EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010C0034

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 34/10/COL tat- 3 ta' Frar 2010 li temenda, għad-79 darba, ir-regoli ta' proċedura u ta' sustanza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'relazzjoni mal-implimentazzjoni veloċi tan-netwerks bil-broadband

ĠU L 325, 8.12.2011, p. 46–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/34(1)/oj

8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/46


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 34/10/COL

tat-3 ta' Frar 2010

li temenda, għad-79 darba, ir-regoli ta' proċedura u ta' sustanza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'relazzjoni mal-implimentazzjoni veloċi tan-netwerks bil-broadband

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

Billi:

Taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jipprovdu espressament jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li huwa meħtieġ,

Ir-Regoli Proċedurali u ta’ Sustanza fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (4),

Fit-30 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Kummissjoni) ippubblikat Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji Gwida Komunitarji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'relazzjoni mal-implimentazzjoni veloċi tan-netwerks bil-broadband (5),

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea:

L-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tiġi żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

Skont il-punt II taħt l-intestatura "ĠENERALI" fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti ekwivalenti ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni,

L-Awtorità kkonsultat mal-Kummissjoni u l-Istati tal-EFTA permezz ta' ittri ddatati 22 ta' Jannar 2010 dwar is-suġġett (Avveniment Nri 543740, 543741 u 543742).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi introdott Kapitolu ġdid dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'relazzjoni mal-implimentazzjoni veloċi tan-netwerks bil-broadband. Il-Kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32 3.9.1994 p.1, kif emendat (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”). Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websjat tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines.

(5)  ĠU L 235, 30.9.2009, p. 7.


ANNESS

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT B'RELAZZJONI MAL-IMPLIMENTAZZJONI VELOĊI TAN-NETWERKS BIL-BROADBAND  (1)

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Il-konnettività mal-broadband hija komponent ewlieni għall-iżvilupp, l-adozzjoni u l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (minn hawn ’il quddiem msejħa TIK) fl-ekonomija u fis-soċjetà. Il-broadband għandu importanza strateġika minħabba l-kapaċità tiegħu li jħaffef il-kontribut ta' dawn it-teknoloġiji għat-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali. B'konformità mal-Istrateġija ta' Liżbona u komunikazzjonijiet sussegwenti (2) il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejħa l-Kummissjoni), l-Awtorità tappoġġa wkoll id-disponibbiltà wiesgħa tas-servizzi broadband għaċ-ċittadini Ewropej kollha.

(2)

Wieħed għandu jfakkar li fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat – Inqas għajnuna mill-Istat, u immirata aħjar: pjan direzzjonali għar-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009  (3), il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu, f'ċerti kundizzjonijiet, iservu bħala għodod effettivi għall-kisba ta' għanijiet ta' interess komuni. B'mod partikolarit, l-għajnuna mill-Istat tista' tikkoreġi nuqqasijiet tas-suq, biex b'hekk ittejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq u tkattar il-kompetittività. Barra minn hekk, fejn is-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma fejn dawn jiġu kkunsidrati bħala mhux sodisfaċenti mil-lenti tal-politika dwar il-koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ġust. B'mod partikolari, intervent immirat sew mill-Istat fil-qasam tal-broadband jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-“qasma diġitali (4) li tifred inħawi jew reġjuni f'pajjiż fejn jiġu offruti servizzi tal-broadband kompetittivi u bi prezzijiet konvenjenti minn inħawi fejn wieħed ma jsibx dawn is-servizzi.

(3)

Fl-istess ħin, wieħed għandu jiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma toqtolx l-inizjattiva tas-suq fis-settur tal-broadband. Jekk l-għajnuna mill-Istat għall-broadband tintuża f'oqsma fejn l-operaturi tas-suq normalment jagħżlu li jinvestu jew diġà investew, dan jista' jaffettwa l-investimenti li jkunu diġà saru mill-operaturi tal-broadband bil-kundizzjonijiet tas-suq u jista' jimmina b'mod sinifikanti qabel xejn l-inċentivi tal-operaturi tas-suq biex jinvestu fil-broadband. F'każijiet bħal dawn, l-għajnuna mill-Istat għall-broadband tista' tispiċċa kontroproduttiva għall-mira li wieħed ikun jixtieq jilħaq. L-għan ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-broadband huwa li jiġi żgurat li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat jissarrfu f'livell ogħla ta' kopertura u penetrazzjoni tal-broadband, jew f'rata aktar mgħaġġla, milli kien ikun il-każ mingħajr l-għajnuna, u li jiġi żgurat li l-effetti tajbin tal-għajnuna jegħlbu l-effetti ħżiena tagħha f'termini ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(4)

Wieħed għandu jfakkar li l-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika jittratta wkoll kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-broadband (5). B'hekk, is-swieq tal-broadband bl-ingrossa s'issa huma suġġetti għal regolazzjoni ex ante fl-Istati tal-EFTA kollha (6). Rigward dan, ittieħdu numru ta' inizzjattivi li jimmiraw biex jindirizzaw l-isfidi l-ġodda li jqajmu n-netwerks għall-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (minn hawn ’il quddiem msejħa NGA) (7) minn aspett regolatorju, partikolarment rigward kwistjonijiet ta' aċċess (8).

(5)

Il-Kapitolu preżenti jelenka l-politika tal-Awtorità meta tiġi biex tapplika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE għal miżuri li jsostnu l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband tradizzjonali, abbażi l-prattika deċiżjonali attwali tal-Kummissjoni (Taqsima 2) u wkoll jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-evalwazzjoni ta' miżuri li jkollhom l-għan li jħeġġu u jsostnu l-introduzzjoni ta' malajr u opportuna tan-netwerks tat-tip NGA (Taqsima 3).

(6)

L-Awtorità se tapplika l-linji gwida mniżżla f'dan il-Kapitolu fl-evalwazzjoni ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband, u b'hekk tkabbar iċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-prattika deċiżjonali tagħha.

2.   IL-POLITIKA TAL-AWTORITÀ DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦALL-PROĠETTI TAL-BROADBAND

2.1.   L-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

(7)

Fil-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni ħadet pożizzjoni favorevoli rigward miżuri statali għall-implimentazzjoni tal-broadband għal inħawi rurali u mhux moqdijin tajjeb, filwaqt li kienet aktar kritika fejn jidħlu miżuri ta' għajnuna f'inħawi fejn diġà teżisti infrastruttura tal-broadband u diġà hemm il-kompetizzjoni. Fejn l-intervent mill-Istat, biex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-broadband, jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonalment tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem msejjaħ TFUE), ekwivalenti għall-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, s'issa l-kompatibbiltà tiegħu ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni prinċipalment taħt l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, ekwivalenti għall-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-politika tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fejn jidħlu miżuri statali biex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tan-netwerks tal-broadband hija mqassra fit-Taqsimiet 2.2 u 2.3 hawn taħt.

2.2.   Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jaqra: Preżenza ta' għajnuna

(8)

Skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, “kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, minn Stati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta’ dan il-Ftehim”. Minn dan jirriżulta li sabiex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-miżura trid tingħata mir-riżorsi mill-Istat,

(b)

trid tagħti vantaġġ ekonomiku lil impriżi,

(c)

il-vantaġġ irid ikun selettiv u ta' distorsjoni jew jhedded li jagħmel distorsjoni tal-kompetizzjoni,

(d)

il-miżura trid tolqot lill-kummerċ fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(9)

Is-sostenn pubbliku tal-proġetti tal-broadband bosta drabi jinvolvi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (9).

(10)

L-ewwel nett, il-miżuri tipikament ikunu jinvolvu r-riżorsi mill-Istat, (ngħidu aħna, fejn l-Istat isostni proġetti tal-broadband permezz ta' sussidji, tnaqqis tat-taxxi jew tipi oħra ta' kundizzjonijiet preferenzjali ta' finanzjament) (10).

(11)

It-tieni, fejn jidħol is-sostenn mogħti għal attività ekonomika, miżuri statali li jsostnu proġetti tal-implimentazzjoni tal-broadband s-soltu jindirizzaw it-twettiq ta' attività ekonomika (bħall-bini, it-tħaddim, u l-għoti tal-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband inklużi l-faċilitajiet backhaul u t-tagħmir ta' mal-art, bħal dawk fissi, terrestri mingħajr fil, bl-użu ta' satellita, jew taħlita ta' dawn). Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali fejn in-netwerk iffinanzjat b'dan il-mod ma jintużax għal skopijiet kummerċjali (eżempju, jekk in-netwerk jipprovdi aċċess għall-broadband biss lil websajts, servizzi u tagħrif li ma jkunux kummerċjali) (11), tali intervent mill-Istat ma jkunx jinvolvi l-għotja ta' vantaġġ ekonomiku lil impriżi, u konsegwentement ma tkunx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(12)

It-tielet, fir-rigward tal-għoti ta' vantaġġ, l-għajnuna s-soltu tingħata direttament lill-investituri (12) tan-netwerk, li fil-biċċa l-kbira tal-każi jintgħażlu permezz ta' sejħa miftuħa għall-offerti (13). Filwaqt li l-użu ta' sejħa għall-offerti jiżgura li kwalunkwe għajnuna tkun limitata għall-ammont minimu meħtieġ għall-proġett partikulari, is-sostenn finanzjarju jista' jippermetti lill-appaltatur li jirnexxi jwettaq attività kummerċjali b'kundizzjonijiet li, kieku, ma kinux ikunu disponibbli fis-suq. Benefiċjarji indiretti jistgħu jinkludu operaturi terzi li jiksbu aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura li tkun inbniet b'dan il-mod, kif ukoll negozji li jitqabbdu mal-broadband b'termini u kundizzjonijiet li ma japplikawx mingħajr l-intervent mill-Istat (14).

(13)

Ir-raba', fir-rigward tal-kriterju tas-selettività, miżuri statali li jsostnu l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband huma min-natura tagħhom selettivi minħabba li jimmiraw għal impriżi li huma attivi biss f'ċerti reġjuni jew f'ċerti partijiet tas-suq ġenerali tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Barra minn hekk, rigward id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-intervent mill-Istat għandu t-tendenza li jibdel il-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq, b'mod li għadd ta' ditti jagħżlu li jinqdew bis-servizzi pprovduti mill-fornituri magħżula minflok bis-soluzzjonijiet alternattivi msejsa fuq is-suq li jkunu aktar għaljin (15). Għalhekk, il-fatt innifsu li servizz tal-broadband jsir disponibbli, jew jekk ikun offrut bi prezz orħos milli kien ikun il-każ kieku ma kienx hemm l-intervent mill-Istat, ikollu effett ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, is-sostenn għall-broadband jista' jnaqqas il-possibbiltá ta' qligħ u jaqta' barra l-investiment mill-parteċipanti tas-suq li, f'sitwazzjoni differenti, kienu jkunu lesti jinvestu fl-inħawi li għaliha jkun immirat is-sostenn, jew f'partijiet minnha.

(14)

Fl-aħħar nett, safejn l-intervent mill-Istat jista' jaffettwa lill-fornituri tas-servizzi minn Stati taż-ŻEE oħrajn, ikollu wkoll effett fuq il-kummerċ ladarba s-swieq għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (inklużi s-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tal-broadband) huma miftuħin għall-kompetizzjoni bejn l-operaturi u l-fornituri tas-servizz (16).

2.2.1.   L-assenza ta' għajnuna: l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq

(15)

Fejn l-Istat isostni l-introduzzjoni tal-broadband permezz ta' partecipazzjoni azzjonarja jew injezzjoni ta' kapital fil-kumpanija li tkun se twettaq il-proġett, jinħtieġ li ssir evalwazzjoni dwar jekk dan l-investiment ikunx jinvolvi għajnuna mill-Istat. Skont il-prinċipju tat-trattament ugwali jirriżulta li l-kapital imqiegħed mill-Istat, direttament jew indirettament, għad-dispożizzjoni ta' impriża f'ċirkustanzi li jikkorrispondu għal kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat.

(16)

Meta l-parteċipazzjoni azzjonarja jew l-injezzjoni ta' kapital minn investitur pubbliku ma tagħtix biżżejjed prospetti ta' possibbiltà ta' qligħ, lanqas fuq medda twila ta' żmien, tali intervent għandu jiġi kkunsidrat bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, u l-kompatibbiltà tiegħu mas-suq komuni għandha tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-kriterji preskritti f'dik id-dispożizzjoni (17).

(17)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat fl-ekonomija tas-suq fil-qasam tal-broadband fid-deċiżjoni tagħha ta' Amsterdam (18). Kif enfasizzat f'din id-deċiżjoni, il-konformità ta' investiment pubbliku mat-termini tas-suq trid tintwera bl-akbar reqqa u b'mod komprensiv, jew permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti ta' investituri privati jew inkella permezz tal-eżistenza ta' pjan għaqli tan-negozju li juri redditu adegwat fuq l-investiment. Fejn fil-proġett jieħdu sehem investituri privati, hija kundizzjoni sine qua non li jkunu jridu jassumu r-riskju kummerċjali marbut mal-investiment bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-investitur pubbliku.

2.2.2.   L-assenza ta' għajnuna: Kumpens għal servizzi pubbliċi u l-kriterji ta' Altmark

(18)

F'ċerti każi, l-Istati tal-EFTA jistgħu jikkunsidraw li l-forniment ta' netwerk tal-broadband għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (minn issa ’il quddiem imsejjaħ SIEĠ) skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE (19).

(19)

Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm jiġu sodisfatti erba' kriterji ewlenin (magħrufin komunement bħala l-kriterji Altmark), il-finanzjament mill-Istat għall-forniment ta' SIEĠ jista' jaqa' barra mill-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (20). L-erba' kundizzjonijiet huma: (a) il-benefiċjarju ta' mekkaniżmu ffinanzjat mill-Istat għal SIEĠ irid jiġi fdat formalment bil-fornitura u r-rilaxx ta' SIEĠ, fejn l-obbligi jridu jiġu identifikati b'mod ċar; (b) il-parametri għall-ikkalkular tal-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'metodu oġġettiv u trasparenti, biex jiġi evitat li jagħti vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi l-impriża li qed tirċievi l-finanzjament meta mqabbla ma' kumpaniji li qed jikkompetu; (c) il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, li jkunu ġġarrbu fir-rilaxx tas-SIEĠ, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli biex jiġu rilaxxati dawk l-obbligi; u (d) fejn il-benefiċjarju mhux magħżul skont il-proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens mogħti jrid jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija b'mod tajjeb, setgħat iġġarrab fir-rilaxx ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli.

(20)

F'żewġ deċiżjonijiet (21) rigward miżuri meħuda minn awtoritajiet reġjonali biex jagħtu konċessjoni (sussidjata) għal servizz pubbliku (22) lil operaturi privati għall-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband bażiku f'reġjuni li mhumiex moqdijin tajjeb, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-iskemi ta' sostenn li ġew notifikati kienu konformi mal-erba' kriterji preskritti f'Altmark, u għaldaqstant ma kinux jaqgħu taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE (23). Partikolarment, fiż-żewġ każi, l-appaltatur li ngħata x-xogħol intgħażel fuq il-bażi tal-inqas ammont ta' għajnuna mitluba u l-ammont ta' kumpens li ngħata ġie stabbilit fuq il-bażi ta' kriterji determinati minn qabel u trasparenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza jew riskju ta' kumpens aktar milli kien imiss.

(21)

Bil-maqlub ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kunċett ta' x'inhu SIEĠ u d-dipendenza sussegwenti fuq il-każistika Altmark ma jistgħux jiġu aċċettati fejn il-fornitur la kellu mandat ċar u lanqas kellu xi obbligu li jipprovdi l-aċċess għall-broadband liċ-ċittadini u n-negozji kollha f'inħawi mhux moqdijin tajjeb, u jqabbadhom miegħu, iżda kien aktar orjentat lejn komunikazzjoni bejn negozji (24).

(22)

Barra minn hekk, skont il-każistika, għalkemm l-Istati tal-EFTA għandhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu x'inhu dak li huma jikkunsidraw bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, l-Awtorità teżamina d-definizzjoni ta' tali servizzi minn Stat tal-EFTA f'każ ta' żball evidenti (25). Fi kliem ieħor, għalkemm id-determinazzjoni tan-natura u l-ambitu ta' missjoni ta' SIEĠ taqa' taħt il-kompetenza u s-setgħat diskrezzjonarji tal-Istati tal-EFTA, tali kompetenza la hija bla limiti u lanqas ma tista' tiġi eżerċitata arbitrarjament (26). Partikularment, biex attività tiġi kkunsidrata bħala SIEĠ, irid ikollha karatteristiċi speċjali meta mqabbla ma' attivitajiet ekonomiċi ordinarji (27). F'dan ir-rigward, l-Awtorità se tikkunsidra li f'inħawi fejn investituri privati diġà investew f'infrastruttura ta' netwerk tal-broadband (jew jinsabu fil-proċess li jkomplu jifirxu l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom) u diġà qed ifornu servizzi kompetittivi tal-broadband b’kopertura adegwata tal-broadband, il-ħolqien ta' infrastruttura parallela tal-broadband li tkun kompetittiva u ffinanzjata b'fondi pubbliċi m'għandux jiġi kkunsidrat bħala SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE (28) Fejn, madankollu, ikun jista' jiġi ppruvat li l-investituri privati jistgħu ma jkunux f'qagħda li jipprovdu, fil-ġejjieni qrib (29), kopertura adegwata tal-broadband liċ-ċittadini jew lill-konsumaturi kollha, u b'hekk iħallu biċċa mdaqqsa mill-popolazzjoni mhux imqabbda, jista' jingħata kumpens għal servizz pubbliku lil impriża fdata bit-tmexxija ta' SIEĠ dment li l-kundizzjonijiet iffissati fil-paragrafi 23 sa 27 jiġu sodisfatti. Bħala punt preliminari, wieħed għandu jiġi enfasizzat li l-kunsiderazzjonijiet iffissati f'dawk il-paragrafi huma msejsa fuq l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-broadband u jirriflettu l-esperjenzi miksubin s'issa mill-Kummissjoni f'dan il-qasam. Hekk, il-kundizzjonijiet iffissati f'dawk il-paragrafi, għalkemm mhumiex eżawrijenti, huma indikattivi tal-mod kif taħdem l-Awtorità biex tivvaluta każ b'każ jekk l-attivitajiet inkwistjoni jistgħux jiġu definiti bħala SIEĠ, u jekk il-finanzjament pubbliku mogħti f'dan ir-rigward jikkonformax mar-regoli tat-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE.

(23)

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-ambitu ta' missjoni ta' SIEĠ biex wieħed jiżgura li jkun hemm implimentazzjoni mifruxa ta' infrastruttura tal-broadband, l-Istati tal-EFTA huma mitluba jiddeskrivu r-raġunijiet għaliex jikkunsidraw li s-servizz inkwistjoni, minħabba n-natura speċifika tiegħu, jixraqlu jiġi kkaratterizzat bħala SIEĠ u li jingħażel minn attivitajiet ekonomiċi oħrajn (30). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-missjoni ta' SIEĠ tissodisfa ċerti kriterji minimi komuni għal kull missjoni ta' SIEĠ u juru li dawk il-kriterji huma tabilħaqq sodisfatti fil-każ partikulari.

(24)

Dawn il-kriterji jinkludi, għall-inqas, (a) il-preżenza ta' att tal-awtorità pubblika, li tagħti lill-operatur inkwistjoni r-responsabbilta ta' missjoni ta' SIEĠ u (b) in-natura universali u ta' bilfors ta' dik il-missjoni. Hekk, meta jiġi vvalutat jekk id-definizzjoni ta' SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband ma twassalx għal żball evidenti ta' apprezzament, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-infrastruttura tal-broadband li tkun se titqiegħed għandha tipprovdi konnettività universali għall-konsumaturi kollha f'inħawi partikulari, kemm għall-konsumaturi residenzjali kif ukoll għal dawk tan-negozju. Aktar minn hekk, in-natura ta' bilfors tal-missjoni ta' SIEĠ timplika li l-fornitur tan-netwerk li se jitqiegħed mhux se jkun jista' jirrifjuta l-aċċess għall-infrastruttura fuq bażi diskrezzjonarja u/jew diskriminatorja (għax, ngħidu aħna, jista' ma jkunx jagħmel sens kummerċjali li jipprovdi s-servizzi ta' aċċess f'inħawi partikulari).

(25)

Minħabba l-istat tal-kompetizzjoni li nkiseb minn mindu seħħet il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika fiż-ŻEE, u partikularment il-kompetizzjoni li teżisti llum fis-suq bl-imnut tal-broadband, għandu jkun disponibbli għall-operaturi disponibbli kollha netwerk iffinanzjat pubblikament maħluq fil-kuntest ta' SIEĠ. Għalhekk, l-għarfien ta' missjoni ta' SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband għandu jiġi imsejjes fuq il-fornitura ta' infrastruttura passiva, newtrali (31) u b'aċċess miftuħ. Tali netwerk għandu jipprovdi, lil dawk li jfittxu l-aċċess, il-forom kollha possibbli ta' aċċess għan-netwerk u jippermetti kompetizzjoni effettiva fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, b'mod li jiżgura l-fornitura ta' servizzi kompetittivi u bi prezz konvenjenti lill-utenti aħħarin (32). Għalhekk, il-missjoni ta' SIEĠ għandha tkopri biss l-implimentazzjoni ta' netwerk tal-broadband li jipprovdi konnettività universali u l-fornitura tas-servizzi relatati ta' aċċess bl-ingrossa, mingħajr ma tinkludi s-servizzi bl-imnut ta' komunikazzjoni (33). Fejn il-fornitur tal-missjoni ta' SIEĠ jkun ukoll operatur integrat vertikalment tal-broadband, għandhom isiru salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni abbużiva jew kwalunkwe vantaġġi indiretti moħbijin oħrajn (34).

(26)

Minħabba li s-suq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa liberalizzat għal kollox, SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband ma jistax ikun ibbażat fuq l-għoti ta' jedd esklussiv jew speċjali lill-fornitur ta' SIEĠ skont it-tifsira tal-Artikolu 59(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(27)

Biex jikkonforma mal-missjoni tiegħu ta' kopertura universali, fornitur ta' SIEĠ jista' jkun jeħtieġ iqiegħed infrastruttura ta' netwerk mhux biss fi nħawi li minnhom ma jsirx qligħ iżda wkoll fi nħawi li minnhom isir qligħ, jiġifieri nħawi fejn operaturi oħrajn jista' jkun li diġà jkunu qiegħdu l-infrastruttura tan-netwerk tagħhom stess jew ikunu qed jippjanaw li jagħmlu dan fil-ġejjieni qrib. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-broadband, f'dan il-każ kwalunkwe kumpens mogħti għandu jkopri biss l-ispejjeż biex titqiegħed infrastruttura fl-inħawi fejn mhemmx qligħ (35). Fejn SIEĠ għall-implimentazzjoni tal-broadband ma jkunx ibbażat fuq l-implimentazzjoni ta' infrastruttura bi sjieda pubblika, għandhom isiru mekkaniżmi adegwati ta' reviżjonijiet u ta' treġġigħ lura sabiex wieħed jevita li l-fornitur tas-SIEĠ jikseb vantaġġ abbużiv billi jżomm is-sjieda tan-netwerk li tkun ġiet iffinanzjata b'fondi pubbliċi meta tintemm il-konċessjoni tas-SIEĠ. Fl-aħħar nett, il-kumpens għas-SIEĠ għandu fil-prinċipju jingħata permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja għall-offerti li titlob lill-operaturi kandidati kollha jiddefinixxu b'mod trasparenti l-inħawi fejn hemm il-qligħ u fejn mhemmx, jistmaw id-dħul mistenni u jitolbu l-ammont korrispondenti ta' kumpens li jqisuh strettament meħtieġ, filwaqt li jevitaw kwalunkwe riskju ta' kumpens żejjed. Sejħa għall-offerti organizzata b'tali kundizzjonijiet għandha tiggarantixxi li r-raba' kundizzjoni preskritta f'Altmark tiġi sodisfatta (ara l-paragrafu 19).

(28)

Fil-każ li l-erba' kriterji stabbiliti f'Altmark ma jiġux sodisfatti, u jekk il-kriterji ġenerali għall-applikabbiltà tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikunu ġew sodisfatti, il-kumpens għal servizz pubbliku għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura broadband se jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u ser ikun soġġett għall-Artikoli 49, 59, 61 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Parti 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti). F'dan il-każ, l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċertu impriżi mogħtija r-responsabbiltà tat-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ara l-paragrafi 23-27 hawn fuq) tista' tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE u eżenti mir-rekwiżit tan-notifika stipulat fl-Artikolu 1(3) tal-Parti 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Att imsemmi għalih fil-punt 1h tal-AnnessXV tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (36), kif adottat mill-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll tiegħu, jiġu sodisfatti (37).

2.3.   L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE

(29)

Fejn il-Kummissjoni tkun sabet li miżura nnotifikata fis-settur tal-broadband tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà s'issa ġiet ibbażata direttament fuq l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE (38).

(30)

L-inħawi koperti minn proġett ta' għajnuna mill-Istat għall-broadband jistgħu jkunu wkoll inħawi assistiti fit-tifsira tal-Artikolu 61(3)(a) u (c), u l-Kapitolu dwar l-għajuna reġjonali nazzjonali għall-2007–2013 tal-Linji Gwida tal-Gaħjnuna mill-Istat tal-Awtorità (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kapitolu dwar l-għajuna reġjonali nazzjonali) (39). F'dan il-każ, l-għajnuna lill-broadband tista' tikkwalifika wkoll bħala għajnuna għall-investiment tal-bidu skont it-tifsira tal-Kapitolu dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali. Madankollu, f'bosta mill-każi eżaminati s'issa mill-Kummissjoni kien hemm ukoll inħawi oħra, li l-miżuri nnotifikati kienu jimmiraw għalihom, li ma kinux “assistiti”, u b'riżultat ta' dan l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma setgħetx issir skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tal-Kummissjoni ekwivalenti (40).

(31)

Fejn miżura tkun taqa' fl-ambitu tal-Kapitolu dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali u fejn tkun maħsuba biex tagħti għajnuna ad hoc individwali lil ditta waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta' attività, hija r-responsabbilta tal-Istat tal-EFTA li juri li l-kundizzjonijiet tal-Kapitolu dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali jiġu sodisfatti. Dan jinkludi partikolarment li l-proġett inkwistjoni jikkontribwixxi għal strateġija koerenti għall-iżvilupp reġjonali u li, meta wieħed iqis in-natura u d-daqs tal-proġett, ma jkunx se jwassal għal distorsjonijiet mhux aċċettabbli tal-kompetizzjoni.

2.3.1   It-test tal-ibbilanċjar u l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-implimentazzjoni tan-netwerks tal-broadband

(32)

Fl-evalwazzjoni ta' jekk miżura ta' għajnuna tistax tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura ta' għajnuna fil-kisba ta' għan ta' interess komuni kontra l-effetti sekondarji negattivi potenzjali tagħha, bħad-distorsjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni.

(33)

Meta tkun qed tapplika dan it-test tal-ibbilanċjar, l-Awtorità se tevalwa l-mistoqsijiet li ġejjin:

(a)

Il-miżura ta' għajnuna hija mmirata lejn għan definit kif imiss ta' interess komuni, jiġifieri l-għajnuna proposta tindirizza nuqqas tas-suq jew għan ieħor? (41)

(b)

L-għajnuna hija mfassla tajjeb sabiex tikseb l-għan ta' interess komuni? Partikolarment:

(i)

L-għajnuna mill-Istat hija l-għodda politika xierqa, jiġifieri hemm għodod oħrajn, li huma iktar f'lokhom?

(ii)

Jeżisti effett ta' inċentiv, jiġifieri l-għajnuna tibdel l-imġiba tal-impriżi?

(iii)

Il-miżura ta' għajnuna hija proporzjonali, jiġifieri tista' l-istess bidla fl-imġiba tinkiseb b'inqas għajnuna?

(c)

Id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ huma limitati, sabiex il-bilanċ globali jkun pożittiv?

(34)

Il-passi individwali tat-test tal-ibbilanċjar fil-qasam tal-broadband huma mniżżlin f’aktar dettall fit-Taqsimiet 2.3.2 u 2.3.3.

2.3.2.   L-għan tal-miżura

(35)

Kif ġie indikat fid-daħla, l-aċċess mifrux u offrut bi prezz konvenjenti għall-broadband għandu importanza kbira minħabba l-kapaċità tiegħu li jħaffef il-kontribut ta' dawn it-teknoloġiji għat-tkabbir u l-innovazzjoni fis-setturi kollha tal-ekonomija u għall-koeżjoni soċjali u territorjali.

(36)

L-ekonomija tal-forniment tal-broadband hija tali li s-suq ma jsibhiex dejjem vantaġġjuża li jinvesti fih. Minħabba l-ekonomija tad-densità, ġeneralment ikun iktar vantaġġjuż li n-netwerks tal-broadband jiġu introdotti fejn it-talba potenzjali tkun ikbar u kkonċentrata, jiġifieri f'inħawi fejn ikun hemm densità għolja ta' popolazzjoni. Minħabba spejjeż fissi għolja tal-investiment, l-ispejjeż unitarji jiżdiedu bil-kbir hekk kif id-densità tal-popolazzjoni tiċkien. B'riżultat ta' dan, in-netwerks tal-broadband għandhom it-tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni. Bl-istess mod, f'ċerti nħawi, jista' jkun hemm qligħ biss jekk ikun fornitur wieħed biss, u mhux tnejn jew aktar, li jistabbilixxi netwerk.

(37)

Fejn is-suq ma jkunx jipprovdi biżżejjed kopertura tal-broadband jew il-kundizzjonijiet ta' aċċess mhumiex adegwati, l-għajnuna mill-Istat jista' jkollha rwol utli. Speċifikament, l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-broadband tista' tirrimedja nuqqas tas-suq, jiġifieri sitwazzjonijiet fejn investituri individwali tas-suq ma jinvestux, anki jekk dan jista' jkun effiċjenti minn perspettiva ekonomika usa', eżempju minħabba l-effetti pożittivi indiretti. Inkella, wieħed jista' jara l-għajnuna mill-Istat għall-broadband bħala għodda biex jinkisbu għanijiet ta' ekwità, jiġifieri bħala mod kif jitjieb l-aċċess għal mezz essenzjali ta' komunikazzjoni għall-parteċipanti kollha fis-soċjetà, kif ukoll il-liberta' tal-espressjoni lill-parteċipanti kollha fis-soċjetà u b'hekk titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali.

(38)

Mill-bidu nett ikun utli li tiddaħħal distinzjoni fundamentali bejn it-tipi ta' nħawi li jistgħu jitpoġġew fil-mira, u dan ikun jiddependi mil-livell ta' kemm in-nies ikollhom diġà l-faċilità li jaqbdu mal-broadband. Il-Kummissjoni konsistentement għamlet distinzjoni bejn inħawi fejn ma teżisti l-ebda infrastruttura tal-broadband jew fejn huwa improbabbli li tiġi żviluppata dalwaqt (inħawi bojod), inħawi fejn hemm biss operatur wieħed ta' netwerk tal-broadband (inħawi griżi) u inħawi fejn hemm mill-inqas żewġ fornituri jew aktar ta' netwerks tal-broadband (inħawi suwed) (42).

2.3.2.1.   Inħawi bojod: il-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali u tal-għanjiet għall-iżvilupp ekonomiku

(39)

L-Awtorità tikkunsidra s-sostenn għall-implimentazzjoni tan-netwerk tal-broadband f'inħawi bojod rurali u li mhumiex moqdijin tajjeb bħala promozzjoni ta' koeżjoni soċjali u ekonomika territorjali u bħala indirizzar għan-nuqqasijiet tas-suq. In-netwerks tal-broadband għandhom it-tendenza li jkopru bi qligħ parti biss tal-popolazzjoni, b'hekk is-sostenn mill-Istat hu meħtieġ biex tinkiseb kopertura ta' kullimkien.

(40)

L-Awtorità taċċetta li meta tipprovdi sostenn finanzjarju għall-fornitura ta' servizzi tal-broadband f'inħawi fejn il-broadband attwalment mhuwiex disponibbli u fejn m'hemm l-ebda pjanijiet minn investituri privati biex jintroduċu tali infrastruttura fil-ġejjieni qrib, l-Istati tal-EFTA jfittxu li jilħqu għanijiet ġenwini ta' koeżjoni u ta' żvilupp ekonomiku, u għaldaqstant l-intervent tagħhom x'aktarx li jkun konformi mal-interess komuni (43). It-terminu fil-“ġejjieni qrib” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal perjodu ta' tliet snin. F'dan ir-rigward, sforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li għall-inqas isir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fi żmien tliet snin, u t-tlestija tal-investiment ippjanat tkun prevista li sseħħ fi żmien raġonevoli minn hemm ’il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull proġett u ta' kull qasam). L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitolbu li jitressaq pjan ta' direzzjoni, flimkien ma' pjan kalendarju dettaljat tal-implimentazzjoni kif ukoll prova ta' finanzjament adegwat jew kwalunkwe tip ieħor ta' evidenza li turi l-karattru kredibbli u plawsibbli tal-investiment ippjanat mill-operaturi privati tan-netwerks.

2.3.2.2.   Inħawi suwed: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat

(41)

Meta f'żona ġeografika partikulari jkun hemm mill-inqas żewġ fornituri ta' netwerks tal-broadband u s-servizzi tal-broadband ikunu fornuti f'kundizzjonijiet kompetittivi (kompetizzjoni msejsa fuq l-infrastruttura), ma jkun hemm l-ebda nuqqas tas-suq. Għal din ir-raġuni, ma tantx hemm lok għal intervent mill-Istat biex jinġiebu aktar benefiċċji. Għall-kuntrarju, sostenn mill-Istat għall-finanzjament tal-bini ta' netwerk addizzjonali tal-broadband jwassal, fil-prinċipju, għal distorsjoni inaċċettabbli tal-kompetizzjoni, u l-qlugħ 'il barra tal-investituri privati. Għalhekk, jekk ma jkunx hemm nuqqas tas-suq li jkun jista' jintwera b'mod ċar, l-Awtorità se tħares b'mod negattiv lejn miżuri li jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' infrastruttura addizzjonali tal-broadband f'“naħa sewda” (44).

2.3.2.3.   Inħawi griżi: ħtieġa ta' evalwazzjoni aktar dettaljata

(42)

L-eżistenza ta' operatur ta' netwerk f'inħawi partikulari ma timplikax bilfors li m'hemm l-ebda nuqqas tas-suq jew problema ta' koeżjoni. L-għoti ta' monopolju jista' jaffettwa l-kwalità tas-servizz jew il-prezz li bih is-servizzi jiġu offruti liċ-ċittadini. Mill-banda l-oħra, f'inħawi fejn hemm biss operatur wieħed ta' netwerk tal-broadband, sussidji għall-bini ta' netwerk alternattiv jistgħu minnhom infushom jikkawżaw distorsjoni fid-dinamika tas-suq. Għalhekk, is-sostenn mill-Istat għall-implimentazzjoni ta' netwerks tal-broadband fl-inħawi 'griżi' jitlob analiżi aktar dettaljata u evalwazzjoni b'attenzjoni tal-kompatibbiltà.

(43)

Għalkemm operatur ta' netwerk jista' jkun preżenti fin-naħa li għaliha jkun immirat l-intervent mill-Istat, ċerti kategoriji ta' utenti tas-servizz xorta jistgħu ma jkunux moqdijin b'mod adegwat, fis-sens li jew ċerti servizzi tal-broadband mitluba minnhom ma jkunux disponibbli għalihom jew inkella, fin-nuqqas ta' tariffi rregolati tal-aċċess bl-ingrossa, il-prezzijiet bl-imnut ma jkunux konvenjenti meta mqabblin mal-istess servizzi offruti fi nħawi jew reġjuni oħrajn tal-pajjiż, li jkunu aktar kompetittivi (45). Jekk, minbarra dan, ikun hemm biss prospetti limitati li partijiet terzi jkunu se jibnu infrastruttura alternattiva, il-finanzjament ta' infrastruttura alternattiva jista' jkun miżura xierqa. Dan jirrimedja għan-nuqqas ta' kompetizzjoni tal-infrastruttura u b'hekk inaqqas il-problemi li ġġib magħha l-pożizzjoni ta' monopolju de facto tal-operatur li diġa qiegħed hemm (46). Madankollu, l-għoti ta' għajnuna f'dawn iċ-ċirkustanzi huwa suġġett għal għadd ta' kundizzjonijiet li l-Istat tal-EFTA kkonċernat irid jissodisfa.

(44)

Għal din ir-raġuni, l-Awtorità tista' tiddikjara bħala kompatibbli, f'ċerti kundizzjonijiet, miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jimmiraw għal inħawi fejn il-forniment ta' infrastruttura tal-broadband għadu de facto monopolju, kemm-il darba (i) ma jkunux offruti servizzi bi prezzijiet konvenjenti jew adegwati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini jew tan-negozji li jużaw dawn is-servizzi u (ii) ma jkunx hemm disponibbli miżuri li jgħawġu inqas is-suq (inklużi r-regolament ex ante) biex jintlaħqu l-istess għanijiet. Biex tasal biex tistabbilixxi dan ta' hawn fuq, l-Awtorità se tevalwa partikolarment jekk:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq ma jkunux adegwati, billi teżamina, fost oħrajn, il-livell tal-prezzijiet tal-mument tal-broadband, it-tip ta' servizzi offruti lill-utenti aħħarija (tat-tip residenzjali jew tan-negozju) u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

(b)

fin-nuqqas ta' regolament ex ante impost minn awtorità regolatorja nazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ARN”), l-aċċess effettiv għal netwerk ma jkunx qed jiġi offrut lil partijiet terzi jew jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunux iwasslu għal kompetizzjoni effettiva;

(c)

ix-xkiel ġenerali għad-dħul fis-suq ikunx jipprekludi d-dħul potenzjali ta' operaturi oħrajn tal-komunikazzjoni elettronika; u

(d)

kwalunkwe miżuri meħuda jew rimedji imposti mill-awtorità nazzjonali regolatorja jew tal-kompetizzjoni kompetenti fir-rigward tal-fornitur eżistenti ta' netwerk ma rnexxielhomx jegħlbu tali problemi.

2.3.3.   Il-fasla tal-miżura u l-ħtieġa li jiġu mrażżna d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(45)

Meta l-kopertura tal-broadband tiġi kkunsidrata li ma tkunx biżżejjed, jista' jkun meħtieġ intervent mill-Istat. L-ewwel mistoqsija li wieħed għandu jistaqsi hija jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx strument tal-politika xieraq biex tiġi indirizzata l-problema u jekk ikunx hemm strumenti oħrajn, li jkunu iktar f'lokhom.

(46)

F'dan ir-rigward, l-Awtorità nnutat li filwaqt li r-regolament ex ante f'bosta każi ħaffet l-implimentazzjoni tal-broadband f'inħawi urbani u inħawi b'densità ogħla tal-popolazzjoni, tista' ma tkunx strument suffiċjenti biex ikun jista' jseħħ il-forniment tas-servizz tal-broadband, speċjalment f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb fejn il-qligħ inerenti li jista' jsir mill-investiment ikun baxx (47).

(47)

Hekk ukoll, miżuri fil-livell ta' min juża s-servizz favur il-broadband (bħal vawċers għall-utenti aħħarija), għalkemm jistgħu jikkontribwixxu pożittivament għall-penetrazzjoni tal-broadband u għandhom jiġu inkuraġġiti bħala alternattiva jew bħala miżuri li jmorru ma' miżuri pubbliċi oħrajn, ma jistgħux isolvu dejjem in-nuqqas ta' fornitura tal-broadband (48). Għaldaqstant, f'tali sitwazzjonijiet, jista' ma jkun hemm l-ebda triq ħlief dik li jingħata finanzjament pubbliku sabiex jingħeleb in-nuqqas ta' possibbilta ta' tqabbid mal-broadband.

(48)

Rigward l-effett li jinċentiva tal-miżura, wieħed irid jeżamina jekk l-investiment ikkonċernat f'netwerk tal-broadband ma kienx isir fl-istess perjodu mingħajr l-ebda għajnuna mill-Istat.

(49)

Fl-ivvalutar tal-karattru propozzjonali tal-miżuri notifikati fl-inħawi bojod jew griżi, in-nuqqas tal-kundizzjonijiet li ġejjin f'(a) sa (h) ikun jeħtieġ li ssir evalwazzjoni fil-fond (49) u x'aktarx din twassal għal konklużjoni negattiva dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

(a)

Analiżi dettaljata tal-mappatura u tal-kopertura: L-Istati tal-EFTA għandhom jidentifikaw b'mod ċar liema nħawi ġeografiċi se jiġu koperti mill-miżura ta' sostenn inkwistjoni. Billi, fl-istess ħin, jagħmlu analiżi tal-kundizzjonijiet u l-istruttura tal-kompetizzjoni prevalenti fl-inħawi partikulari u jikkonsultaw ma' dawk kollha li għandhom interess u li jkunu milquta mill-miżura relevanti, l-Istati tal-EFTA jimminimizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma' fornituri eżistenti u ma' dawk li diġà għandhom pjanijiet ta' investiment għall-ġejjieni qrib u jippermettu lil dawn l-investituri li jippjanaw l-attivitajiet tagħhom (50). Eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u eżerċizzju ta' konsultazzjoni bl-akbar reqqa jiżguraw, għalhekk, mhux biss livell għoli ta' trasparenza iżda jservu wkoll bħala għodda essenzjali biex tiġi ddefinita l-eżistenza ta' nħawi “bojod”, “griżi” u “suwed” (51).

(b)

Proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti: Il-metodu tas-sejħa miftuħa għall-offerti jiżgura li jkun hemm trasparenza għall-investituri kollha li jixtiequ jagħmlu offerta għat-twettiq tal-proġett sussidjat. Hija kundizzjoni indispensabbli għal sejħa miftuħa għall-offerti li l-appaltaturi kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Sejħa miftuħa għall-offerti hija mezz biex jitnaqqas għall-inqas livell possibbli l-vantaġġ potenzjali involut tal-għajnuna mill-Istat u fl-istess ħin iċċekken in-natura selettiva tal-miżura minħabba li l-għażla tal-benefiċjarju ma tkunx magħrufa minn qabel (52).

(c)

L-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża: Fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa miftuħa għall-offerti, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' għajnuna li tkun se tingħata, meta l-kundizzjonijiet tal-kwalità jkunu simili jekk mhux idenetiċi, l-appaltatur li jitlob l-inqas ammont ta' għajnuna għandu fil-prinċipju jikseb aktar punti ta' prijorità fl-evalwazzjoni ġenerali tal-offerta tiegħu (53). B'dan il-mod l-Istat tal-EFTA jista' jgħaddi għal fuq is-suq ir-responsabbiltà ta' kemm għajnuna hija tabilħaqq meħtieġa u b'hekk inaqqas l-asimetrija tat-tagħrif li ħafna drabi jgawdu minnha l-investituri privati.

(d)

In-newtralità teknoloġika: Ġaladarba s-servizzi tal-broadband jistgħu jitwasslu permezz ta' għadd kbir ta' infrastrutturi ta' netwerks ibbażati fuq teknoloġiji bil-fil (xDSL, kejbil), mingħajr fil (Wi-Fi, WiMAX), tas-satellita u mobbli, l-Istati tal-EFTA m'għandhomx jiffavorixxu xi teknoloġija jew pjattaforma ta' netwerks sakemm ma jkunux f'qagħda li juru li jkun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għal dan (54). L-appaltaturi għandhom ikunu intitolati li jipproponu l-forniment tas-servizzi meħtieġa tal-broadband bl-użu jew bit-taħlit ta' liema teknoloġiji jħossu li jkunu l-aktar adattati.

(e)

Użu tal-infrastruttura eżistenti: Fejn ikun possibbli, l-Istati tal-EFTA għandhom iħeġġu lill-appaltaturi biex jagħmlu użu minn kwalunkwe infrastruttura eżistenti disponibbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-riżorsi u l-ħela li din tfisser. Sabiex wieħed jipprova jillimita l-impatt ekonomiku fuq operaturi eżistenti tan-netwerks, dawn l-operaturi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkontribwixxu l-infrastruttura tagħhom għal proġett notifikat. Fl-istess ħin, din il-kundizzjoni m'għandhiex tispiċċa tiffavorixxi lill-operaturi li diġà qegħdin hemm, speċjalment f'każ li partijiet terzi jista' ma jkollhomx aċċess għal din l-infrastruttura jew għal inputs li huma meħtieġa biex jikkompetu ma' operatur li diġà qiegħed hemm. Bl-istess mod, fil-każ ta' “nħawi griżi”, fejn ikun muri li d-dipendenza fuq l-operatur li jkun diġà qiegħed hemm tkun parti mill-problema, jista' jkun meħtieġ li wieħed jippermetti aktar kompetizzjoni msejsa fuq il-faċilitajiet.

(f)

Aċċess bl-ingrossa: Li l-aċċess effettiv bl-ingrossa lil partijiet terzi għal infrastruttura ssussidjata tal-broadband jkun mandatarju huwa komponent meħtieġ ta' kwalunkwe miżura mill-Istat biex jiġi ffinanzjat il-bini ta' infrastruttura ġdida tal-broadband. Partikularment, l-aċċess bl-ingrossa jippermetti lil operaturi terzi li jikkompetu mal-appaltatur magħżul (meta dan ikun preżenti wkoll fil-livell tal-bejgħ bl-imnut), u b'hekk jissaħħu l-għażla u l-kompetizzjoni fl-inħawi kkonċernati mill-miżura filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat il-ħolqien ta' monopolji reġjonali tas-servizzi. L-aċċess effettiv bl-ingrossa għall-infrastruttura ssussidjata għandu jiġi offrut għal mill-inqas perjodu ta' 7 snin. Din il-kundizzjoni mhix kontinġenti fuq kwalunkwe analiżi minn qabel tas-suq skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) (55). Madankollu, jekk fi tmiem il-perjodu ta' 7 snin l-operatur tal-infrastruttura inkwistjoni jiġi indikat mill-ARN skont il-qafas regolatorju applikabbli bħala li jkollu saħħa sinifikanti fis-suq (SSS) fis-suq speċifiku kkonċernat (56), l-obbligu tal-aċċess għandu jiġi estiż.

(g)

Eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment rigward il-prezzijiet: Sabiex jiġi żgurat l-aċċess effettiv bl-ingrossa u biex titnaqqas kemm jista' jkun id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni, huwa kruċjali li jiġi evitat li l-appaltatur magħżul jagħmel prezzijiet bl-ingrossa li jkunu eċċessivi jew, b'kuntrast, jagħmel prezzijiet predatorji jew ma jħallix biżżejjed marġni bejn il-prezzijiet bl-ingrossa u dawk bl-imnut tiegħu. L-aċċess għall-prezzijiet bl-ingrossa għandu jkun abbażi l-prezzijiet bl-ingrossa medji ppubblikati (regolati) li jeżistu f'inħawi oħrajn paragunabbli u aktar kompetittivi tal-pajjiż jew taż-ŻEE jew, fin-nuqqas ta' tali prezzijiet ippubblikati, fuq il-prezzijiet iffissati jew approvati mill-ARN għas-swieq u s-servizzi kkonċernati. B'dal-mod, fejn diġà jkun hemm regolament ex ante (jiġifieri, f'inħawi griżi) il-prezzijiet bl-ingrossa tal-aċċess għal infrastruttura ssussidjata m'għandhomx ikunu inqas mill-prezz tal-aċċess iffissat mill-ARN għall-istess qasam. L-iffissar ta' punti ta' riferiment huwa protezzjoni importanti minħabba li jippermetti lill-Istati tal-EFTA li jevitaw li jippreżentaw bil-quddiem prezzijiet dettaljati tal-aċċess bl-imnut jew bl-ingrossa, kif ukoll li jiżguraw li l-għajnuna mogħtija sservi biex tirriproduċi kundizzjonijiet tas-suq bħal dawk ta' swieq oħra, kompetittivi, tal-broadband. Il-kriterji tal-punti ta' riferiment għandhom jiġu indikati b'mod ċar fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti.

(h)

Mekkaniżmu tat-treġġigħ lura sabiex jiġi evitat kumpens żejjed: Sabiex jiżguraw li l-appaltatur magħżul ma jingħatax kumpens żejjed jekk it-talba għall-broadband fl-inħawi li tkun fil-mira tikber lil hinn mil-livelli mbassra, l-Istati tal-EFTA għandhom jinkludu mekkaniżmu ta' ħlas lura fil-kuntratt mal-appaltatur li jintgħażel (57). Jekk ikun hemm mekkaniżmu bħal dan, jista' jiġi mminimizzat ex post u b'mod retroattiv l-ammont ta' għajnuna li fil-bidu wieħed ikun ħaseb li kienet se tkun meħtieġa.

3.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL NETWERKS TAT-TIP NGA

3.1.   Is-sostenn għall-implimentazzjoni ta' malajr tan-netwerks tat-tip NGA

(50)

Sal-lum, għadd ta' Stati tal-EFTA qed ifittxu sostenn għal netwerks tal-broadband li jistgħu jfornu s-servizzi b'ħeffa kbira ħafna u jifilħu kotra kbira ta' servizzi konverġenti diġitali avvanzati. Dawn in-netwerks tat-tip NGA huma primarjament ibbażati fuq il-fibra ottika jew fuq netwerks avvanzati u bi kwalità mtejba tal-kejbil li huma maħsuba li jieħdu post, għal kollox jew fil-biċċa l-kbira tagħhom, in-netwerks eżistenti tal-broadband li huma bbażati fuq ir-ramm jew in-netwerks ta' bħalissa tal-kejbil.

(51)

In-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess bil-fil li jikkonsistu għal kollox, jew f'partijiet minnhom, minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba (bħal ammont ikbar ta' dejta pproċessata) meta mqabbla ma' dawk fornuti permezz tan-netwerks eżistenti tar-ram (58).

(52)

Essenzjalment, in-netwerks tat-tip NGA se jkollhom il-ħeffa u l-kapaċità li fil-ġejjieni jwasslu kontenut b'definizzjoni għolja, isostnu applikazzjonijiet li jitniżżlu skont it-talba li jirrikjedu ħafna bandwith kif ukoll joffru lin-negozji bi prezzijiet konvenjenti konnessjonijiet simetriċi tal-broadband li llum ġeneralment huma disponibbli biss għan-negozji l-kbar. Kollox ma’ kollox, in-netwerks tat-tip NGA għandhom il-potenzjal li jiffaċilitaw it-titjib tal-aspetti kollha tat-teknoloġija tal-broadband u tas-servizzi tal-broadband.

(53)

Il-Kummissjoni diġà ttrattat ma' xi notifiki dwar għajnuna mill-Istat li kienu jinkludu s-sostenn għall-introduzzjoni ta' netwerks imsejsa fuq il-fibra ottika. Dawn il-każi kienu jinvolvu jew il-bini ta' netwerk reġjonali “ċentrali” tat-tip NGA (59) jew il-forniment ta' konnettività bil-fibra ottika biss għal għadd limitat ta' utenti tan-negozju (60).

(54)

Bħal fil-każ tal-hekk imsejħa introduzzjoni “tal-ewwel ġenerazzjoni” ta' netwerks bażiċi tal-broadband, l-awtoritajiet Statali, muniċipali u reġjonali jiġġustifikaw is-sostenn tagħhom għall-introduzzjoni ta' malajr ta' netwerks tal-fibra ottika billi jġibu n-nuqqas tas-suq jew it-tir tal-koeżjoni bħala raġuni. Filwaqt li fil-każ tal-introduzzjoni ta' infrastruttura bażika tal-broadband, l-eżempji ta' intervent mill-Istat kellhom x'jaqsmu l-iktar ma' komunitajiet/inħawi rurali (popolazzjoni b'densità żgħira, spiża kapitali kbira) jew inħawi li mhumiex żviluppati biżżejjed ekonomikament (kapaċità baxxa ta' ħlas għas-servizzi), did-darba qed jingħad li l-ekonomija tal-mudell tan-netwerks tat-tip NGA tiskoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' netwerks tat-tip NGA mhux biss f'inħawi b'popolazzjoni żgħira, iżda saħansitra f'ċerti inħawi urbani. Partikolarment, il-kwistjoni ewlenija li taffettwa l-implimentazzjoni ta' malajr u mifrux tan-netwerks NGA jidher li hi l-ispejjeż u, fuq skala iżgħar, id-densità tal-popolazzjoni (61).

(55)

Għall-awtoritajiet pubbliċi, l-intervent dirett jista' għaldaqstant ikun ġustifikat sabiex jiġi żgurat li nħawi li jiġu kkunsidrati mill-operaturi tan-netwerks bħala li ma jħallux qligħ xorta waħda jgawdu mill-effetti indiretti sostanzjali li n-netwerks tat-tip NGA jistgħu joħolqu għall-ekonomija u ma jbatux minn “qasma” diġitali ġdida tal-NGA. Għalhekk, l-Istati tal-EFTA jistgħu jixtiequ jinkoraġġixxu żviluppi ta' netwerks tat-tip NGA f'inħawi fejn investimenti minn operaturi eżistenti ta' netwerks tal-broadband jieħdu diversi snin biex iseħħu minħabba li huma finanzjarjament inqas attraenti minn ċerti nħawi urbani ewlenin. F’ċerti każi, l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu li jinvestu huma stess jew jipprovdu sostenn finanzjarju lil operaturi privati sabiex jiksbu l-konnettività ma' netwerk tat-tip NGA, jew sabiex jiksbu l-konnettività qabel ma kien maħsub, sabiex jiżguraw li x-xogħol u opportunitajiet ekonomiċi oħrajn jiġu influwenzati malajr kemm jista' jkun.

(56)

Kwalunkwe intervent pubbliku li jfittex li jsostni l-forniment jew it-tħaffif tal-implimentazzjoni ta' netwerk NGA għandu jiżgura li jkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.2.   Tipi ta’ intervent pubbliku

(57)

L-Istati tal-EFTA jistgħu jagħżlu livelli differenti ta' intervent fis-suq sabiex jinkoraġġixxu jew iħaffu l-implimentazzjoni tan-netwerks NGA. F'dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet iffissati iktar 'il fuq fit-Taqsima 2.2.1 u 2.2.2 (l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, tal-kumpens għal servizz pubbliku u tal-kriterji Altmark) japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-interventi mill-Istat fil-qasam tal-implimentazzjoni tan-netwerks tat-tip NGA. Skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jistgħu ikunu meħtieġa modi differenti ta' kif wieħed janalizza l-affarijiet skont in-natura u l-effetti tal-intervent magħżul.

(58)

F'inħawi fejn investituri privati huma mistennija li, fil-ġejjieni, jintroduċu netwerks tat-tip NGA, l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu li jadottaw sensiela ta' miżuri biex iħaffu ċ-ċiklu tal-investiment u b'hekk jinkuraġġixxu lill-investituri biex imexxu 'l quddiem il-pjanijiet tagħhom għall-investiment. Dawn il-miżuri mhux bilfors jeħtieġu l-involviment ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Ġaladarba parti kbira mill-ispiża tal-implimentazzjoni tan-netwerks tal-fibra ottika qiegħda fix-xogħol ta' inġinerija ċivili (ngħidu aħna tħaffir, tqegħid ta' kejbils, mogħdija tal-wajers internament, eċċ.), l-Istati tal-EFTA jistgħu jiddeċiedu skont il-qafas regolatorju tal-EFTA għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, ngħidu aħna, li jillaxkaw il-proċess tal-akkwist ta' jeddijiet ta' mogħdija, jitolbu li l-operaturi tan-netwerks jikkoordinaw ix-xogħlijiet ta' inġinerija ċivili tagħhom u/jew li jaqsmu bejniethom parti mill-infrastruttura tagħhom (62). Bl-istess mod, Stati tal-EFTA jista' jiddigrieta li għal kwalunkwe xogħlijiet strutturali ġodda (inklużi netwerks ġodda tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport jew tad-drenaġġ) u/jew binjiet, trid titqiegħed konnessjoni tal-fibra ottika.

(59)

Bl-istess mod, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jwettqu xi xogħlijiet ta' inġinerija ċivili (bħat-tħaffir ta' proprjetà pubblika, il-bini ta' kanali) sabiex jippermettu u jtejbu l-implimentazzjoni mill-operaturi kkonċernati tal-elementi proprji tan-netwerks. Madankollu, tali xogħlijiet ta' inġinerija ċivili m'għadhomx ikunu “speċifiċi għal industrija jew settur”, iżda għandhom fil-prinċipju jkunu miftuħin għal dawk kollha li potenzjalment jistgħu jagħmlu użu minnhom u mhux biss għall-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (jiġifieri servizzi essenzjali tal-elettriku, il-gass, l-ilma eċċ.). Sakemm tali interventi pubbliċi jimmiraw biex joħolqu l-kundizzjonijiet minn qabel li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni minn operaturi ta' servizzi essenzjali tal-infrastruttura proprja mingħajr ma jiddiskriminaw favur xi settur jew kumpanija partikulari (billi jbaxxu partikularment l-ispejjeż kapitali ta' dan tal-aħħar), jaqgħu barra mill-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(60)

Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jiġu adottati mill-ARN sabiex jipprovdu għal aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-poli jew għat-tqassim tal-kanali li jkunu proprjetà ta' operaturi ta' servizzi essenzjali jew ta' netwerks eżistenti.

(61)

Kif turi l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni fil-qasam tal-broadband bażiku, fil-biċċa l-kbira tal-każi l-għajnuna mill-Istat għan-netwerks tal-broadband tingħata minn awtoritajiet lokali jew reġjonali li jkollhom l-għan li jew jirrimedjaw għan-nuqqas ta' konnettività mal-broadband fir-reġjun jew li jkabbru l-kompetittività tar-reġjun billi jkomplu jtejbu l-kopertura eżistenti tal-broadband u l-konnettività tan-netwerk. Sabiex jiksbu dawn iż-żewġ għanijiet, l-awtoritajiet pubbliċi s'issa jew taw b'offerta pubblika l-bini u l-ġestjoni ta' infrastruttura tal-broadband li tkun proprjetà tal-Istat jew inkella sostnew finanzjarjament il-bini ta' netwerk tal-broadband li jkun proprjetà privata (63).

(62)

Jekk l-interventi pubbliċi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Awtorità, li min-naħa tagħha se tevalwa l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq komuni f'konformità mal-prinċipji preskritti fit-Taqsimiet 3.3 u 3.4 (64).

3.3.   Id-distinzjoni bejn l-inħawi bojod, griżi u suwed għan-netwerks tat-tip NGA

(63)

Kif imfakkar fil-paragrafu 38, il-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-broadband tradizzjonali hu vvalutat billi rreferiet għad-distinzjoni bejn inħawi “bojod”, “griżi” u “suwed”. L-Awtorità tikkunsidra li din id-distinzjoni għadha rilevanti biex wieħed jevalwa jekk għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA tkunx kompatibbli skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, iżda titlob definizzjoni aktar irfinuta biex tagħti kas tal-ispeċifiċitajiet tan-netwerks tat-tip NGA.

(64)

F'dan ir-rigward, wieħed għandu jżomm f'moħħu li fuq medda twila ta' żmien in-netwerks tat-tip NGA huma mistennijin li jieħdu post in-netwerks eżistenti tal-broadband bażiku. Minħabba li n-netwerks tat-tip NGA jimplikaw arkitettura ta' netwerk differenti, li toffri servizzi tal-broadband ta' kwalità li jkun aħjar b'mod sinifikanti minn dawk tal-lum, kif ukoll il-forniment ta' servizzi li ma jistgħux jiġu sostnuti min-netwerks ta' bħalissa tal-broadband, x'aktarx fil-ġejjieni se jiżviluppaw differenzi ċari bejn inħawi li se jkunu koperti min-netwerks tat-tip NGA u oħrajn li mhumiex se jkunu koperti (65).

(65)

Fil-preżent, xi netwerks avvanzati tal-broadband bażiku (eżempju l-ADSL2+ (66)) jistgħu, sa ċertu punt, isostnu wkoll xi wħud mit-tipi ta' servizzi tal-broadband li fil-ġejjieni qrib x'aktarx ikunu offruti fuq in-netwerks tat-tip NGA (bħas-servizzi triple play bażiċi). Madankollu, u bla ħsara għall-impożizzjoni ta' regolament ex ante, wieħed għandu jinnota li prodotti jew servizzi ġodda li mhumiex sostitwibbli kemm mill-perspettivi tat-talba kif ukoll tal-provvista jistgħu jitfaċċaw u jkunu jeħtieġu ħeffa tal-broadband ikbar mill-ogħla limiti fiżiċi tal-infrastruttura tal-broadband bażiku.

(66)

Għal din ir-raġuni, għall-fini tal-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għal netwerks tat-tip NGA, inħawi fejn tali netwerks fil-preżent ma jeżistux u fejn x'aktarx li ma jinbnewx u ma jkunux qed jitħaddmu għal kollox fil-ġejjieni qrib minn investituri privati għandha tiġi kkunsidrata bħala naħa “bajda għall-NGA (67). F'dak ir-rigward, it-terminu “fil-ġejjieni qrib” għandu jikkorrispondi għal perjodu ta' tliet snin (68). L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu intitolati li jintervjenu, taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' koeżjoni soċjali, żvilupp reġjonali jew nuqqas tas-suq meta jkun jista' jiġi muri li l-investituri privati ma jkollhom l-ebda ħsieb li jlestu netwerks tat-tip NGA għall-użu fit-tliet snin li jkun imiss. L-isforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li għall-inqas isir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fi żmien tliet snin, u t-tlestija tal-investiment ippjanat tkun prevista li sseħħ fi żmien raġonevoli minn hemm ’il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam u ta' kull proġett). Ma jkunx xieraq li wieħed jagħti żmien itwal biex matulu jsir l-investiment minħabba li dan jista’ jagħmel ħsara lill-interessi ta' reġjuni li mhumiex moqdijin tajjeb meta mqabbla ma' partijiet oħra ta' pajjiż li huma moqdijin b'mod adegwat minn tali netwerks avvanzati tal-broadband. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jitolbu li jitressaq pjan ta' direzzjoni, flimkien ma' pjan kalendarju dettaljat tal-implimentazzjoni kif ukoll prova ta' finanzjament adegwat jew kwalunkwe tip ieħor ta' evidenza li turi l-karattru kredibbli u plawsibbli tal-investiment ippjanat mill-operaturi privati tan-netwerks.

(67)

Bl-istess mod, inħawi għandha tiġi kkunsidrata bħala “griża għall-NGA” fejn ikun hemm biss netwerk wieħed tat-tip NGA jew jekk dan ikun se jkun disponibbli fit-tliet snin li jkun imiss u ma jkunx hemm pjani minn xi operatur biex ilesti netwerk NGA fit-tliet snin li jkun imiss (69). Fl-evalwazzjoni ta' jekk investituri oħra tan-netwerks jistgħux iqiegħdu netwerk NGA addizzjonali f'inħawi partikulari, wieħed għandu jqis kwalunkwe miżuri regolatorji jew leġiżlattivi eżistenti li jistgħu jkunu baxxew ix-xkiel għal tali tqegħid ta' netwerks (aċċess għall-kanali, il-qsim ta' infrastruttura eċċ.).

(68)

Jekk ikunu jeżistu aktar minn netwerk wieħed tat-tip NGA f'inħawi partikulari, jew ikunu se jitqiegħdu fit-tliet snin li jkun imiss, tali nħawi għandha, fil-prinċipju, hija kkunsidrata bħala “sewda għall-NGA” (70).

3.4.   L-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà

(69)

Kif issemma fil-paragrafi 64 u 65, għalkemm in-netwerks tat-tip NGA huma kwalitattivament ħafna iktar avvanzati min-netwerks tradizzjonali eżistenti msejsa fuq ir-ram, fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-tqegħid ta' netwerk tat-tip NGA mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Awtorità se tħares ukoll lejn l-effetti ta' tali għajnuna fuq in-netwerks eżistenti tal-broadband meta wieħed iqis il-livell ta' sostituzzjoni li jidher li jeżisti bħalissa fir-rigward tas-servizzi tal-broadband offruti kemm fuq in-netwerks tal-broadband kif ukoll fuq dawk tal-NGA. Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat lil netwerks tat-tip NGA, l-Awtorità se tapplika wkoll it-test tal-ibbilanċjar (ara l-paragrafu 33). Partikolarment, fl-evalwazzjoni tal-karattru proporzjonali tal-miżura nnotifikata l-Awtorità se teżamina jekk il-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 49 ikunux sodisfatti (eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u analiżi tal-kopertura, proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, newtralità teknoloġika, użu tal-infrastruttura eżistenti, aċċess miftuħ bl-ingrossa mandatarju, eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment u mekkaniżmu tat-treġġigħ lura). Il-punti li ġejjin, madankollu, huma speċifikament rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-netwerks tat-tip NGA.

3.4.1.   Inħawi bojod għall-NGA: sostenn għat-tqegħid ta' netwerks tat-tip NGA f'inħawi li mhumiex moqdijin tqjjeb

(70)

Bħal fil-każ tas-servizzi tal-broadband bażiku, jekk l-Istati tal-EFTA jissodisfaw sensiela ta' kundizzjonijiet (ara l-paragrafi 49 u 69), l-Awtorità se tikkunsidra bħala kompatibbli mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE dawk il-miżuri li jsostnu l-implimentazzjoni ta' netwerks tal-NGA f'inħawi fejn bħalissa ma teżisti l-ebda infrastruttura tal-broadband jew għal inħawi fejn l-operaturi eżistenti tal-broadband iqisu t-tqegħid ta' netwerks tal-NGA bħala investiment li ma jrendix.

(71)

F'inħawi bojod għall-NGA, fejn ikun diġà jeżisti netwerk bażiku tal-broadband (inħawi griża tradizzjonali), l-għoti ta' għajnuna għal netwerks tat-tip NGA huwa suġġett għat-turija mill-Istat tal-EFTA kkonċernat (i) li s-servizzi tal-broadband pprovduti fuq l-imsemmija netwerks ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u ta' konsumaturi negozjanti fl-inħawi inkwistjoni (anki meta wieħed jagħti kas it-titjib li jista' jsir fil-futur); u li (ii) mhemmx mezzi li għandhom effett inqas ta' distorsjoni (inklużi regolament ex ante) biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti.

3.4.2.   Inħawi griżi għall-NGA: ħtieġa ta' analiżi aktar dettaljata

(72)

F'inħawi fejn investitur privat wieħed ikun diġà qiegħed netwerk tat-tip NGA jew jista' jkun fil-proċess li jqiegħdu fit-tliet snin li jkun imiss (ara wkoll il-paragrafu 66) u ma jkun hemm l-ebda pjani minn xi investitur privat biex iqiegħed it-tieni netwerk tal-NGA fit-tliet snin li jkun imiss, l-Awtorità jkun jeħtiġilha twettaq analiżi aktar dettaljata sabiex tivverifika jekk l-intervent mill-Istat f'tali nħawi jkunx jista' jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, l-intervent mill-Istat f'inħawi bħal dawn jirriskja li jimbotta 'l barra investituri eżistenti u jgħawweġ il-kompetizzjoni.

(73)

Biex l-Awtorità ssib li jkun hemm kompatibbiltà, l-Istati tal-EFTA jridu jkunu kapaċi juru l-ewwel nett li n-netwerk eżistenti jew ippjanat tal-NGA ma jkunx jew ma jkunx se jkun biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tal-konsumaturi negozjanti fl-inħawi inkwistjoni, u t-tieni nett li ma jkunx hemm mezzi li jgħawġu inqas (inkluża r-regolament ex ante) biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni dettaljata tagħha l-Awtorità se tevalwa partikularment jekk:

(a)

il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq ikunux adegwati, billi tħares, fost affarijiet oħrajn, lejn il-livell tal-prezzijiet attwali tal-broadband tat-tip NGA, lejn it-tipi ta' servizzi offruti lil konsumaturi residenzjali u negozjanti u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom u lejn jekk teżistix, jew x'aktarx titfaċċja, talba għal servizzi ġodda li ma tistax tintlaqa' mill-operatur eżistenti tan-netwerk tat-tip NGA;

(b)

fin-nuqqas ta' regolazzjoni ex ante imposta minn ARN, l-aċċess effettiv għal netwerk ma jkunx qed jiġi offrut lil partijiet terzi jew jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunux iwasslu għal kompetizzjoni effettiva;

(c)

kollox ma' kollox ix-xkiel għad-dħul ikunx jipprekludi dħul potenzjali minn investituri tan-netwerks tat-tip NGA;

(d)

in-netwerk tat-tip NGA li diġà jkun hemm ikunx inbena fuq il-bażi ta' użu/aċċess privileġġjat għal kanali li la jkunu aċċessibbli għal operaturi oħrajn tan-netwerks u lanqas maqsumin magħhom;

(e)

kwalunkwe miżuri meħuda jew rimedji imposti mill-awtorità nazzjonali regolatorja jew tal-kompetizzjoni kompetenti fir-rigward tal-fornitur eżistenti ta' netwerk jkunx irnexxielhom jegħlbu l-problemi.

3.4.3.   Inħawi suwed għall-NGA: l-ebda ħtieġa għal intervent mill-Istat

(74)

F'inħawi fejn diġà jkunu jeżistu aktar minn netwerk wieħed tat-tip NGA jew fejn investituri privat jistgħu jkunu fil-proċess li jqiegħdu netwerks kompetituri tat-tip NGA, l-Awtorità se tikkunsidra li s-sostenn mill-Istat għal netwerk addizzjonali, iffinanzjat minn fondi pubbliċi, tat-tip NGA x'aktarx jgħawweġ serjament il-kompetizzjoni u jkun inkompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.4.4   Il-każ speċifiku ta' nħawi suwed (għall-broadband bażiku) eżistenti: xi protezzjonijiet ulterjuri

(75)

L-Awtorità tikkunsidra li nħawi suwed tradizzjonali, jiġifieri nħawi fejn is-servizzi tal-broadband attwali qed jingħataw minn infrastrutturi tal-broadband li jikkompetu kontra xulxin (xDSL u netwerks tal-kejbil), ikunu nħawi fejn l-operaturi eżistenti tan-netwerks għandu jkollhom l-inċentivi li jtejbu n-netwerks tradizzjonali attwali tal-broadband tagħhom biex jagħmluhom netwerks b'ħeffa kbira tat-tip NGA li jkunu jistgħu jċaqilqu lill-konsumaturi eżistenti tagħhom lejhom. F'inħawi bħal dawn fil-prinċipju m'għandu jkun meħtieġ l-ebda intervent mill-Istat.

(76)

Madankollu, Stat tal-EFTA jista' jirribatti tali argument billi juri li l-operaturi eżistenti tal-broadband bażiku ma jkollhomx il-ħsieb li jinvestu f'netwerks tat-tip NGA fit-tliet snin li jkun imiss, billi jipprova, ngħidu aħna, li l-mod kif l-investituri eżistenti tan-netwerks ikunu għamlu l-investimenti tagħhom fl-aħħar snin fejn għandu x'jaqsam it-tijib tal-infrastruttura tagħhom tal-broadband biex jipprovdu ħeffa ikbar b'rispons għat-talbiet tal-konsumaturi ma kienx sodisfaċenti. F'każi bħal dawn, is-sostenn mill-Istat għall-implimentazzjoni ta' netwerks tat-tip NGA ikun suġġett għall-analiżi dettaljata tal-paragrafu 73 u għall-issodisfar tas-sensiela ta' kundizzjonijiet li huma diskussi f'aktar dettall fit-Taqsima 3.4.5.

3.4.5.   Il-fasla tal-miżura u l-ħtieġa li jiġu mrażżna d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(77)

Bħal fil-każ tal-politika segwita fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-broadband bażika, l-għajnuna mill-Istat favur l-implimentazzjoni ta' netwerk tat-tip NGA tista' tikkostitwixxi għodda xierqa u ġustifikata, sakemm wieħed jirrispetta għadd ta' kundizzjonijiet fundamentali. Bl-eċċezzjoni tal-inħawi bojod għall-NGA li huma wkoll inħawi bojod fir-rigward tal-broadband bażiku (fejn mhumiex meħtieġa rekwiżiti addizzjonali), l-Awtorità tikkunsidra li, minbarra l-protezzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2.3.3 u partikularment fil-paragrafu 49 (eżerċizzju ddettaljat ta' mappatura u analiżi tal-kopertura, proċess ta' sejħa miftuħa għall-offerti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, newtralità teknoloġika, użu tal-infrastruttura eżistenti, aċċess miftuħ bl-ingrossa mandatarju, eżerċizzju ta' ffissar ta' punti ta' riferiment u mekkaniżmu tat-treġġigħ lura), iridu jiġu sodisfatti wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Talli jirċievi s-sostenn mill-Istat, il-benefiċjarju għandu jintalab jipprovdi lil partijiet terzi b'aċċess bl-ingrossa effettiv għal mill-inqas seba' snin. Partikolarment, l-obbligu impost tal-aċċess għandu jinkludi wkoll id-dritt li wieħed juża l-kanali jew il-kaxex tat-toroq sabiex il-partijiet terzi jkun jista' jkollhom aċċess mhux biss għall-infrastruttura attiva iżda wkoll għal dik passiva. Dan ikun mingħajr ħsara għal kwalunkwe obbligi regolatorji simili li jistgħu jiġu imposti mill-ARN fis-suq speċifiku kkonċernat sabiex tinkuraġġixxi l-kompetizzjoni effettiva jew għal miżuri adottati wara li jiskadi dak il-perjodu (71). Obbligu ta' “aċċess miftuħ” huwa iktar u iktar kruċjali sabiex wieħed jindirizza s-sostituzzjoni temporanja bejn is-servizzi offruti mill-operaturi eżistenti tal-ADSL u dawk offruti mill-operaturi futuri tan-netwerks tat-tip NGA. Obbligu ta' aċċess miftuħ se jiżgura li l-operaturi tal-ADSL ikunu jistgħu jċaqilqu lill-konsumaturi tagħhom għal netwerk tat-tip NGA hekk kif ikun tqiegħed f'postu netwerk sussidjat u b'hekk jibdew jippjanaw l-investimenti futuri tagħhom mingħajr ma jsofru xi żvantaġġ kompetittiv reali.

Barra minn hekk, meta jiffissaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess bl-ingrossa għan-netwerks, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonsultaw lill-ARN rilevanti. Huwa mistenni li l-ARN fil-ġejjieni jissoktaw jew jirregolaw ex ante jew jimmonitorjaw mill-qrib ħafna l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq ġenerali tal-broadband u jimponu, fejn ikun xieraq, ir-rimedji li jipprovdi għalihom il-qafas regolatorju applikabbli. B’hekk, billi jitolbu li l-kundizzjonijiet tal-aċċess jiġu approvati jew iffissati mill-ARN skont ir-regoli tal-EFTA applikabbli, l-Istati tal-EFTA se jiżguraw li fis-swieq kollha tal-broadband identifikati mill-ARN kkonċernata japplikaw kundizzjonijiet tal-aċċess li, jekk mhux uniformi, almenu jkunu simili ħafna.

Barra minn hekk, ikun xi jkun it-tip ta' arkitettura tan-netwerk tat-tip NGA li tgawdi minn għajnuna mill-Istat, għandha ssostni separazzjoni effettiva u sħiħa u tissodisfa t-tipi differenti kollha ta' aċċess għan-netwerk li l-operaturi jistgħu jfittxu (inklużi, iżda mhux biss, l-aċċess għal kanali, fibra ottika u bitstream). F'dan ir-rigward wieħed għandu jinnota li l-arkitettura b'“fibra multipla” tippermetti indipendenza sħiħa bejn dawk li jfittxu l-aċċess biex jipprovdu offerti talbroadband b'ħeffa kbira u għaldaqstant twassal għal kompetizzjoni sostenibbli fuq medda twila ta' żmien. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' netwerks tat-tip NGA ibbażati fuq aktar minn linja waħda tal-fibra ottika jieħu topoloġiji kemm “minn punt sa punt” kif ukoll “minn punt għal diversi punti” u għaldaqstant huwa teknoloġikament newtrali.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(78)

Dan il-Kapitolu se jiġi applikat mill-ewwel ġurnata wara l-adozzjoni tiegħu.

(79)

L-Awtorità se tirrevedi l-Kapitolu attwali b'konformità mar-reviżjonijiet futuri tal-Komunikazzjoni ekwivalenti tal-Kummissjoni – Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband mill-Kummissjoni.


(1)  Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji Gwida Komunitarji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'relazzjoni mal-implimentazzjoni veloċi tan-netwerks bil-broadband (ĠU C 235, 30.9.2009, p. 7).

(2)  Eżepju, “i2010 – Soċjetà Ewropea tal-Informazzjoni għat-tkabbir u x-xogħol (COM(2005)229 finali), l-1 ta' Ġunju 2005;eEurope 2005: Soċjetà tal-Informazzjoni għal kulħadd” (COM(2002) 263 finali), “It-tnaqqis tad-distakk eżistenti fir-rigward tal-broadband” (COM(2006) 129).

(3)  COM(2005) 107 finali.

(4)  Fl-aħħar perjodu ta' għaxar snin, it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni saru aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u offruti lilu bi prezzijiet konvenjenti. It-terminu “qasma diġitali” jintuża l-aktar biex jiddefinixxi l-lakuna bejn dawk l-individwi u komunitajiet li għandhom aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u dawk li m'għandhomx. Għalkemm hemm diversi raġunijiet għal din il-“qasma diġitali”, l-aktar waħda importanti hija n-nuqqas ta' infrastruttura adegwata tal-broadband. Jekk wieħed iħares lejn id-dimensjoni reġjonali, il-grad ta' urbanizzazzjoni huwa fattur importanti għall-aċċess u għall-użu tat-TIK. Il-penetrazzjoni tal-internet, għalhekk, tibqa' ħafna aktar dgħajfa f'inħawi taż-Żona Ekonomika Ewropea fejn ma tantx joqogħdu nies.

(5)  Ara l-Att msemmi fil-punt 5cl tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33)), l-Att msemmi fil-punt 5ck tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21)) u l-Att msemmi fil-punt 5cj tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7)) kif adottat għall-Ftehim taż-ŻEE bil-Protokoll 1 tiegħu.

(6)  Ara d-deċiżjoni tal-Awtorità Norveġiża dwar il-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet tat-3 ta' April 2009 dwar il-ħatra ta' impriżi b'poter tas-suq sinjifikanti u li timponi obbligi speċifiċi fis-suq għall-aċċess tal-broadband bl-ingrossa (is-suq 5); id-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni tal-Posta u tat-Telekomunkazzjoni Nru 8/2008 ddatata t-18 ta' April 2008 dwar il-ħatra ta' impriżi b'poter tas-suq sinjifikanti u li timponi obbligi speċifiċi fis-suq għall-aċċess tal-broadband bl-ingrossa fl-Islanda u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Komunikazzjonijiet tas-16 ta' Diċembru 2009 rigward ir-regolament speċifiku tas-settur dwar is-suq bl-ingrossa għall-aċċess tal-broadband fil-Liechtenstein.

(7)  Għall-fini ta' dan id-dokument, in-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta' aċċess bil-fil li jikkonsistu għal kollox, jew f'partijiet minnhom, minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta' aċċess għall-broadband b'karatteristiċi mtejba (bħal ammont ikbar ta' dejta pproċessata) meta mqabbla ma' dawk fornuti permezz tan-netwerks eżistenti tar-ram (ara wkoll hawn taħt in-nota 58 ta' qiegħ il-paġna).

(8)  Ara l-abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar aċċess regolat għan-Netwerks għall-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA), fi

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/doc/library/public_consult/nga/dr_recomm_nga.pdf u l-Istqarrija tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej dwar l-iżvilupp tal-Aċċess għall-NGA, Ġabra (08) 68, fi http://www.erg.eu.int/doc/publications/erg_08_68_statement_on_nga_devolopment_081211.pdf;

(9)  Għal lista tad-deċiżjonijiet kollha li ħadet il-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-broadband, ara http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf

(10)  Ara wkoll it-Taqsima 2.2.1. dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomikja tas-suq.

(11)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 fil-Kawża NN 24/07 – Ir-Repubblika Ċeka, Netwerk Muniċipali Mingħajr Fil ta' Praga.

(12)  It-terminu “investituri” jindika impriżi jew operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvestu fil-bini u l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-broadband.

(13)  Il-Kummissjoni approvat każ wieħed biss ta' miżura li ma kinitx tinvolvi sejħa miftuħa għall-offerti iżda li kienet tinvolvi skema ta' kreditu tat-taxxa biex issostni l-introduzzjoni tal-broadband f'inħawi mhux moqdijin tajjeb tal-Ungerija. Ara d-Deċiżjoni N 398/2005 – L-Ungerija “Żvilupp ta' Benefiċċju tat-Taxxa għall-Broadband”.

(14)  Eżempju, ara, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 570/2007 – Il-Ġermanja, Il-Broadband fl-inħawi rurali ta' Baden-Württemberg. Id-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire; Id-Deċiżjoni N 262/06 – L-Italja, Broadband għat-Toskana rurali; Id-Deċiżjoni N 201/06 – Il-Greċja, Żvilupp għall-aċċess tal-Broadband f’territorji li mhumiex moqdijin tajjeb; u d-Deċiżjoni N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales. Dawk li jużaw is-servizz f'residenzi, għalkemm huma wkoll benefiċjarji ta' tali miżuri, mhumiex suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li la huma impriżi u lanqas operaturi ekonomiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

(15)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 266/2008 – Il-Ġermanja, Il-broadband fl-inħawi rurali ta' Bayern.

(16)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 237/2008 – Il-Ġermanja, Sostenn għall-broadband f'Niedersachsen

(17)  Kawża C-303/88, l-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra p. I-1433, fil-paragrafi. 20-22.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2007 fil-każ C 53/2006 Citynet Amsterdam - investiment mill-belt ta' Amsterdam f'netwerk tat-tip fibre-to-the home (FTTH), ĠU L 247, 16.9.2008, p. 27. Il-każ kien dwar il-bini ta' netwerk ta' aċċess għall-broadband, tat-tip “Fibre-to-the-Home” (FTTH), li jqabbad 37 000 dar f'Amsterdam, li kienu diġà moqdijin b'diversi netwerks kompetituri tal-broadband. Il-muniċipalita ta' Amsterdam kienet qatgħetha li tinvesti fis-saff passiv tan-netwerk flimkien ma' żewġ investituri privati u ħames korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni. L-infrastruttura passiva kienet tippossediha u timmaniġġjaha entità separata li l-muniċipalità ta' Amsterdam kellha f'idejha terz tal-ishma tagħha, żewġ investituri privati oħra (“ING Real Estate” u “Reggefiber”) kellhom terz iehor, filwaqt li korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni kellhom it-terz li jifdal.

(19)  Skont il-każistika, impriżi fdati bit-tħaddim ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jkunu ngħataw dik il-biċċa xogħol permezz ta' att ta' awtorità pubblika. F'dan ir-rigward, servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jista' jiġi fdat f'idejn operatur permezz tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizz pubbliku; ara l-Kawżi magħquda T-204/97 u T-270/97 EPAC vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra p. II-2267, punt 126 u l-Kawża T-17/02 Fred Olsen vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra p. II-2031, punti 186, 188-189.

(20)  Is-sentenza C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra ECR I-7747. Minn haen ’il quddiem msejħa s-sentenza Altmark.

(21)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 381/04 – Franza, Projet de réseau de télécommunications haut débit des Pyrénées-Atlantiques, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Deċiżjoni N 382/04 – Franza, Mise en place d'une infrastructure haut débit sur le territoire de la région Limousin (DORSAL).

(22)  Għalkemm f'dan il-Kapitolu ssir referenza għal “konċessjoni” ta' servizz pubbliku, il-forma tal-istrument kuntrattwali magħżul għall-għoti ta' missjoni ta' servizz pubbliku jew ta' SIEĠ tista' tvarja bejn Stat tal-EFTA u ieħor. Madankollu, l-istrument għandu jispeċifika, għall-inqas, in-natura preċiża, l-ambitu u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti kif ukoll l-identità tal-impriżi kkonċernati, u l-ispejjeż li għandhom jinġarru mill-impriża kkonċernata.

(23)  Partikularment, ġaladarba l-Istati Membri jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa meta jiġu biex jiddefinixxu l-ambitu ta' SIEĠ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet fiż-żewġ deċiżjonijiet ta' hawn fuq li sal-punt li l-forniment ta' infrastruttura tal-broadband li tkopri kullimkien ikun miftuħ għall-fornituri kollha l-oħra tan-netwerks u jirrimedja nuqqas tas-suq u jipprovdi konnettività għal dawk kollha li jużaw is-servizz fir-reġjuni kkonċernati, l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ikkommetta żball evidenti meta jkun qies li l-forniment ta' tali servizz jaqa' taħt it-tifsira ta' SIEĠ.

(24)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/2005 – L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (Metropolitan Area Networks - “MANs”), fażijiet II u III, fil-paragrafi (23, 37-40). F'dak il-każ il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sostenn mogħti għall-introduzzjoni u t-tħaddim ta' Netwerks Metropolitani (MANs) f'għadd ta' bliet fl-Irlanda ma kienx kumpens għal SIEĠ għar-raġuni li l-miżura li ġiet notifikata iktar kienet tixbah lil “sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat” milli lil każ ta' responsabbiltà għal SIEĠ u għall-implimentazzjoni tiegħu. Ara wkoll id-Deċiżjoni N 890/06 – Franza, “Aide du Sicoval pour un réseau de très haut débit”. F'dak il-każ, il-Kummissjoni osservat li l-miżura nnotifikata kellha x'taqsam ma' sostenn għall-forniment tal-konnettività mal-broadband għal ċentri tan-negozju u organizzazzjonijiet taċ-ċivil biss f'parti ta' Toulouse, bl-esklużjoni tal-qasam residenzjali. Barra minn hekk, il-proġett kien qed ikopri biss parti mir-reġjun. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni sabet li dan ma kienx SIEĠ minħabba li l-miżura nnotifikata ma kellhiex l-għan li taqdi l-interessi taċ-ċittadini, iżda dawk tal-qasam tan-negozju.

(25)  Ara l-Kawża T-289/03, BUPA u Oħrajn vs il-Kummissjoni, (2008) Ġabra II-741, paragrafu 165, u Kawża T-106/95, FFSA u Oħrajn vs il-Kummissjoni, (1997) Ġabra II-229, paragrafu 99. Ara wkoll il-paragrafu 14 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa, (ĠU C 17, 19.1.2001, p.4).

(26)  Ara l-Kawża T-442/03, SIC v Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-1161, paragrafu 195. Kawża T-289/03 BUPA u Oħrajn vs il-Kummissjoni, op.cit., paragrafu 166, u Kawża T-17/02 Fred Olsen vs il-Kummissjoni, op.cit., paragrafu 216. Skont il-paragrafu 22 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa, “Il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu [servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali] tfisser li l-Istati Membri huma primarjament responsabbli biex jiddefinixxu x'inhu dak li huma jqisu bħala [tali] servizzi … fuq il-bażi tal-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet. Din id-definizzjoni tista’ tkun biss bla ħsara għall-kontroll ta’ żball evidenti.”

(27)  Dan jimplika li l-għan ta' interess ġenerali li jridu jaslu għalih l-awtoritajiet pubbliċi ma jistax ikun sempliċiment dak tal-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi kif hemm fl-Artikolu 61(3)(c). Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 381/04 – Franza, Projet de réseau de télécommunications haut débit des Pyrénées-Atlantiques, paragrafu 53 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 382/04 – Franza, Mise en place d'une infrastructure haut débit sur le territoire de la région Limousin (DORSAL).

(28)  F'dan ir-rigward, in-netwerks li wieħed irid jikkunsidra biex jivvaluta l-ħtieġa għal SIEĠ għandhom ikunu dejjem ta' arkitettura paragunabbli, jiġifieri jew netwerks tal-broadband bażiku jew inkella netwerks tat-tip NGA.

(29)  It-terminu fil-“ġejjieni qrib” għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal perjodu ta' tliet snin. F'dan ir-rigward, sforzi ta' investiment ippjanati minn investituri privati għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li almenu jsir progress sinifikanti f'termini ta' kopertura fil-perjodu ta' tliet snin, bit-tlestija tal-investiment ippjanat maħsuba li sseħħ f'perjodu raġonevoli ta' żmien minn hemm ’il quddiem (skont l-ispeċifiċitajiet ta' kull qasam u ta' kull proġett).

(30)  Fin-nuqqas ta' raġunijiet bħal dawn, lanqas reviżjoni marġinali mill-Awtorità abbażi kemm tal-ewwel kundizzjoni Altmark kif ukoll tal-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward tal-eżistenza ta' żball evidenti mill-Istat tal-EFTA fil-kuntest tad-diskrezzjoni tiegħu ma jkun possibbli. Kawża T-289/03, BUPA u Oħrajn vs Il-Kummissjoni [2008] op.cit, paragrafu 172.

(31)  Netwerk għandu jkun teknoloġikament newtrali u b'hekk jippermetti lil dawk li jfittxu l-aċċess jużaw kwalunkwe mit-teknoloġiji disponibbli biex jipprovdu servizzi lill-konsumaturi aħħarin. Għalkemm tali rekwiżit jista' jkollu applikazzjoni limitata fejn tidħol l-implimentazzjoni ta' infrastruttura ta' netwerk tal-ADSL, dan jista' ma jkunx il-każ fir-rigward ta' netwerk tat-tip NGA imsejjes fuq il-fibra ottika fejn l-operaturi jistgħu jużaw teknoloġiji differenti tal-fibra ottika biex jipprovdu servizzi lil konsumaturi aħħarin (jiġifieri, minn punt sa punt jew G-PON).

(32)  Eżempju, netwerk ADSL għandu jipprovdi seperazzjoni tal-bitstream u sħiħa, filwaqt li netwerk tat-tip NGA imsejjes fuq il-fibra ottika għandu jipprovdi għall-inqas aċċess għall-fibra mitfija, għall-bitstream, u jekk ikun qed jitqiegħed netwerk FTTC, aċċess għal separazzjoni subloop.

(33)  Din ir-restrizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li, ladarba netwerk tal-broadband li tipprovdi konnettività universali tkun tqiegħdet, il-qawwiet tas-suq normalment ikunu biżżejjed biex jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni lill-konsumaturi kollha bi prezz kompetittiv.

(34)  Tali salvagwardji jistgħu jinkludu, partikularment, obbligu ta' separazzjoni tal-kontijiet, u jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment. Tali entità għandu jkollha waħedha r-responsabbiltà li tikkonforma mal-missjoni ta' SIEĠ assenjata lilha u li twettaqha.

(35)  Huwa f'idejn l-Istati tal-EFTA biex, minħabba l-partikularitajiet ta' kull każ, isibu l-aktar metodoloġija xierqa biex jiżguraw li l-kumpens mogħti jkopri biss l-ispejjeż biex il-missjoni ta' SIEĠ titwettaq fl-inħawi fejn mhemmx qligħ. Ngħidu aħna, il-kumpens mogħti jista' jkun ibbażat fuq paragun bejn dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali tal-infrastruttura fl-inħawi fejn hemm il-qligħ u d-dħul li jirriżulta mill-isfruttament kummerċjali fl-inħawi fejn mhemmx qligħ. Kwalunkwe qligħ eċċessiv, jiġifieri qligħ ogħla mir-redditu medju tal-industrija fuq il-kapital għat-tusigħ ta' infrastruttura partikulari tal-broadband, jista’ jiġi assenjat għall-finanzjament tas-SIEĠ fl-inħawi fejn mhemmx qligħ filwaqt li dak li jifdal ikun is-suġġett tal-kumpens finanzjarju mogħti.

(36)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(37)  Ara wkoll il-Kapitolu dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku tal-Linji Gwida dwar —Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità, ĠU L 109, 26.4.2007, p. 44 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 26.4.2007, p. 1, disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Awtorità http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/state_aid_guidelines/partvi-stateaidintheformofpublicservicecompensation.pdf

(38)  Wieħed għandu jfakkar li, skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, ekwivalenti mal-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE “għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ inħawi fejn il-livell tal-għejxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impieg” tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

(39)  ĠU L 54, 28.2.2008, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 11, 28.2.2008, p. 1.

(40)  Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13). Barra minn hekk, għalkemm l-għajnuna mogħtija f'ċerti każi kienet limitata għal “inħawi assistiti” u setgħet anki tiġi kkwalifikata bħala għajnuna għall-investiment tal-bidu skont it-tifsira tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, spiss l-intensità tal-għajnuna setgħet taqbeż il-limitu permess għal għajnuna reġjonali f'inħawi bħal dawn.

(41)  Eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 508/2008 – Ir-Renju Unit, Il-forniment ta' servizzi remoti tal-Broadband fl-Irlanda ta' Fuq, id-Deċiżjoni N 201/2006 – Il-Greċja, Żvilupp fl-aċċess għall-broadband f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb, u d-Deċiżjoni N 118/2006 – Il-Latvija, L-iżvilupp ta' netwerks ta' komunikazzjoni bil-broadband f'inħawi rurali.

(42)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 201/2006 – Il-Greċja “Żvilupp fl-aċċess għall-broadband f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb”.

(43)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 118/2006 – Il-Latvija, “L-iżvilupp ta' netwerks ta' komunikazzjoni bil-broadband f'inħawi rurali”.

(44)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2006 dwar il-miżura Nru C 35/05 (ex N 59/05) li l-Pajjiżi l-Baxxi qed jippjanaw li jimplimentaw rigward infrastruttura tal-broadband f’Appingedam (ĠU L 86, 27.3.2007, p. 1). Il-każ kien jinvolvi l-implimentazzjoni ta' netwerk passiv (jiġifieri l-kanali u l-kejbils) li kien se jkun il-proprjetà tal-muniċipalità, filwaqt li s-saff attiv (jiġifieri l-ġestjoni u t-tħaddim tan-netwerk) kien se jingħata b'sejħa għall-offerti lil operatur bl-ingrossa mis-settur privat li jkun marbut li joffri bl-igrossa servizzi ta' aċċess lil fornituri oħra tas-servizz. Fid-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni nnotat li s-suq tal-broadband fil-Pajjiżi l-Baxxi kien suq li qed javvanza malajr u li fih il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi l-operaturi tal-kejbil u l-Fornituri tas-Servizzi tal-Internet, kienu fil-proċess li jdaħħlu servizzi tal-broadband b'kapaċita għolja ħafna mingħajr l-ebda sostenn mill-Istat. Il-qagħda f'Appingedam ma kienet bl-ebda mod differenti minn dik tal-bqija tas-suq tal-broadband fil-Pajjiżi l-Baxxi. Kemm il-fornitur ta' servizz bil-linja fissa, li kien diġà jeżisti, kif ukoll l-operatur tas-servizz bil-kejbil kienu diġà qed joffru “servizzi triple play” f'Appingedam (telefonija, broadband u TV diġitali/analogu) u ż-żewġ operaturi kellhom il-kapaċitajiet tekniċi biex ikomplu jkabbru l-kapaċità tal-wisa' tal-faxx tan-netwerks tagħhom.

(45)  Kif imsemmi fil-paragrafu 4, wieħed għandu jfakkar li l-aċċess għall-broadband s'issa huwa rregolat ex ante fl-Istati kollha tal-EFTA.

(46)  Fid-Deċiżjoni tagħha N 131/2005 – Ir-Renju Unit, “Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales”, il-Kummissjoni kellha tevalwa jekk is-sostenn finanzjarju mogħti mill-awtoritajiet ta' Wales għall-bini ta' netwerk tal-fibra ottika miftuħ u li jista' jintuża minn operaturi differenti, li jgħaqqad flimkien 14-il ċentru ta' negozju setax xorta waħda jiġi ddikjarat kompatibbli anki jekk il-lokalitajiet li fuqhom jiffoka n-netwerk kienu diġà moqdijin mill-operatur tan-netwerk li kien diġà jeżisti, li kien jipprovdi linji mikrija rregolati mill-prezz. Il-Kummissjoni sabet li l-offerta tal-linji mikrija mill-operatur li diġà kien jeżisti kienet għalja wisq, tant li l-SMEs kważi ma setgħux jaffordjawha. Iċ-ċentri tan-negozju li għalihom kien immirat is-sostenn lanqas ma setgħu jiksbu servizzi simetriċi tal-ADSL 'il fuq minn 2 Mbps minħabba d-distanza tagħhom miċ-ċentrali telefoniċi tal-operatur li diġà kien jeżisti. Barra minn hekk, l-operatur li diġà kien hemm ma kienx qed ipoġġi l-kanali u l-fibra ottika mitfija tiegħu għad-dispożizzjoni ta' partijiet terzi. Għalhekk, il-preżenza tal-operatur li kien hemm diġà fl-inħawi fil-mira ma setgħetx tiggarantixxi servizzi b'ħeffa kbira bi prezzijiet raġjonevoli lill-SMEs. Ma kien hemm l-ebda prospett li partijiet terzi jibnu infrastruttura alternattiva biex jipprovdu servizzi b'veloċità kbira liċ-ċentri tan-negozju inkwistjoni. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 890/06 – Franza, “Għajnuna tas-Sicoval għal netwerk ta' ħeffa kbira ħafna” u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, “Programm Reġjonali tal-Broadband”: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III.

(47)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 473/07 – L-Italja, Konnessjoni mal-broadband għall-Alto Adige, id-Deċiżjoni N 570/07 – Il-Ġermanja, Il-broadband fl-inħawi rurali ta' Baden-Württemberg, id-Deċiżjoni N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband FibreSpeed f’Wales, id-Deċiżjoni N 284/05 – L-Irlanda, Programm Reġjonali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III, id-Deċiżjoni N 118/06 – Il-Latvija, L-iżvilupp ta' netwerks tal-komunikazzjoni bil-broadband f'inħawi rurali, u d-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire.

(48)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 222/2006 – L-Italja, Għajnuna biex tingħalaq il-qasma diġitali f'Sardinja, id-Deċiżjoni N 398/2005 – L-Ungerija, Benefiċċju għall-broadband mit-taxxa tal-iżvilupp, u d-Deċiżjoni N 264/2006 – L-Italja, Il-broadband għat-Toskana rurali.

(49)  Normalment fiħdan il-qafas tal-proċedura provduta għaliha fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti.

(50)  F'każ fejn ikun jista' jintwera li l-operaturi eżistenti ma pprovdew l-ebda tagħrif li għandu sinjifikat lil awtorità pubblika għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' mappatura rikjest, tali awtoritajiet ikollhom jistrieħu biss fuq kwalunkwe tagħrif li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom.

(51)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni Nru 201/06 – Il-Greċja, “Żvilupp fl-aċċess għall-broadband f'inħawi li mhumiex moqdijin tajjeb”, id-Deċiżjoni Nru 264/06 – L-Italja, “Il-broadband għat-Toskana rurali”, id-Deċiżjoni Nru 475/2007 – L-Irlanda, “Skema Nazzjonali tal-Broadband” (“‘NBS’)”, u d-Deċiżjoni Nru 115/2008 – Il-Ġermanja, “Il-broadband f'inħawi rurali tal-Ġermanja”.

(52)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 508/08 – Ir-Renju Unit “Il-Forniment ta' Servizzi Remoti tal-Broadband fl-Irlanda ta' Fuq”, id-Deċiżjoni N 475/07 – L-Irlanda, “Skema Nazzjonali tal-Broadband (NBS)”, id-Deċiżjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, “Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire”.

(53)  Għall-finijiet li wieħed jiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, l-awtorità li tagħti l-kuntratt għandha tispeċifika bil-quddiem l-ippeżar relattiv li tkun se tagħti lil kull waħda mill-kriterji (kwalitattivi) magħżulin.

(54)  S'issa kien f'każ wieħed biss li l-Kummissjoni aċċettat l-użu ġustifikat ta' soluzzjoni teknoloġika speċifika. ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 222/2006 – L-Italja, “Għajnuna biex tingħalaq il-qasma diġitali f'Sardinja”. F'dak il-każ il-Kummissjoni ddeċidiet li meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkustanzi speċifiċi, jiġifieri “t-topografija tar-reġjun, in-nuqqas ta' netwerks tal-kejbil u l-ħtieġa li jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tal-għajnuna, jidher li l-użu tat-teknoloġija tal-ADSL huwa t-teknoloġija xierqa biex jitwettqu l-għanijiet tal-proġett”, fil-paragrafu 45.

(55)  Barra minn hekk, kulmeta Stati tal-EFTA jagħżlu mudell ta' ġestjoni li permezz tiegħu l-infrastruttura ssussidjata tal-broadband toffri lill-partijiet terzi aċċess bl-ingrossa biss, u mhux servizzi bl-imnut, id-distorsjonijiet li jista' jkun hemm tal-kompetizzjoni jkomplu jonqsu minħabba li tali mudell ta' ġestjoni tan-netwerk jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet potenzjalment kumplessi ta' pprezzar predatorju u għamliet moħbijin ta' diskriminazzjoni fl-aċċess.

(56)  F'dan ir-rigward, l-ARN għandha tikkunsidra l-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi li fil-bidu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna lill-operatur tal-infrastruttura inkwistjoni.

(57)  F'ċirkustanzi eċċezzjonali ppruvati kif għandu jkun mill-Istat tal-EFTA li jkun innotifika, il-ħolqien ta' mekkaniżmu bħal dan għal ammonti żgħar ħafna ta' għajnuna jew għal proġetti “ta' darba”, fuq skala żgħira, imsejsa fuq prinċipji sempliċi tal-akkwist jista' jimponi piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet li jkunu qed jagħmlu l-għotja u għaldaqstant ma jkunx mitlub mill-Kummissjoni.

(58)  F'dan l-istadju ta' żvilupp tat-teknoloġija u tas-suq, la t-teknoloġija tas-satellita u lanqas dik tan-netwerk mobbli ma jidhru li huma kapaċi jipprovdu servizzi simetriċi tal-broadband b’ħeffa kbira ħafna, għalkemm fil-ġejjieni s-sitwazzjoni tista' tinbidel, speċjalment fejn jidħlu s-servizzi mobbli (il-pass ewlieni li jmiss fil-komunikazzjonijiet bir-radju mobbli, “Evoluzzjoni Fuq Medda Twila ta' Żmien” teoretikament jista' jilħaq, jekk u meta jiġi adottat, l-ogħla rati ta' dejta ikbar ta' 100 Mbps għal link minn fuq għal isfel u ta' 50 Mbps għal link minn isfel għal fuq).

(59)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 284/05 – L-Irlanda, Programm Reġjunali tal-Broadband: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażi II u III

(60)  S'issa kien biss f'żewġ każi (Appingedam u Amsterdam) li s-sostenn mill-Istat ingħata għall-introduzzjoni ta' netwerk ta' “aċċess” tal-ġenerazzjoni li jmiss biex jagħti l-konnettività bil-fibra ottika lill-qatgħa residenzjali tas-suq

(61)  Operaturi tan-netwerks tal-broadband argumentaw li l-introduzzjoni ta' netwerk imsejjes fuq il-fibra ottika għadu investiment għali u riskjuż ħafna, ħlief f'inħawi fejn id-densità tal-popolazzjoni jew l-għadd ta' negozji huma kbar u fejn l-operaturi jkollhom diġà bażi sostanzjali ta' konsumaturi tal-broadband li jistgħu jiċċaqilqu lejn servizzi b'ħeffa ikbar. F'ċerti każi, jingħad li l-ispiża għall-implimentazzjoni ta' NGAs u netwerks tal-fibra ottika huma għalja wisq meta mqabbla mad-dħul li wieħed jista' jistenna, b'mod li ħadd mill-fornituri mis-settur privat, jew numru żgħir wisq minnhom, jidħlu fis-suq.

(62)  Tali miżuri m'għandhomx ikunu mmirati speċifikament għal operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi imma għandhom japplikaw mingħajr distinzjoni għall-operaturi kollha fis-setturi kollha kkonċernati (inklużi, ngħidu aħna, operaturi oħra ta' servizzi essenzjali, bħal impriżi tal-gass, tad-dawl u/jew tal-ilma). Miżuri li japplikaw biss għal operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jikkostitwixxu għajnuna settorjali u b'hekk jaqgħu taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 61(1) tat-Trattat tal-Ftehim taż-ŻEE.

(63)  Ara, eżempju, id-Deċiżjoniji tal-Kummissjoni, N 157/06 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband tar-Reġjun Diġitali ta' South Yorkshire, N 201/06 – Il-Greċja, Żvilupp għall-aċċess tal-broadband f'territorji li mhumiex moqdijin tajjeb, u N 131/05 – Ir-Renju Unit, Proġett tal-Broadband FibreSpeed f'Wales, N 284/05 – L-Irlanda, “Programm Reġjunali tal-Broadband”: Netwerks Metropolitani (“MANs”), fażijiet II u III, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 381/04 - Franza, Projet de réseau de télécommunications haut débit des Pyrénées-Atlantiques, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 382/05 - Franza, Mise en place d'une infrastructure haut débit sur le territoire de la région Limousin (DORSAL), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 57/05 – Ir-Renju Unit, Sostenn Reġjonali Innovattiv għall-Broadband f'Wales, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 14/08 – ir-Renju Unit, Il-Broadband fl-Iskozja – L-Estensjoni tal-Medda tal-Broadband

(64)  Dan bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali kif imsemmi hawn fuq fil-paragrafu 31.

(65)  Jekk illum il-ġurnata d-differenza bejn inħawi fejn huwa disponibbli biss l-internet b'faxx dejjaq (bil-linja tat-telefown) u nħawi fejn il-broadband jeżisti tfisser li tal-ewwel hija inħawi “bajda”, hekk ukoll inħawi mingħajr infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-broadband, iżda li xorta jista' jkollha installata infrastruttura waħda bażika tal-broadband, għandha tiġi kkunsidrata bħala nħawi “bajda”.

(66)  L-ADSL 2+ jestendi l-kapaċità ta' netwerk tal-ADSL bażiku sa bandwith massimu ta' 24 Mbps.

(67)  Inħawi bajda għall-NGA tista' tikkonsisti f'inħawi fejn ma jkun hemm installata l-ebda infrastruttura bażika tal-broadband (inħawi bojod tradizzjonali), kif ukoll f'inħawi fejn ikun hemm biss fornitur wieħed tal-broadband bażiku (jiġifieri inħawi griża tradizzjonali) jew ikun hemm diversi fornituri tal-broadband bażiku (jiġifieri nħawi sewda tradizzjonali). Kif indikat fit-Taqsima 3.4, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-broadband f’dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(68)  Dan il-perjodu jidher li jikkorrispondi ma' perjodu medju meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' netwerk ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss li tkopri belt żgħira jew belt kbira. F'dan ir-rigward, operatur għandu jkun kapaċi juri li f'perjodu ta' 3 snin, li jkun għadu se jibda, se jkun wettaq l-investimenti infrastrutturali meħtieġa sabiex sa dak il-punt ikun kopra parti sostanzjali mit-territorju u mill-popolazzjoni kkonċernati b'dan.

(69)  Inħawi griża NGA tista' tikkostitwixxi f'inħawi fejn (a) mhemmx infrastruttura broadband basika oħra barra l-NGA; (b) kif ukoll fl-inħawi fejn fornitur wieħed jew oħrajn bażiki huma preżenti wkoll (li tista' tiġi kkunsidrata bħala nħawi griża jew sewda tradizzjonali). Kif indikat fit-Taqsima 3.4, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-broadband f’dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(70)  Inħawi sewda għall-NGA tista' tkun tikkonsisti wkoll f'inħawi b'fornitur wieħed tal-broadband (iinħawi griża tradizzjonali) jew b'aktar (inħawi sewda tradizzjonali). Kif indikat hawn taħt, irid ikun hemm kundizzjonijiet differenti għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp tal-broadband f'dawn iċ-ċirkustanzi differenti.

(71)  F'dan ir-rigward, il-persistenza possibbli tal-kundizzjonijiet speċifiċi li fil-bidu ġġustifikaw l-għoti ta' għajnuna għall-infrastruttura inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata.


Top