Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2004C0065

    Rakkmandazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 65/04/COL tal- 31 ta’ Marzu 2004 dwar il-programm koordinat għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għall-2004

    ĠU L 126, 19.5.2005, p. 59–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 13–21 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2004/65/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    13


    RAKKMANDAZZJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

    Nru 65/04/COL

    tal-31 ta’ Marzu 2004

    dwar il-programm koordinat għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf tal-bhejjem għall-2004

    L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u l-Protokoll 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-Att li hemm referenza għalih f’punt 31a tal-Kapitolu II ta’ Anness I għall-Ftehim taż-ŻEE, (Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta’ Ottubru 1995 li tistipula l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali) (1), kif emendata, u kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,

    Filwaqt li:

    (1)

    Hu meħtieġ, bil-għan li jkun assigurat l-operat xieraq taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jkunu organizzati programmi koordinati ta’ spezzjoni ta’ l-għalf fi ħdan iż-ŻEE li għandhom l-għan li titjieb l-implimentazzjoni armonizzata tal-kontrolli uffiċjali mill-Istati taż-ŻEE.

    (2)

    Dawn il-programmi għandhom jagħmlu enfażi fuq l-osservanza tal-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ taħt il-Ftehim taż-ŻEE, u fuq il-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali.

    (3)

    Ir-riżultati ta’ l-implimentazzjoni simultanja tal-programmi nazzjonali u l-programmi koordinati jistgħu jipprovdu informazzjoni u esperjenza li dwarhom jistgħu jkunu bbażati attivitajiet u leġiżlazzjoni futuri ta’ kontroll.

    (4)

    Għalkemm l-Att li hemm referenza għalih f’punt 33 tal-Kapitolu II ta’ Anness I għall-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-bhejjem) (2) jistabbilixxi l-kontenut massimu ta’ aflatoksin B1 fl-għalf tal-bhejjem, m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni fis-seħħ taħt il-Ftehim taż-ŻEE għal mikotoksins, bħal okratoksin A, zearalenone, deoxynivalenol u fumonisins. Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-preżenza ta’ dawn il-mikotoksins permezz ta’ teħid ta’ kampjuni b’mod irregolari jista’ jipprovdi tagħrif utli biex issir analiżi tas-sitwazzjoni biex eventwalment tkun żviluppata l-leġIżlazzjoni. Aktar minn hekk, ċertu materjal ta’ l-għalf bħaċ-ċereali u ż-żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt huma esposti b’mod partikolari għal kontaminazzjoni bil-mikotoksin minħabba l-kondizzjonijiet ta’ ħsad, ħażna u trasport. Peress li l-konċentrazzjoni ta’ mikotoksin tvarja minn sena għal sena, jixraq li t-tagħrif jinġabar minn snin konsekuttivi għall-mikotoksins kollha msemmija.

    (5)

    Kontrolli preċedenti għall-preżenza ta’ antibijotiċi u koċċidjostati f’ċertu għalf tal-bhejjem fejn dawn is-sustanzi mhumiex awtorizzati jindikaw li dan it-tip ta’ ksur għadu jseħħ. Il-frekwenza tad-drabi li dawn instabu u s-sensittività tal-materja tiġġustifika l-kontinwazzjoni tal-kontrolli.

    (6)

    Il-parteċipazzjoni tan-Norveġja u l-Iżlanda fil-programmi fi ħdan l-iskop ta’ Anness II ta’ din ir-Rakkmandazzjoni li tikkonċerna s-sustanzi mhux awtorizzati bħala addittivi ta’ l-għalf jeħtieġ li tkun evalwata b’rispett għall-eżenzjonijiet tagħhom minn Kapitolu II ta’ Anness I għall-Ftehim taż-ŻEE.

    (7)

    Hu importanti li jkun assigurat li r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ materjal ta’ l-għalf li joriġina mill-annimali fl-għalf tal-bhejjem, kif imniżżla fil-leġIżlazzjoni rilevanti taż-ŻEE, ikunu infurzati effettivament.

    (8)

    Il-każ tal-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u l-katina ta’ l-ikel bil-medroxyprogesterone acetate (MPA) irrimarka l-valur ta’ l-għażla tal-provvisti fis-sigurtà ta’ l-għalf tal-bhejjem. Xi ingredjenti fl-għalf tal-bhejjem huma prodotti li joriġinaw mill-industrija agrikola ta’ l-ikel jew ta’ industriji oħra, jew ta’ estrazzjoni minerali. Is-sors tal-materjal ta’ l-għalf ta’ oriġini industrijali u l-metodi ta’ ipproċessar applikati fuqhom jistgħu jkunu ta’ importanza partikolari għas-sigurtà tal-prodotti. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dan l-aspett meta jwettqu l-kontrolli tagħhom.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’din ir-Rakkmandazzjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Pjanti u l-Għalf tal-Bhejjem ta’ l-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA.

    B’DAN JIRRAKKMANDA LILL-ISTATI TA’ L-EFTA:

    1.

    Biex matul is-sena 2004 jwettqu programm koordinat ta’ spezzjoni bl-għan li jiġi vverifikat:

    (a)

    il-konċentrazzjoni ta’ mikotoksins (aflatoksin B1, okratoksin A, zearalenone, deoxynivalenol u fumonisins) fl-għalf tal-bhejjem, b’indikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi; il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għandu jinkludi kemm kampjuni meħuda b’mod irregolari kif ukoll immirat; fil-każ ta’ teħid ta’ kampjuni mmirati, il-kampjuni għandhom ikunu għalf li hu suspettat li fih konċentrazzjonijiet ogħla ta’ mikotoksins, bħall-qamħ taċ-ċereali, iż-żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt, frott żejtni, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom, u għalf maħżun għal perjodu twil ta’ żmien jew li kien ittrasportat bil-baħar fuq distanza twila; ir-riżultati tal-kontrolli għandhom ikunu rrappurtati skond il-mudell definit fl-Anness I;

    (b)

    ċertu sustanzi mediċinali, kemm jekk awtorizzati bħala addititivi ta’ l-għalf għal ċerti speċi u kategoriji ta’ annimali u kemm jekk le, f’sustanzi ta’ qabel it-taħlit mhux medikat u għalf tal-bhejjem kompost li fihom dawn is-sustanzi mediċinali mhumiex awtorizzati; il-kontrolli għandhom ikunu mmirati fuq dawk is-sustanzi ta’ qabel it-taħlit u għalf tal-bhejjem kompost jekk l-awtorità kompetenti tqis li hemm probabbiltà akbar li ssib xi irregolaritajiet; ir-riżultati għandhom ikunu rrappurtati skond il-mudell iddefinit fl-Anness II;

    (ċ)

    l-implimentazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu ta’ l-għalf li joriġina mill-annimali, kif stipulat fl-Anness III;

    (d)

    il-proċeduri applikati mill-manifatturi ta’ għalf kompost għall-bhejjem b’mod li jkunu magħżula u analizzati l-provvisti tagħhom ta’ għalf ta’ oriġini industrijali u biex ikun assigurat l-kwalità u s-sigurtà ta’ dawn l-ingredjenti, kif stipulat fl-Anness IV;

    2.

    Li tinkludi r-riżultati tal-programm koordinat ta’ spezzjoni pprovdut fil-paragrafu 1 f’Kapitolu separat fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ spezzjoni li għandhom jintbagħtu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA sa l-1 ta’ April 2005 skond l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 95/53/KE u l-aħħar verżjoni tal-mudell armonizzat ta’ rappurtaġġ.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta’ Marzu 2004.

    Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

    Bernd HAMMERMAN

    Membru tal-Kulleġġ

    Niels FENGER

    Direttur


    (1)  ĠU L 265, 8.11.1995, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 234, 1.9.2001, p. 55).

    (2)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/8/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 44).


    ANNESS I

    Konċentrazzjoni ta’ ċertu mikotoksins (aflatoksin B1, okratoksin A, zearalenone, deoxynivalenol, fumonisins) fl-għalf tal-bhejjem

    Riżultati individwali tal-kampjuni kollha ttestjati; mudell għar-rapporti skond ir-referenza magħmula f’paragrafu 1(a)

    Għalf tal-Bhejjem

    Teħid ta’ Kampjuni (Irregolari jew Immirat)

    Tip u konċentrament ta’ mikotoksins (μg/kg relattiv għall-għalf tal-bhejjem b’kontenut ta’ rtuba ta’ 12 %)

    Tip

    Pajjiż ta’ oriġini

    Aflatoksin B1

    Okratoksin A

    Zearalenone

    Deoxynivalenol

    Fumonisins (1)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-awtorità kompetenti għandha tindika wkoll:

    l-azzjoni meħuda meta jinqabżu l-livelli massimi għal aflatoksin B1

    il-metodi ta’ analiżi użati

    il-limiti tal-lokalizzazzjoni.


    (1)  Il-konċentrazzjoni ta’ fumonisins tinkludi t-total ta’ fumonisins B1, B2 u B3.


    ANNESS II

    Il-preżenza ta’ ċertu sustanzi mhux awtorizzati bħala addittivi fl-għalf

    Ċertu antibijotiċi, koċċidjostati u sustanzi oħra jistgħu jkunu legalment preżenti bħala addittivi f’sustanzi ta’ qabel it-taħlit jew għalf tal-bhejjem kompost għal ċertu speċi u kategoriji ta’ annimali, meta awtorizzati taħt l-Att li hemm referenza għalih f’punt 1 tal-Kapitolu II ta’ Anness I għall-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem) (1).

    Il-preżenza ta’ sustanzi mhux awtorizzati fl-għalf tal-bhejjem tikkostitwixxi infrazzjoni.

    Is-sustanzi li għandhom jiġu kkontrollati għandhom jintagħżlu fost dawn li ġejjin:

    1.

    Sustanzi awtorizzati bħala addittivi għall-għalf għal ċertu speċi jew kategoriji ta’ annimali biss:

     

    avilamycin

     

    decoquinate

     

    diclazuril

     

    flavophospholipol

     

    halofuginone hydrobromide

     

    lasalocid A sodium

     

    maduramicin ammonium alpha

     

    monensin sodium

     

    narasin

     

    narasin – nicarbazin

     

    robenidine hydrochloride

     

    salinomycin sodium

     

    semduramicin sodium

    2.

    Sustanzi li m’għadhomx awtorizzati bħala addittivi għall-għalf:

     

    amprolium

     

    amprolium/ethopabate

     

    arprinocid

     

    avoparcin

     

    carbadox

     

    dimetridazole

     

    dinitolmid

     

    ipronidazol

     

    meticlorpindol

     

    meticlorpindol/methylbenzoquate

     

    nicarbazin

     

    nifursol

     

    olaquindox

     

    ronidazol

     

    spiramycin

     

    tetracyclines

     

    tylosin phosphate

     

    virginiamycin

     

    zinc bacitracin

     

    ustanzi oħrajn għal kontra sl-mikrobi

    3.

    Sustanzi li qatt ma kienu awtorizzati bħala addittivi għall-għalf:

    sustanzi oħra

    Riżultati individwali tal-kampjuni kollha li mhumiex konformi: mudell għar-rapporti skond ir-referenza magħmula f’paragrafu (b)

    Tip ta’ għalf tal-bhejjem

    (speċi u kategorija ta’ l-annimal)

    Sustanza misjuba

    Livell misjub

    Raġuni għall-infrazzjoni (1)

    Azzjoni meħuda

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-awtorità kompetenti għandha tindika wkoll:

    in-numru totali ta’ kampjuni ttestjati;

    l-ismijiet tas-sustanzi li kienu investigati;

    il-metodi ta’ analiżi użati;

    il-limiti tal-lokalizzazzjoni.


    (1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

    (1)  Raġuni li twassal għall-preżenza ta’ sustanza mhux awtorizzata fl-għalf tal-bhejjem, kif konkluż wara investigazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti.


    ANNESS III

    Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu ta’ għalf ta’ oriġini ta’ annimali

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 sa 13 u 15 tad-Direttiva 95/53/KE, l-Istati ta’ l-EFTA matul l-2004 għandhom iwettqu programm koordinat ta’ spezzjoni biex jiddeterminaw jekk ir-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu ta’ l-għalf li joriġinaw mill-annimali kienux osservati.

    Partikolarment, b’mod li jkun assigurat li l-projbizzoni fuq l-għoti ta’ proteini ta’ l-annimali pproċessati lil ċertu annimali, kif stipulat fl-Anness IV ta’ l-Att li hemm referenza għalih f’punt 7, 1, 12 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I għall-Ftehim taż-ŻEE (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eleminazzjoni ta’ ċertu enċefalopatiji sponġiformi li jistgħu jinxterdu) (1), huma applikati effettivament, l-Istati ta’ l-EFTA għandhom jimplimentaw programm ta’ kontroll speċifiku bbażat fuq kontrolli mmirati. B’konformità ma’ Artikolu 4 tad-Direttiva 95/53/KE, dak il-programm ta’ kontroll għandu jkun ibbażat fuq strateġija bbażata fuq ir-riskji fejn il-fażijiet kollha tal-produzzjoni u t-tipi kollha tal-postijiet fejn l-għalf hu prodott, immaniġġjat u amministrat huma inklużi. L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għad-definizzjoni ta’ kriterji li jistgħu jkunu marbutin ma’ riskju. Il-valur mogħti lil kull kriterju għandu jkun proporzjonat mar-riskju. Il-frekwenza ta’ l-ispezzjoni u n-numru ta’ kampjuni analizzati fuq il-post għandu jkun korrelatat mat-total tal-valur allokat għal dawk il-postijiet.

    Il-postijiet u l-kriterji indikattivi segwenti għandhom ikunu kkunsidrati fit-tħejjija ta’ programm ta’ kontroll:

    Postijiet

    Kriterji

    Valur

    Imtieħen ta’ l-għalf

    Imtieħen ta’ l-għalf doppji li jipproduċu għalf kompost li jinxtarr u għalf kompost li ma jinxtarrx li jinkludi proteini ta’ l-annimali pproċessati derogati

    Imtieħen ta’ l-għalf bi storja preċedenti, jew suspett, ta’ nuqqas ta’ osservanza

    Imtieħen ta’ l-għalf b’ammont kbir ta’ għalf tal-bhejjem impurtat b’kontenut għoli ta’ proteini bħall-ikel b’ bażi ta’ ħut, ikel b’ bażi ta’ sojja, ikel b’ bażi ta’ qamħ glutinuż u konċentrat ta’ proteina

    Imtieħen ta’ l-għalf bi produzzjoni għolja ta’ għalf tal-bhejjem

    Riskju ta’ kontaminazzjoni interna li tirriżulta minn proċeduri operattivi interni (allokazzjoni ta’ silos, kontroll tas-seperazzjoni effettiva tal-linja, kontroll ta’ l-ingredjenti, laboratorju intern, proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni, eċċ.)

     

    Postijiet ta’ Spezzjoni tal-Fruntiera u punti oħra ta’ dħul fiż-ŻEE

    Ammonti kbar/żgħar ta’ importazzjonijiet ta’ għalf tal-bhejjem

    Għalf tal-bhejjem b’kontenut għoli ta’ proteini

     

    Irziezet

    Taħlit intern bl-użu ta’ proteini ta’ l-annimali pproċessati derogati

    Irziezet li jżommu annimali li jixtarru u speċi oħra (riskju ta’ taħlit fl-għalf)

    Irziezet li jixtru għalf tal-bhejjem bi kwantità

     

    Negozjanti

    Imħażen u ħażna intermedja ta’ għalf tal-bhejjem b’kontenut għoli ta’ proteini

    Volumi kbar ta’ għalf tal-bhejjem bil-kwantità nnegozjati

    Negozjanti ta’ għalf kompost tal-bhejjem prodott barra l-pajjiż

     

    Taħlit mobbli

    Postijiet ta’ taħlit ta’ produzzjoni kemm għall-annimali li jixtarru u kemm annimali li ma jixtarrux

    Postijiet ta’ taħlit bi storja preċedenti, jew suspett, ta’ nuqqas ta’ osservanza

    Postijiet ta’ taħlit li jinkorporaw għalf tal-bhejjem b’kontenut għoli ta’ proteini

    Postijiet ta’ taħlit b’produzzjoni għolja ta’ għalf tal-bhejjem

    Numru kbir ta’ irziezet servuti inklużi rziezet li jżommu annimali li jixtarru

     

    Mezzi ta’ trasport

    Vetturi użati għat-trasportazzjoni ta’ proteini ta’ l-annimali pproċċessati u għalf tal-bhejjem

    Vetturi bi storja preċedenti, jew suspett, ta’ nuqqas ta’ osservanza

     

    Bħala alternattiva għal dawn il-postijiet u kriterji indikattivi, l-Istati ta’ l-EFTA għandhom jippreżentaw l-analiżi tagħhom tar-riskji lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA qabel il-30 ta’ April 2004.

    It-teħid ta’ kampjuni għandu jkun immirat fuq ammonti jew avvenimenti fejn hemm ċans kbir li ssir kontaminazzjoni reċiproka ma’ proteini pproċċessati pprojbiti (l-ewwel ammont wara t-trasport ta’ għalf tal-bhejjem li kien jinkludi proteini ta’ annimali pprojbiti f’dan l-ammont, problemi tekniċi jew bidliet fil-linji ta’ produzzjoni, bidliet fil-bunkers tal-ħażna jew silos għall-kwantitajiet ta’ materjal).

    In-numru mimimu ta’ spezzjonijiet kull sena fi Stat ta’ l-EFTA għandu jkun ta’ 10 kull 100 000 tunnellata ta’ għalf kompost tal-bhejjem prodott. In-numru minimu ta’ kampjuni uffiċjali fis-sena fi Stat ta’ l-EFTA għandu jkun ta’ 20 kull 100 000 tunnellata ta’ għalf tal-bhejjem kompost prodott. Skond l-approvazzjoni ta’ metodi alternattivi, identifikazzjoni mikroskopika u stima kif deskritta fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/88/KE li tistabbilixxi il-linji ta’ gwida għall-indentifikazzjoni mikroskopika u l-istima tal-kostitwenti li joriġinaw mill-annimali għall-kontroll ta’ l-għalf tal-bhejjem (2) li għandhom jintużaw għall-analiżi tal-kampjuni. Kull preżenza ta’ kostitwenti pprojbiti li joriġinaw mill-annimali fl-għalf tal-bhejjem għandha titqies bħala ksur tal-projbizzjoni fuq l-għalf tal-bhejjem.

    Ir-riżultati tal-programmi ta’ spezzjoni għandhom ikunu kkomunikati lill-Awtorità ta’ Sorveljenza ta’ l-EFTA skond il-formatt segwenti:

    Sommarju tal-kontrolli li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet fuq l-għalf tal-bhejjem li joriġina mill-annimali (tmigħ ta’ proteini ta’ l-annimali pproċessati pprojbiti)

    A.   Spezzjoni ta’ Dokumenti

    Fażi

    Numru ta’ Spezzjonijiet li jinkludu l-kontrolli tal-preżenza ta’ proteini ta’ l-annimali pproċċessati

    Numru ta’ infrazzjonijiet ibbażati fuq kontrolli dokumentati eċċ u mhux fuq ittestjar fil-laboratorju

    Importazzjoni ta’ għalf tal-bhejjem

     

     

    Ħażna ta’ għalf tal-bhejjem

     

     

    Imtieħen ta’ għalf tal-bhejjem

     

     

    Taħlit lokali/mobbli

     

     

    Intermedjarji ta’ l-għalf tal-bhejjem

     

     

    Mezzi ta’ trasport

     

     

    Irziezet/farms li jżommu annimali li ma jixtarrux

     

     

    Irziezet/farms li jżommu annimali li jixtarru

     

     

    Oħrajn: …

     

     


    B.   Teħid ta’ kampjuni u ttestjar ta’ għalf u għalf tal-bhejjem kompost għall-proteini ta’ l-annimali pproċessati

    Postijiet

    Numru ta’ kampjuni uffiċjali ttestjati għall-proteini ta’ l-annimali

    Numru ta’ kampjuni mhux konformi

    Preżenza ta’ proteini ta’ l-annimali pproċċessati minn annimali ta’ l-art

    Preżenza ta’ proteini ta’ l-annimali pproċċessati mill-ħut

    Għalf

    Għalf tal-bhejjem kompost

    Għalf

    Għalf tal-bhejjem kompost

    Għalf

    Għalf tal-bhejjem kompost

    Għal annimali li jixtarru

    Għal annimali li ma jixtarrux

    Għal annimali li jixtarru

    Għal annimali li ma jixtarrux

    Għal annimali li jixtarru

    Għal annimali li ma jixtarrux

    Ma’ l-importazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Imtieħen ta’ l-għalf

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Intermedjarji/ħażna

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Mezzi ta’ trasport

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Taħlit lokali/taħlit mobbli

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fir-razzett

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oħrajn: …

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    C.   Sommarju ta’ proteini ta’ l-annimali pproċċesati pprojbiti misjuba fil-kampjuni ta’ l-għalf tal-bhejjem intiżi għal annimali li jixtarru

     

    Xahar tat-teħid tal-kampjuni

    Tip, livell u oriġini tal-kontaminazzjoni

    Sanzjonijiet (jew miżuri oħra) applikati

    1

     

     

     

    2

     

     

     

    3

     

     

     

    4

     

     

     

    5

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Barra minn hekk, Stati ta’ l-EFTA għandhom janalizzaw ix-xaħam u ż-żjut veġetali intiżi għall-għalf tal-bhejjem għall-preżenza ta’ traċċi ta’ għadam u jinkludu r-riżultati ta’ dawn l-analiżi fir-rapport li hemm referenza għalih f’paragrafu 2 ta’ din ir-Rakkmandazzjoni.


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 45.


    ANNESS IV

    Proċeduri għall-għażla u l-analiżi ta’ provvisti ta’ materjal ta’ għalf ta’ oriġini industrijali

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu fil-qosor il-proċeduri segwiti mill-manifatturi ta’ għalf tal-bhejjem kompost b’mod li jagħżlu u janalizzaw il-provvisti tal-materjal ta’ għalf ta’ oriġini industrijali. Xi proċeduri jistgħu jkunu marbuta mad-definizzjoni minn qabel ta’ karatteristiċi jew ħtiġijiet għall-provvista tal-prodotti, jew għall-provdituri. Proċeduri oħra jistgħu jkunu marbuta ma’ kontrolli interni għall-verifika ta’ l-osservanza ta’ ċertu parametri, imwettqa mill-manifatturi ta’ għalf tal-bhejjem kompost hekk kif jirċievu l-provvisti.

    Għal kull proċedura identifikata (proċedura għall-għażla u analiżi tal-provvisti), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ l-applikazzjoni tal-proċedura f’termini ta’ sigurtà ta’ l-għalf. Fl-aħħar, huma għandhom janalizzaw jekk, b’konsiderazzjoni tar-riskji potenzjali, kull proċedura hiex aċċettabbli, insuffiċjenti jew mhux aċċettabbli biex tassigura s-sigurtà ta’ l-għalf tal-bhejjem, u jiddikjaraw ir-raġunijiet li wasslu għal dik il-konklużjoni.

    Evalwazzjoni tal-proċeduri

    Proċedura (deskrizzjoni qasira, inklużi l-kriterji biex l-għalf ikun aċċettat/miċħud)

    Vantaġġi

    Żvantaġġi

    Analiżi ta’ l-aċċettabilità tal-proċeduri

     

     

     

     

     

     

     

     


    Top