This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2024J0018
JUDGMENT OF THE COURT of 21 May 2025 in Case E-18/24 – The Norwegian State, represented by the Ministry of Energy v Greenpeace Nordic and Nature and Youth Norway (Environment – Directive 2011/92/EU – Assessment of the effects of projects on the environment – Article 3(1) – Projects covered by Annex I – Extraction of petroleum and natural gas that will be sold to third parties – Principle of sincere cooperation – Requirement to nullify the unlawful consequences of a breach of EEA law)
SENTENZA TAL-QORTI tal-21 ta’ Mejju 2025 fil-Kawża E-18/24 — L-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Enerġija v Greenpeace Nordic u Nature and Youth Norway (Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent — Artikolu 3(1) — Proġetti li jaqgħu taħt l-Anness I — Estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u ta’ gass naturali li se jinbiegħu lil partijiet terzi — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Obbligu li jiġu annullati l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt taż-ŻEE)
SENTENZA TAL-QORTI tal-21 ta’ Mejju 2025 fil-Kawża E-18/24 — L-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Enerġija v Greenpeace Nordic u Nature and Youth Norway (Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent — Artikolu 3(1) — Proġetti li jaqgħu taħt l-Anness I — Estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u ta’ gass naturali li se jinbiegħu lil partijiet terzi — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Obbligu li jiġu annullati l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt taż-ŻEE)
PUB/2025/837
ĠU C, C/2025/6205, 13.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6205/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6205 |
13.11.2025 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-21 ta’ Mejju 2025
fil-Kawża E-18/24
L-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Enerġija v Greenpeace Nordic u Nature and Youth Norway
(Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti tal-proġetti fuq l-ambjent — Artikolu 3(1) — Proġetti li jaqgħu taħt l-Anness I — Estrazzjoni ta’ żejt mhux maħdum u ta’ gass naturali li se jinbiegħu lil partijiet terzi — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Obbligu li jiġu annullati l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt taż-ŻEE)
(C/2025/6205)
Fil-Kawża E-18/24, l-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Enerġija v Greenpeace Nordic u Nature and Youth Norway — TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting (Borgarting lagmannsrett), dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Bernd Hammermann u Michael Reiertsen, Imħallfin, tat sentenza fil-21 ta’ Mejju 2025, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:
|
(1) |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li se jiġu rilaxxati mill-kombustjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali estratti bħala parti minn proġett elenkat fil-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014, u mbagħad mibjugħa lil partijiet terzi, jikkostitwixxu “effetti” ta’ dak il-proġett fis-sens tad-Direttiva. |
|
(2) |
Qorti nazzjonali hija meħtieġa skont l-Artikolu 3 taż-ŻEE, sa fejn ikun possibbli skont il-liġi nazzjonali, li telimina l-konsegwenzi illegali ta’ nuqqas li titwettaq valutazzjoni sħiħa tal-impatt ambjentali meħtieġa skont id-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE. Madankollu, dan ma jipprekludix ir-regolarizzazzjoni permezz tat-twettiq ta’ tali valutazzjoni waqt li l-proġett ikun għaddej jew saħansitra wara li jkun tlesta, bil-kundizzjoni doppja li:
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet ikunux issodisfati fil-proċedimenti prinċipali, fid-dawl tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
(3) |
Qorti nazzjonali ma tistax teżenta b’mod retroattiv mill-obbligu li tivvaluta l-effetti skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6205/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)