This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2008G0005
Decision of the Standing Committee of the EFTA States No 5/2008/SC of 4 December 2008 amending the Decisions of the Standing Committee No 5/2004/SC and No 1/2007/SC establishing a principle of cost sharing for the EEA Financial Mechanism
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 5/2008/KP tal- 4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP u Nru 1/2007/KP li jistabbilixxu prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 5/2008/KP tal- 4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP u Nru 1/2007/KP li jistabbilixxu prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE
ĠU L 67, 12.3.2009, p. 93–94
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | E2004G0005 | Emenda | anness | 12/03/2009 |
12.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/93 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA
Nru 5/2008/KP
tal-4 ta’ Diċembru 2008
li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP u Nru 1/2007/KP li jistabbilixxu prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE
IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ġiet mibdula mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 38a dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE mdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE bil-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u emendat mill-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 5/2004/KP tat-23 ta’ Settembru 2004 li tistabbilixxi prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-fatt li l-Liechtestein issa qiegħda f’pożizzjoni li tipproduċi d-dejta uffiċjali tagħha dwar il-Prodott Gross Domestiku (PGD), madankollu b’dewmien li normalment hu ta’ sentejn,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kapi tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika tal-24 ta’ April 2008,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 1/2007/KP li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP li tistabbilixxi prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Il-paragrafu 6 u 7 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 5/2004/KP li jistabbilixxi prinċipju tal-qsim tal-ispejjeż għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandu jinbidel b’dan li ġej:
‘6. |
Id-dejta tal-PGD li dwarha għandhom ikunu bbażati l-kontribuzzjonijiet għal sena speċifika t, għandha tintbagħat sal-1 ta’ Frar tal-istess sena u għandha tkun relatata mas-sena t-2. Meta d-dejta tal-PGD għas-sena t-2 mhix disponibbli, għal-Liechtenstein għandha tintuża prokura bbażata fuq l-aħħar dejta tal-PGD disponibbli (t-4) aġġustata bir-rata ta’ tkabbir tal-PGD Svizzeru għal t-3 u t-2. Dan il-metodu huwa suġġett għal reviżjoni fi żmien tliet snin.’ ” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ immedjatament u tapplika għall-ħames/l-aħħar porzjon (2008/2009).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kumitat Permanenti
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
Is-Segretarju Ġenerali
Kåre BRYN