This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2013P0003
Request for an Advisory Opinion from the EFTA Court by Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, dated 13 March 2013 , in the case of Fred Olsen and others v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter (Case E-3/13)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, bid-data t- 13 ta' Marzu 2013 , fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter (Kawża E-3/13)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, bid-data t- 13 ta' Marzu 2013 , fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter (Kawża E-3/13)
ĠU C 270, 19.9.2013, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/8 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter, bid-data t-13 ta' Marzu 2013, fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter
(Kawża E-3/13)
2013/C 270/06
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA b'ittra tat-13 ta' Marzu 2013 minn Skatteklagenemnda ved Sentralskattekontoret for storbedrifter (il-Bord tal-Appelli tal-Uffiċċju Ċentrali tat-Tassazzjoni għall-Impriżi Kbar), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fit-18 ta' Marzu 2013, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta' Fred Olsen u oħrajn v Staten v/Sentralskattekontoret for storbedrifter, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
(1) |
It-trusts bħala forma ta’ stabbiliment jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà tal-istabbiliment kif previst fl-Artikolu 31 ŻEE? Mistoqsija supplimentari: Jekk iva, min għandu d-drittijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE? |
|
(2) |
Jekk l-ewwel mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Trust jissodisfa r-rekwiżit ta’ attività ekonomika previst fl-Artikolu 31 ŻEE? |
|
(3) |
Jekk l-ewwel mistoqsija ewlenija hija mwieġba fin-negattiv: Trust jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għall-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 40 ŻEE? |
|
(4) |
Jekk l-ewwel jew it-tielet mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Ir-regoli Norveġiżi tas-CFC jinvolvu restrizzjoni waħda jew aktar fuq il-libertà tal-istabbiliment jew id-dritt għall-moviment liberu tal-kapital? |
|
(5) |
Jekk ir-raba' mistoqsija ewlenija hija mwieġba fl-affermattiv: Ir-restrizzjoni tista' titqies li tkun ġustifikata għar-raġunijiet ta' interess pubbliku li jieħu preċedenza, u r-restrizzjoni hija proporzjonata? |