

▼M7

7. 

Fejn mill-anqas il-ġelbien tal-komponenti kollha tattaħlitakienu ttestjati mill-ġdid, il-kliem ittestjat millġdid...“(ix-xahar u s-sena)” u s-servizz responsabbli mittalittestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjonitista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mattikkettauffiċjali

▼M12

8. 

“Tqegħid fis-suq permissibli esklussivament fl-...” (LIstatMembru kkonċernat).

▼B

B.   Qisien minimi

110 × 67 mm

▼M20




ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhix finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A.   It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta

— 
l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

▼M40

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼M20

— 
l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,
— 
il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma “komponent”,
— 
il-kategorija,
— 
fil-każ ta’ varjetajiet ibridi l-kelma “ibrida”:
— 
il-piż nett jew gross iddikjarat,
— 
il-kelmiet “żerriegħa mhux finalment iċċertfikata”.

B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ din l-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B.   Il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ.   It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

— 
l-awtorità li toħroġ id-dokument,

▼M40

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼M20

— 
l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,
— 
il-kategorija,
— 
in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,
— 
il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott,
— 
il-medda tal-art kultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,
— 
il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numri tal-pakketti,
— 
in-numru ta’ ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,
— 
ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa,
— 
fejn xieraq, ir-riżultat tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa.



( 1 ) ĠU L 252, tat-28.9.1994, pġ. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/441/KE (ĠU L 176, tal-15.7.2000, pġ. 50).

( 2 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p 4).

Top