Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2022C0010

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 10/22/COL tas-26 ta’ Jannar 2022 li tissupplimenta l-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 [2022/1353]

ĠU L 204, 4.8.2022, pp. 3–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1353/oj

4.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/3


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 10/22/COL

tas-26 ta’ Jannar 2022

li tissupplimenta l-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 [2022/1353]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (EFTA SURVEILLANCE AUTHORITY, “ESA”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b).

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni Nru 156/20/COL, li tintroduċi Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (“il-Linji Gwida tal-ETS tal-ESA”) (1).

Dawn il-Linji Gwida jikkorrispondu għal-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), adottati fil-21 ta’ Settembru 2020, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (“il-Linji Gwida tal-ETS tal-Kummissjoni”) (2).

Fl-24 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tissupplimenta l-Linji Gwida tal-ETS (“is-Supplimenti tal-Linji Gwida tal-ETS tal-Kummissjoni”) (3).

Is-Supplimenti tal-Linji Gwida tal-ETS tal-Kummissjoni huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea (“iż-ŻEE”).

Trid tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-ŻEE kollha kemm hi skont l-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Huwa xieraq li l-Linji Gwida tal-ETS tal-ESA jiġu ssupplimentati f’konformità mas-Supplimenti tal-Linji Gwida tal-ETS tal-Kummissjoni (4).

Dawn is-supplimenti għal-Linji Gwida tal-ETS tal-ESA jipprovdu fatturi għall-kalkolu tal-ammonti ta’ kumpens għall-ispejjeż indiretti mġarrba mill-benefiċjarji mill-2021 u jikkostitwixxu f’elementi importanti biex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-miżuri ta’ għajnuna mogħtija skont il-Linji Gwida tal-ETS u huma għalhekk, f’konformità mal-paragrafu 65 tal-Linji Gwida tal-ETS tal-ESA, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

Skont il-paragrafu II taħt l-intestatura “ĠENERALI” tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-ESA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni.

Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

1.   L-ESA qed tintroduċi Supplimenti tal-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021. Is-Supplimenti huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.

2.   L-ESA tapplika s-Supplimenti għal-Linji Gwida tagħha tal-ETS b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2022.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Arne RØKSUND

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Stefan BARRIGA

Membru tal-Kulleġġ

Árni Páll ÁRNASON

Membru tal-Kulleġġ

Melpo-Menie JOSÉPHIDÈS

Kontrofirmatarju bħala Direttur,

Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 156/20/COL tas-16 ta’ Diċembru 2020 li tadotta Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 [2021/604] (ĠU L 130, 15.4.2021, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 15.4.2021, p. 3).

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (ĠU C 317, 25.9.2020, p. 5).

(3)  C(2021) 8413 finali Is-Supplimenti tal-Linji Gwida tal-ETS tal-Kummissjoni għadhom ma ġewx ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Id-Dokument Nru 1254304.


ANNESS

Supplimenti tal-linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021

Il-Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2021 (1) huma supplimentati kif ġej:

(1)

fil-punt 15, numru 15, iċ-ċifra “80” tiddaħħal minflok l-indikazzjoni “[…]”, u jiżdiedu żewġ paragrafi, biex il-kliem attwali ta’ din id-definizzjoni jkun jista’ jinqara kif ġej:

“(15)

‘parametru referenzjarju ta’ riżerva għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità’ tfisser 80 fil-mija tal-konsum reali tal-elettriċità, determinat mid-deċiżjoni tal-ESA flimkien mal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità. Dan jikkorrispondi għall-isforz ta’ tnaqqis medju impost mill-applikazzjoni tal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità (parametru referenzjarju għall-konsum tal-elettriċità/konsum medju tal-elettriċità). Dan jiġi applikat għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt is-setturi eliġibbli, iżda li għalihom parametru referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ma jkunx iddefinit.

Il-parametru referenzjarju ta’ riżerva għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità għandu jitnaqqas (mis-sena t = 2022) b’1,09 % fuq bażi annwali, skont il-formula stabbilita fl-Anness II taħt “Parametri referenzjarji tal-effiċjenza aġġornati għal ċerti prodotti msemmija fl-Anness I”.”

(2)

fil-punt 28(b), id-deskrizzjoni tal-fattur Ct użat fil-formula hija ssupplimentata, biex il-kliem attwali ta’ dan il-punt jinqara kif ġej:

“(b)

Meta l-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità elenkati fl-Anness II ma jkunux applikabbli għall-prodotti mmanifatturati mill-benefiċjarju, l-għajnuna massima li tista’ titħallas għal kull installazzjoni għall-ispejjeż imġarrba fis-sena t tammonta għal:

Amaxt = Ai × Ct × Pt-1 × EF × AECt

F’din il-formula, Ai hija l-intensità tal-għajnuna, espressa bħala frazzjoni (pereżempju 0,75); Ct huwa l-fattur tal-emissjoni tas-CO2 applikabbli jew il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ibbażat fuq is-suq (tCO2/MWh) (fis-sena t); Pt-1 huwa l-prezz forward tal-EUA fis-sena t-1 (EUR/tCO2); EF huwa l-parametru referenzjarju ta’ riżerva għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità kif iddefinit fil-punt 15 numru 15; u AEC huwa l-konsum reali tal-elettriċità (MWh) fis-sena t.”

(3)

fit-Tabella fl-Anness I, id-deskrizzjoni tas-settur kopert bil-kodiċi 20.16.40.15 tan-NACE hija kkompletata/supplimentata, biex il-kliem attwali ta’ din id-deskrizzjoni jinqara kif ġej:

“Gliċoli tal-polietilen u alkoħoli polieteri oħrajn, f’forom primarji”

(4)

jiddaħħal l-Anness II li ġej:

“ANNESS II

Parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità u rati annwali ta’ tnaqqis għall-prodotti msemmija fl-Anness I

—    Parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità għall-prodotti msemmija fl-Anness I bi skambjabbiltà tal-fuel u tal-elettriċità:

Prodotti li għalihom ġiet stabbilita l-possibbiltà ta’ skambju tal-fuel u tal-elettriċità fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fl-Anness I stabbilixxa li fir-rigward ta’ xi proċessi tal-produzzjoni hemm sostitwibbiltà bejn fuel u elettriċità. Għal dawn il-prodotti, mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit parametru referenzjarju fuq il-bażi ta’ MWh/t ta’ prodott. Minflok, il-kurvi speċifiċi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li joħorġu għall-emissjonijiet diretti jkunu l-punti tat-tluq. Għal dawn il-prodotti, il-parametri referenzjarji ta’ prodotti ġew iddeterminati fuq il-bażi tas-somma tal-emissjonijiet diretti (minn enerġija u emissjonijiet minn proċess), kif ukoll emissjonijiet indiretti li jirriżultaw mill-użu tal-inter-skambjalità tal-elettriċità.

F’dawn il-każijiet, il-fattur “E” fil-formula għall-kalkolu tal-ammont massimu ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 28(a) ta’ dawn il-Linji Gwida għandha tinbidel bit-test li jsegwi terminu li jikkonverti parametru referenzjarju ta’ prodott skont ir-Regolament Delegat 2019/331 f’parametru referenzjarju tal-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità fuq il-bażi ta’ medja Ewropea tal-fattur ta’ intensità tal-emissjoni ta’ 0,376 tCO2/MWh:

Il-parametru referenzjarju eżistenti ta’ prodott mill-Anness Taqsima 2 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 (*1) (f’tCO2/t) × is-sehem tal-emissjonijiet indiretti rilevanti għall-perjodu ta’ referenza (%)/0,376 (tCO2/MWh).

Il-valur tal-parametri referenzjarji tal-effiċjenza għal prodotti bi skambjabbiltà ta’ fuel u elettriċità li għandhom jiġu applikati fil-perjodu 2021 - 2025 jista’ jinstab fir-Regolament (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

—    Valuri referenzjarji tal-effiċjenza għall-prodotti msemmija fl-Anness I li mhumiex elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness

Il-parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità kif definit fil-punt 15 numru 15 ta’ dawn il-Linji Gwida huwa applikabbli għall-prodotti eliġibbli kollha msemmija fl-Anness I li għalihom mhuwiex definit valur referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità.

—    Parametri referenzjarji aġġornati tal-effiċjenza għal ċerti prodotti msemmija fl-Anness I

It-Tabella 1 telenka l-valuri referenzjarji li għandhom jintużaw bħala punt tat-tluq għad-determinazzjoni tal-valur referenzjarju tal-effiċjenza applikabbli għal sena speċifika, filwaqt li titqies ir-rata ta’ tnaqqis annwali korrispondenti.

Din ir-rata annwali ta’ tnaqqis tiddeskrivi b’kemm il-punti ta’ riferiment se jitnaqqsu awtomatikament kull sena. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-Tabella 1, il-parametri referenzjarji kollha tal-effiċjenza (inkluż il-“parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità”) għandhom jitnaqqsu (mis-sena t = 2022) b’1,09 % fuq bażi annwali, skont il-formula li ġejja:

parametru referenzjarju tal-effiċjenza applikabbli fi (sena t) = valur referenzjarju fl-2021 × (1 + rata ta’ tnaqqis annwali) ^ (sena t - 2021)

Tabella 1

Parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriċità għal ċerti prodotti msemmija fl-Anness I

NACE4

Il-parametru referenzjarju ta’ prodott

Valur tal-parametru referenzjarju fl-2021

Unità ta’ parametru referenzjarju

Unità tal-produzzjoni

Rata annwali ta’ tnaqqis [%]

Definizzjoni tal-prodott

Proċessi koperti skont il-parametru referenzjarju tal-prodott

Kodiċi rilevanti tal-Prodcom

Deskrizzjoni

17.11

Polpa kimika tal-injam.

0,904

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ polpa kimika tal-injam

1,09

Polpa kimika tal-injam, gradi li jdubu

Il-proċess kollu marbut direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-polpa kimika, inkluż it-tnixxif, il-ħasil u l-iskrinjar, u l-ibbliċjar

17.11.11.00

Polpa kimika tal-injam, gradi li jdubu

17.11

Polpa kimika tal-injam.

0,329

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ polpa kimika tal-injam

1,09

Polpa kimika tal-injam, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu

17.11.12.00

Polpa kimika tal-injam, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu

17.11

Polpa kimika tal-injam.

0,443

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ polpa kimika tal-injam

1,09

Polpa kimika tal-injam, sulfit, ħlief gradi li jdubu

17.11.13.00

Polpa kimika tal-injam, sulfit, ħlief gradi li jdubu

17.11

Polpa semikimika tal-injam

0,443

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ polpa semikimika tal-injam;

1,09

Polpa semikimika tal-injam

17.11.14.00

Polpa mekkanika tal-injam; polpa semikimika tal-injam; polpi ta’ materjal fibruż ċellulożiku għajr injam

17.11

Polpa mekkanika

Approċċ ta’ riżerva

1,09

Polpa mekkanika

Il-proċessi kollha marbutin direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-polpa mekkanika, inkluż it-trattament, l-irfinar, il-ħasil, l-ibbliċjar, l-irkupru bis-sħana tal-injam

17.11

Karta rkuprata

0,260

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ karta rkuprata

1,09

Karta rkuprata

Il-proċess kollu huwa direttament jew indirettament marbut mal-produzzjoni tal-karta rkuprata, inkluż it-tħaxxin u t-tixrid, u l-ibbliċjar

17.11

Karta rkuprata mnaddfa mil-linka

0,390

MWh/t 90 % sdt

Tunnellata ta’ karta rkuprata mnaddfa mil-linka

1,09

Karta rkuprata mnaddfa mil-linka

17.12

Karta tal-gazzetti

0,801

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karta tal-gazzetti

1,09

Karta tal-gazzetti

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-karta, inkluż ir-raffinar, l-ippressar u t-tnixxif termali

17.12.11.00

Karta tal-gazzetti

17.12

Karta fina mhux miksija

0,645

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karta fina mhux miksija

1,09

Karta fina mhux miksija

17.12.12.00

17.12.13.00

17.12.14.10

17.12.14.35

17.12.14.39

17.12.14.50

17.12.14.70

Karta fina mhux miksija

17.12

Karta fina miksija

0,538

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karta fina miksija

1,09

Karta fina miksija

17.12.73.35

17.12.73.37

17.12.73.60

17.12.73.75

17.12.73.79

17.12.76.00

Karta fina miksija

17.12

Karta tat-tissue

0,925

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karta tat-ttissue

1,09

Karta tat-tissue

17.12.20.30

17.12.20.55

17.12.20.57

17.12.20.90

Karta tat-tissue

17.12

It-testliner u l-kartun tal-fluting

0,260

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karta

1,09

It-testliner u l-kartun tal-fluting

17.12.33.00

17.12.34.00

17.12.35.20

17.12.35.40

It-testliner u l-kartun tal-fluting

17.12

Kartun mhux miksi

0,268

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ kartun

1,09

Kartun mhux miksi

17.12.31.00

17.12.32.00

17.12.42.60

17.12.42.80

17.12.51.10

17.12.59.10

Kartun mhux miksi

17.12

Kartun miksi

0,403

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ kartun

1,09

Kartun miksi

17.12.75.00

17.12.77.55

17.12.77.59

17.12.78.20

17.12.78.50

17.12.79.53

17.12.79.55

Kartun miksi

20.13

Aċidu tal-kubrit

0,056

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ aċidu sulfuriku

1,09

Aċidu sulfuriku; oleu

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ aċidu sulfuriku

20.13.24.34

Aċidu sulfuriku; oleu

20.13

Klorur

1,846

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ klorur

1,09

Klorur

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-unità tal-elettroliżi, inklużi awżiljarji

20.13.21.11

Klorur

20.13

Siliċju

11,87

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ siliċju

1,09

Siliċju. B’kontentut skont il-piż mhux anqass minn 99,99 % ta’ siliċju

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ siliċju

20.13.21.70

Siliċju. B’kontentut skont il-piż mhux anqass minn 99,99 % ta’ siliċju

20.13

Siliċju

60

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ siliċju

1,09

Siliċju. Li fih piż mhux anqas minn 99,99 % ta’ siliċju

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-forn inklużi awżiljarji

20.13.21.60

Siliċju. Li fih piż mhux anqas minn 99,99 % ta’ siliċju

20.13

Carbur tas-siliċju

6,2

MWh/t tal-prodott

Tunnellata ta’ karbur tas-siliċju

1,09

Siliċju. Karburi tas-siliċju, definiti kimikament jew le

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ karbur tas-siliċju

20.13.64.10

Siliċju. Karburi tas-siliċju, definiti kimikament jew le

24.10

Azzar tal-ossiġnu bażiku

0,03385

MWh/t tal-prodott

Tunnellata tal-azzar mhux raffinat (fondut)

0,60

Azzar grezz: azzar mhux liga prodott bi proċessi oħra għajr fi fran qawwija elettriċi

Metallurġija sekondarja, installazzjonijiet ta’ tisħin minn qabel ta’ materjali refrattarji, awżiljarji u intallazzjonijiet tal-ikkastjar sal-punt tal-limitu ta’ prodotti tal-azzar mhux maħdum

24.10.T1.22

Azzar grezz: azzar mhux liga prodott bi proċessi oħra għajr fi fran qawwija elettriċi

24.10

Azzar grezz: azzar liga għajr azzar inossidabbli prodott bi proċessi oħra għajr fi fran qawwija elettriċi

24.10.T1.32

Azzar grezz: azzar liga għajr azzar inossidabbli prodott bi proċessi oħra għajr fi fran qawwija elettriċi

24.10

Azzar grezz: azzar inossidabbli u azzar reżistenti għas-sħana prodott bi proċessi oħra minbarra fi fran qawwija elettriċi

24.12.T1.42

Azzar grezz: azzar inossidabbli u azzar reżistenti għas-sħana prodott bi proċessi oħra minbarra fi fran qawwija elettriċi

24.10

Ferromanganiż

2,2

MWh/t tal-prodott

Ferromanganiż li, skont il-piż, fih ≤ 2 % ta’ karbonju

2,03

Ferromanganiż li, skont il-piż, fih > 2 % karbonju, bi granulometrija < = 5 mm u b’kontenut ta’ manganiż skont il-piż ta’ > 65 %

 

24.10.12.10

Ferromanganiż li, skont il-piż, fih > 2 % karbonju, bi granulometrija < = 5 mm u b’kontenut ta’ manganiż skont il-piż ta’ > 65 %

24.10

Ferromanganiż li, skont il-piż, fih ≤ 2 % ta’ karbonju

Ferromanganiż ieħor li, skont il-piż, fih > 2 % karbonju (eskluż ferromanganiż bi granulometrija < = 5 mm u b’kontenut ta’ manganiż skont il-piż ta’ > 65 %)

 

24.10.12.20

Ferromanganiż ieħor li, skont il-piż, fih > 2 % karbonju (eskluż ferromanganiż bi granulometrija < = 5 mm u b’kontenut ta’ manganiż skont il-piż ta’ > 65 %)

24.10

Ferromanganiż

1,4

MWh/t tal-prodott

Ferromanganiż li, skont il-piż, fih inqas minn 2 % ta’ karbonju

1,09

Ferromanganiż ieħor li, skont il-piż, fih inqas jew daqs 2 % ta’ karbonju

 

24.10.12.25

Ferromanganiż ieħor li, skont il-piż, fih inqas jew daqs 2 % ta’ karbonju

24.10

Ferrosiliċju

8,54

MWh/t tal-prodott

Ferrosiliċju, li skont il-piż fih > 55 % ta’ siliċju

1,09

Ferrosiliċju, li skont il-piż fih > 55 % ta’ siliċju

 

24.10.12.35

Ferrosiliċju, li skont il-piż fih > 55 % ta’ siliċju

24.10

Ferrosiliċju

Approċċ ta’ riżerva

1,09

 

 

24.10.12.36

Ferrosiliċju, li skont il-piż fih < = 55 % siliċju u >= 4 % iżda <= 10 % ta’ manjeżju

24.10

Ferronikil

9,28

MWh/t tal-prodott

Ferronikil

1,09

Ferronikil

 

24.10.12.40

Ferronikil

24.10

Ferrosilikomanganiż

3,419

MWh/t tal-prodott

Ferrosilikomanganiż

1,12

Ferrosilikomanganiż

 

24.10.12.45

Ferrosilikomanganiż

24.42

Aluminju primarju

13,90

MWh/t tal-prodott

Aluminju mhux illigat mhux maħdum

0,25

Aluminju mhux illigat mhux maħdum mill-elettroliżi

Aluminju mhux illigat mhux maħdum mill-elettroliżi, inklużi unitajiet ta’ kontroll tat-tniġġis, proċessi awżiljarji u l-impjant ta’ kkastjar. Jinkludu wkoll impjant anodiku (qabel il-ħami). Fil-każ li anodi jkunu pprovduti minn impjant wieħed fl-UE, jenħtieġ li dan l-impjant ma jiġix ikkumpensat. Fil-każ ta’ anodi prodott barra l-UE, tista’ tiġi applikata korrezzjoni.

24.42.11.30

Aluminju mhux liga mhux forġat (eskluż trab u fjokki)

24.42.11.53

Ligi tal-aluminju mhux maħdum fil-forma primarja (minbarra trab u biċċiet tal-aluminju)

24.42.11.54

Ligi tal-aluminju mhux forġati (eskluż trab u fjokki tal-aluminju)

24.42

Alumina (irfinar)

0,20

MWh/t tal-prodott

allumina

1,11

 

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ alumina

24.42.12.00

Ossidu tal-aluminju (eskluż korundum artifiċjali)

24.43

Elettroliżi taż-żingu

3,994

MWh/t tal-prodott

żingu

0,01

Żingu primarju

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament relatati mal-unità tal-elettroliżi taż-żingu inklużi awżiljarji

24.43.12.30

Żingu mhux liga mhux forġat (esklużi għabra, trab u fjokki taż-żingu)

24.43.12.50

Ligi taż-żingu mhux forġat (esklużi għabra, trab u fjokki taż-żingu)

24.44

Ram mhux maħdum irfinut

0,31

MWh/t tal-prodott

Katodi tar-ram

1,09

Katodi tar-ram

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-proċess ta’ raffinar elettrolitiku, inkluż l-ikkastjar anodiku fil-post fejn xieraq

24.44.13.30

Ram mhux liga mhux maħdum raffinat (esklużi prodotti sinterizzati laminati, estrużi jew forġati)

(5)

fl-Anness III, id-data numerika tiddaħħal fit-tielet kolonna tat-tabella, biex il-kliem attwali ta’ dan l-Anness jinqara kif ġej:

ANNESS III

Fatturi tal-emissjonijiet massimi reġjonali tas-CO2 f’żoni ġeografiċi differenti  (*) (tCO2/MWh)

Żoni

 

Fattur applikabbli tal-emissjoni tas-CO2

L-Adrijatiku

Il-Kroazja, is-Slovenja

0,69

Iberia

Spanja, il-Portugal

0,53

Il-Baltiku

Il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja

0,75

L-Ewropa tal-Punent Ċentrali

L-Awstrija, il-Ġermanja, il-Lussemburgu

0,72

In-Nordiku

L-Iżvezja, il-Finlandja

0,58

Ir-Repubblika Ċeka - is-Slovakkja

Iċ-Ċekja, is-Slovakkja

0,85

Il-Belġju

 

0,36

Il-Bulgarija

 

0,98

Id-Danimarka

 

0,52

L-Irlanda

 

0,49

Il-Greċja

 

0,73

Franza

 

0,44

L-Iżlanda  (*1)

 

(…)

L-Italja

 

0,46

Ċipru

 

0,70

L-Ungerija

 

0,58

Malta

 

0,40

In-Netherlands

 

0,45

In-Norveġja  (*2)

 

(…)

Il-Polonja

 

0,81

Ir-Rumanija

 

0,96


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 156/20/COL tas-16 ta’ Diċembru 2020 li tadotta Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 [2021/604] (ĠU L 130, 15.4.2021, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 15.4.2021, p. 3).

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29) Ir-Regolament 2021/447 huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE fil-punt 21alo tal-Anness XX mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2021 (għadha mhijiex ippubblikata).

(*)  Iż-żona ġeografika għal-Liechtenstein u l-fattur applikabbli tal-emissjoni tas-CO2 jiġu stabbiliti fi stadju aktar tard.

(*1)  Il-fattur applikabbli tal-emissjoni tas-CO2 għall-Iżlanda jiġi stabbilit fi stadju aktar tard.

(*2)  Il-fattur applikabbli tal-emissjoni tas-CO2 għan-Norveġja jiġi stabbilit fi stadju aktar tard.”


Top